<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑338/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008TJ0338</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:300">EU:T:2012:300</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120614">14.6.2012</DATE> — KAWŻA T-338/08</P><P>STICHTING NATUUR EN MILIEU U PESTICIDE ACTION NETWORK EUROPE vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1367/2006</KEYWORD><KEYWORD>Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal eżami mill-ġdid intern</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Miżura ta’ portata individwali</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Aarhus</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-338/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Stichting Natuur en Milieu</HT>, stabbilita f’Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi),</P><P><HT TYPE="BOLD">Pesticide Action Network Europe</HT>, stabbilita f’Londra (ir-Renju Unit),</P><P>irrappreżentati minn B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata inizjalment minn B. Burggraaf u S. Schønberg, sussegwentement minn Burggraaf u P. Oliver, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata inizjalment minn M. Dowgielewicz, sussegwentement minn M. Szpunar, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn K. Michoel u B. Driessen, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, li tiċħad bħala inammissibbli t-talbiet tar-rikorrenti li hija teżamina mill-ġdid ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>komposta minn A. Dittrich, President, I. Wiszniewska-Białecka (Relatur) u M. Prek, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Rosner, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti huma, minn naħa, Stichting Natuur en Milieu, fondazzjoni rregolata mid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, li nħolqot fl-1978 u hija stabbilita f’Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi), li għandha bħala għan il-ħarsien tal-ambjent u, min-naħa l-oħra, Pesticide Action Network Europe, fondazzjoni rregolata mid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, li nħolqot fl-2003 u hija stabbilita f’Londra (ir-Renju Unit), li tiġġieled kontra l-użu tal-pestiċidi kimiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej adottat ir-Regolament (KE) Nru 149/2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>). Għaldaqstant, annessi li jistabbilixxu l-livelli massimi ta’ residwi (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>LMR<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) għall-prodotti koperti mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20050223">23 ta’ Frar 2005</DATE>, dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU L 70, p. 1</REF.DOC.OJ>), ġew miżjuda ma’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>B’ittri tas-7 u tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, ir-rikorrenti talbu lill-Kummissjoni sabiex tagħmel eżami mill-ġdid intern tar-Regolament Nru 149/2008 abbażi tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU L 264, p. 13</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>B’żewġ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet għal eżami mill-ġdid intern ippreżentati mir-rikorrenti. F’kull waħda mid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni indikat dak li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>It-talba tagħkom għal eżami mill-ġdid intern tressqet abbażi tat-Titolu IV tar-Regolament […] Nru 1367/2006 […]. [D]an ir-regolament […] jipprovdi li talba għal eżami mill-ġdid intern għandha tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, li jolqtu fost l-oħrajn in-natura tal-att amministrattiv, li għandu jkun kopert mid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament. Din id-dispożizzjoni tillimita l-kunċett ta’ att amministrattiv għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>kwalunkwe miżura ta’ ambitu [portata] individwali taħt il-liġi ambjentali, meħuda minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, u li għandha effetti esterni u li jorbtu legalment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>. Fl-ittri tagħkom, intom issostnu li r-Regolament Nru 149/2008 huwa att amministrattiv li jista’ jkun is-suġġett ta’ eżami mill-ġdid intern.</P><P>Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-interpretazzjoni.</P><P>Ir-Regolament Nru 149/2008 huwa bbażat fuq [l-Artikolu] 5(1), [l-Artikolu] 21(1), u [l-Artikolu] 22(1) tar-Regolament Nru 396/2005 u jistabbilixxi, għall-Unjoni Ewropea kollha, l-[LMR] tal-pestiċidi applikabbli għall-operaturi kollha fis-settur tal-ikel. Huwa għal din ir-raġuni li r-Regolament Nru 149/2008 ma jistax jitqies bħala miżura ta’ portata individwali u lanqas, kif intom issostnu fl-ittri tagħkom, bħala serje ta’ deċiżjonijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis it-talba tagħkom għal eżami mill-ġdid intern tar-Regolament Nru 149/2008 bħala inammissibbli.</P><P>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil ma’ din ir-risposta, tistgħu tressqu l-kawża quddiem l-Ombudsman Ewropew jew quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza […] sakemm l-ilment jew rikors tagħkom jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 195 KE jew fl-Artikolu 230 KE, skont il-każ.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali), fil-<DATE ISO="20080811">11 ta’ Awwissu 2008</DATE>, ir-rikorrenti ressqu din il-kawża. Fid-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20090107">7 ta’ Jannar 2009</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja talbet li tintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Din it-talba ntlaqgħet b’digriet tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE> tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali. Ir-Repubblika tal-Polonja ppreżentat in-nota ta’ intervent tagħha fit-<DATE ISO="20090403">3 ta’ April 2009</DATE>. Ir-rikorrenti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din in-nota fil-<DATE ISO="20090821">21 ta’ Awwissu 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20090223">23 ta’ Frar 2009</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab li jintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. B’digriet tal-<DATE ISO="20090421">21 ta’ April 2009</DATE>, il-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dan l-intervent u awtorizza lill-Kunsill sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu matul il-proċedura orali, skont l-Artikolu 116(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Billi kien hemm tibdil fil-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lis-Seba’ Awla, u għalhekk din il-kawża ġiet assenjata lill-imsemmija awla.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċeduri orali.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-mertu tat-talbiet għal eżami mill-ġdid intern;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara s-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-kawża.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bit-tieni kap tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali tordna lill-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-mertu tat-talbiet inkwistjoni għal eżami mill-ġdid intern. Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità, il-Qorti tal-Unjoni Ewropea ma hijiex kompetenti sabiex tagħti ordnijiet, anki jekk dawn jirrigwardaw ir-regoli ta’<?PAGE NO="4"?> infurzar tas-sentenzi tagħha (digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19951026">26 ta’ Ottubru 1995</DATE>, Pevasa u Inspeca vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/94 P+C-200/94 P" PAGE.ECR="I-3709" YEAR="1995">C-199/94 P u C-200/94 P, Ġabra p. I-3709</REF.DOC.ECR>, punt 24, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, DSM vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-5/93 P" PAGE.ECR="I-4695" YEAR="1999">C-5/93 P, Ġabra p. I-4695</REF.DOC.ECR>, punt 36). Hija fil-fatt l-istituzzjoni kkonċernata li għandha tadotta, skont l-Artikolu 266 TFUE, il-miżuri li jimplika l-infurzar ta’ sentenza ta’ annullament (sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="19980127">27 ta’ Jannar 1998</DATE>, Ladbroke Racing vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/94" PAGE.ECR="II-1" YEAR="1998">T-67/94, Ġabra p. II-1</REF.DOC.ECR>, punt 200, u tad-<DATE ISO="20090929">29 ta’ Settembru 2009</DATE>, Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni, T-225/07 u T-364/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 221).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan il-kap ta’ talbiet huwa inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tas-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-ammissibbiltà tas-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors, ippreżentati mir-rikorrenti fid-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, il-proċeduri msemmija f’dan l-artikolu għandhom jinbdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-miżura, jew minn meta din tiġi nnotifikata lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata meta r-rikorrent ikun sar jaf biha, skont il-każ. Skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, dan it-terminu għandu jiżdied darba, b’terminu ta’ għaxart ijiem, għal raġuni ta’ distanza.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li s-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors, li ġew ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE>, tressqu qabel l-iskadenza tat-terminu għal rikors, l-<DATE ISO="20080904">4 ta’ Settembru 2008</DATE>. Għaldaqstant, l-imsemmija sottomissjonijiet għandhom jintlaqgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Din it-talba ma hijiex ikkontestata bl-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li jgħid li la l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas ir-Regoli tal-Proċedura ma jipprovdu għall-possibbiltà li jiġu ppreżentati sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors wara li jiġi ppreżentat l-imsemmi rikors, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, peress li l-Komunità Ewropea hija komunità bbażata fuq l-istat ta’ dritt li fiha l-istituzzjonijiet tagħha huma suġġetti għall-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mat-Trattat, ir-regoli proċedurali applikabbli għall-kawżi li l-Qrati Komunitarji jiġu aditi bihom għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, b’tali mod li dawn ir-regoli jkunu jistgħu jiġu applikati b’mod li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan li tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-individwi jinvokaw taħt id-dritt Komunitarju (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/06 P" PAGE.ECR="I-5829" YEAR="2008">C-521/06 P, Ġabra p. I-5829</REF.DOC.ECR>, punt 45, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-<DATE ISO="20090909">9 ta’ Settembru 2009</DATE>, Brink’s Security Luxembourg vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-437/05" PAGE.ECR="II-3233" YEAR="2009">T-437/05, Ġabra p. II-3233</REF.DOC.ECR>, punt 75).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li la l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas ir-Regoli tal-Proċedura ma jipprovdu, b’mod espliċitu, għall-possibbiltà li jiġu ppreżentati sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors wara li jiġi ppreżentat l-imsemmi rikors ma jistax jiġi interpretat fis-sens li tali possibbiltà hija eskluża sakemm dawn is-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors jiġu ppreżentati qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura li jipprovdi li ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul il-kawża, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni timplika l-inammissibbiltà tal-motivi ġodda ppreżentati matul il-kawża (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19590320">20 ta’ Marzu 1959</DATE>, Nold vs Awtorità Għolja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="18/57" PAGE.ECR="89" YEAR="1959">18/57, Ġabra p. 89, 114</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="19991014">14 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Atlanta vs Il-Komunità Ewropea, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-104/97 P" PAGE.ECR="I-6983" YEAR="1999">C-104/97 P, Ġabra p. I-6983</REF.DOC.ECR>, punt 29). Madankollu, din il-ġurisprudenza intiża sabiex tissanzjona l-preżentata tardiva ta’ motivi tikkonċerna motivi invokati wara l-iskadenza tat-terminu għal preżentata ta’ rikors. Dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, il-fatt li, fis-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jqajmu sussidjarjament motiv li permezz tiegħu hija kkontestata l-legalità tar-Regolament Nru 1367/2006 mingħajr ma dan ġie inkluż fit-talbiet tar-rikors ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrenti jikkontestaw il-legalità tar-Regolament Nru 1367/2006 sabiex jiksbu l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati. L-ammissibbiltà ta’ dan il-motiv ma tiddependix għaldaqstant fuq l-eżistenza ta’ talba rigward l-illegalità tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, is-sottomissjonijiet kumplimentari għar-rikors ippreżentati mir-rikorrenti fid-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE>, u għalhekk qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, għandhom jiġu ddikjarati bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqajmu żewġ motivi. Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li, meta qieset li r-Regolament Nru 149/2008 ma setax jitqies la bħala miżura ta’ portata individwali u lanqas bħala serje ta’ deċiżjonijiet, il-Kummissjoni żbaljat meta qieset bħala inammissibbli t-talbiet tagħhom għal eżami mill-ġdid intern ta’ dan ir-regolament. Dan il-motiv għandu jinftiehem bħala wieħed ibbażat, essenzjalment, fuq il-ksur tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament. Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, billi jillimita l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>att[i] amministrattiv[i]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li huma barra minn hekk iddefiniti fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jikser din id-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li, billi ċaħdet bħala inammissibbli t-talbiet tagħhom għal eżami mill-ġdid intern tar-Regolament Nru 149/2008, għar-raġuni li dan ir-regolament ma setax jitqies la bħala miżura ta’ portata individwali u lanqas bħala serje ta’ deċiżjonijiet, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament għandha d-dritt li tagħmel talba għal eżami mill-ġdid intern lill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li adottat att amministrattiv taħt id-dritt dwar l-ambjent. Il-kunċett ta’ att amministrattiv li jinsab f’din id-dispożizzjoni huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1)(g) ta’ dan ir-regolament bħala miżura ta’ portata individwali adottata minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea taħt id-dritt dwar l-ambjent u li għandha effett estern u legalment vinkolanti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, sabiex tiġi stabbilita l-portata ta’ att, il-Qorti tal-Unjoni Ewropea ma tistax tissodisfa ruħha biss bid-denominazzjoni uffiċjali tal-att, iżda għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fl-ewwel lok, l-għan u l-kontenut tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19621214">14 ta’ Diċembru 1962</DATE>, Confédération nationale des producteurs de fruits et légumes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="16/62+17/62" PAGE.ECR="901" YEAR="1962">16/62 u 17/62, Ġabra p. 901</REF.DOC.ECR>, p. 918).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Miżura titqies bħala waħda ta’ portata ġenerali meta hija tapplika għal sitwazzjonijiet stabbiliti b’mod oġġettiv u timplika effetti legali fir-rigward ta’ kategoriji ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19891121">21 ta’ Novembru 1989</DATE>, Usines coopératives de déshydratation du<?PAGE NO="6"?> Vexin <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/88" PAGE.ECR="3811" YEAR="1989">C-244/88, Ġabra p. 3811</REF.DOC.ECR>, punt 13, u tal-<DATE ISO="20020115">15 ta’ Jannar 2002</DATE>, Libéros vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/00 P" PAGE.ECR="I-451" YEAR="2002">C-171/00 P, Ġabra p. I-451</REF.DOC.ECR>, punt 28; sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill, T-37/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 149/2008 jemenda r-Regolament Nru 396/2005 billi jżid fih l-Annessi II, III u IV li jiffissaw l-LMR applikabbli għall-prodotti li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament imsemmi l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-premessa 1 tar-Regolament Nru 149/2008 jirriżulta li kien meħtieġ li jiġu miżjuda l-Annessi II, III u IV mar-Regolament Nru 396/2005, billi l-applikazzjoni tal-Kapitoli II, III u V tiegħu kienet tiddependi fuq l-istabbiliment ta’ dawn l-annessi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 396/2005 jirriżulta li dan ir-regolament japplika għall-prodotti li joriġinaw minn pjanti u annimali jew minn partijiet tagħhom koperti bl-Anness I tiegħu u li jintużaw bħala ikel jew għalf frisk, ipproċessat u/jew kompost u li fih jew fuqu jistgħu jkunu preżenti residwi ta’ pestiċidi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 396/2005, l-Anness II tiegħu jinkludi, għall-prodotti li jinsabu fl-Anness I tiegħu, lista tal-LMR applikabbli għal dawn il-prodotti billi jintegra magħhom dawk iffissati fid-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE, tal-<DATE ISO="19860724">24 ta’ Lulju 1986</DATE>, dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="1986">ĠU L 221, p. 37</REF.DOC.OJ>), fid-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE, tal-<DATE ISO="19860724">24 ta’ Lulju 1986</DATE>, dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="1986">ĠU L 221, p. 43</REF.DOC.OJ>), u fid-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE, tas-<DATE ISO="19901127">27 ta’ Novembru 1990</DATE>, dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="1990">ĠU L 350, p. 71</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 396/2005, l-Anness III tiegħu jinkludi lista tal-LMR provviżorji għas-sustanzi attivi li l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 għadha ma ġietx deċiża. L-LMR li għadhom jinsabu fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE, tat-<DATE ISO="19761123">23 ta’ Novembru 1976</DATE>, li tirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="340" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1976">ĠU L 340, p. 26</REF.DOC.OJ>), u l-LMR nazzjonali li għadhom ma humiex armonizzati għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ dawn l-LMR, li għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 396/2005, l-Anness III ta’ dan ir-regolament jista’ wkoll jinkludi LMR provviżorji oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 396/2005, l-Anness IV ta’ dan ir-regolament jinkludi l-lista tas-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti evalwati b’mod konformi mad-Direttiva 91/414 li għalihom ma humiex meħtieġa LMR.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tiegħu, ir-Regolament Nru 149/2008 japplika għal sitwazzjonijiet stabbiliti b’mod oġġettiv u jimplika effetti legali fir-rigward ta’ kategoriji ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt, jiġifieri l-operaturi ekonomiċi li jimmanifatturaw, ikabbru, jimportaw jew jipproduċu, prodotti koperti mill-annessi tar-Regolament Nru 396/2005 kif ukoll dawk li huma awtorizzati jqiegħdu fuq is-suq prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi msemmija f’dawn l-annessi.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 149/2008 jikkostitwixxi miżura ta’ portata ġenerali. Għalhekk ma jistax jitqies bħala att amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata bl-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li r-Regolament Nru 149/2008 jikkostitwixxi applikazzjoni speċifika tar-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament Nru 396/2005, għandu jiġi osservat li dan il-fatt, allegatament stabbilit, ma jqiegħedx f’dubju l-fatt li r-Regolament Nru 149/2008 japplika għal sitwazzjonijiet stabbiliti b’mod oġġettiv u jimplika effetti legali fir-rigward ta’ kategoriji ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li, peress li r-Regolament Nru 149/2008 japplika għal attivitajiet speċifiċi, għandu jitqies bħala deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u għalhekk bħala att amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>att amministrattiv<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huwa ddefinit f’din id-dispożizzjoni, adottata sabiex timplementa l-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Dan il-kunċett, peress li huwa limitat għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal miżura ta’ portata ġenerali. Għaldaqstant, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-argumenti tar-rikorrenti li jgħidu li r-Regolament Nru 149/2008 jikkostitwixxi serje ta’ deċiżjonijiet individwali ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, il-fatt li r-Regolament Nru 149/2008 jirrigwarda grupp definit b’mod preċiż ta’ prodotti u ta’ sustanzi li ma jippermettux li tiġi miżjuda magħhom l-ebda sustanza oħra fi stadju ulterjuri ma huwiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-portata ta’ dan ir-regolament fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 30 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li tgħid li talba distinta għall-iffissar jew għal tibdil ta’ kull wieħed mil-LMR provviżorji tista’ titressaq quddiem il-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 396/2005, għandu jiġi osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita, att ikkontestat, mill-perspettiva ta’ att ta’ applikazzjoni ġenerali, huwa kkunsidrat li jikkostitwixxi serje ta’ deċiżjonijiet individwali jekk ikun ġie adottat bil-għan li jirrispondi għal talbiet individwali, b’tali mod li l-att ikkontestat jaffettwa s-sitwazzjoni legali ta’ kull awtur tal-imsemmija talbiet (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19710513">13 ta’ Mejju 1971</DATE>, International Fruit Company <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="41/70+42/70+43/70+44/70" PAGE.ECR="411" YEAR="1971">41/70 sa 44/70, Ġabra p. 411</REF.DOC.ECR>, punti 13 sa 22, u tas-<DATE ISO="19901106">6 ta’ Novembru 1990</DATE>, Weddel vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/87" PAGE.ECR="I-3847" YEAR="1990">C-354/87, Ġabra p. I-3847</REF.DOC.ECR>, punti 20 sa 23; digriet tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, ASAJA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-295/04" PAGE.ECR="II-3151" YEAR="2005">T-295/04, Ġabra p. II-3151</REF.DOC.ECR>, punt 41). Madankollu, f’dan il-każ, l-LMR stabbiliti bir-Regolament Nru 149/2008 ma ġewx adottati fuq talbiet individwali. L-argument tar-rikorrenti għandu, għaldaqstant, jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li r-Regolament Nru 149/2008 huwa att ta’ portata individwali sa fejn l-iffissar ta’ LMR huwa marbut direttament ma’ awtorizzazzjoni bbażata fuq id-Direttiva 91/414, li huwa att ta’ portata individwali, biżżejjed jiġi osservat li l-istabbiliment tal-LMR permezz ta’ dan ir-regolament ma huwiex intiż sabiex ibiddel awtorizzazzjonijiet individwali għal tqegħid fis-suq ta’ prodotti għal protezzjoni tal-pjanti speċifiċi bbażati fuq din id-direttiva. Għaldaqstant, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li, peress li huma kkonċernati direttament u individwalment mir-Regolament Nru 149/2008, dan ir-regolament jikkostitwixxi deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u għalhekk att amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, biżżejjed jiġi kkonstatat li l-fatt li r-rikorrenti huma kkonċernati direttament u individwalment ma huwiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk att huwiex ta’ portata ġenerali jew ta’ portata individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, għandu jiġi konkluż li peress li r-Regolament Nru 149/2008 ma jistax jitqies bħala miżura ta’ portata individwali, ma jistax jikkwalifika bħala att amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006. Għaldaqstant, ir-Regolament Nru 149/2008 ma setax ikun is-suġġett ta’ talba għal eżami mill-ġdid intern taħt l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. Għalhekk, il-Kummissjoni ma żbaljatx meta ddikjarat bħala inammissibbli t-talbiet għal eżami mill-ġdid intern tar-Regolament Nru 149/2008, ippreżentati mir-rikorrenti abbażi tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-invalidità tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, sa fejn huwa jillimita l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>att[i] amministrattiv[i]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li huma ddefiniti fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, billi jillimita l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>att[i] amministrattiv[i]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li huma barra minn hekk iddefiniti fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jikser din id-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Għaldaqstant għandu jitqies li r-rikorrenti jqajmu eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament, fis-sens tal-Artikolu 241 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 300(7) KE jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Komunità huma marbuta bil-ftehim konkluż minnha u, għaldaqstant, li dan il-ftehim igawdi mis-supremazija fuq l-atti ta’ dritt Komunitarju sekondarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19960910">10 ta’ Settembru 1996</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-61/94" PAGE.ECR="I-3989" YEAR="1996">C-61/94, Ġabra p. I-3989</REF.DOC.ECR>, punt 52, u tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Algemene Scheeps Agentuur Dordrecht, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-311/04" PAGE.ECR="I-609" YEAR="2006">C-311/04, Ġabra p. I-609</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus ġiet iffirmata mill-Komunità Ewropea u mbagħad ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU L 124, p. 1</REF.DOC.OJ>). Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet huma marbuta b’din il-konvenzjoni, li tgawdi mis-supremazija fuq l-atti Komunitarji sekondarji. Għalhekk il-validità tar-Regolament Nru 1367/2006 tista’ tiġi affettwata mill-fatt li l-imsemmi att huwa inkompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Unjoni Ewropea ma tistax tistħarreġ il-validità ta’ dispożizzjoni ta’ regolament fid-dawl ta’ trattat internazzjonali ħlief meta n-natura u l-istruttura tiegħu ma jipprekludux dan u ħlief, barra minn hekk, meta d-dispożizzjonijiet tiegħu jidhru, f’dak li jirrigwarda l-kontenut tagħhom, mingħajr kundizzjonijiet u preċiżi biżżejjed (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Intertanko <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/06" PAGE.ECR="I-4057" YEAR="2008">C-308/06, Ġabra p. I-4057</REF.DOC.ECR>, punt 45, u tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/06 P+C-121/06 P" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="2008">C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punt 110).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ li l-Komunità kellha l-intenzjoni li teżegwixxi obbligu partikolari li ttieħed fil-kuntest ta’ ftehim internazzjonali jew fil-każ fejn l-att jirreferi b’mod espliċitu għal dispożizzjonijiet preċiżi ta’ dan il-ftehim, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistħarreġ il-legalità tal-att inkwistjoni fid-dawl tar-regoli ta’ dan il-ftehim [ara, f’dan is-sens, f’dak li jirrigwarda l-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, Il-Portugall vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/96" PAGE.ECR="I-8395" YEAR="1999">C-149/96, Ġabra p. I-8395</REF.DOC.ECR>, punt 49; tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Biret International vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-93/02 P" PAGE.ECR="I-10497" YEAR="2003">C-93/02 P, Ġabra p. I-10497</REF.DOC.ECR>, punt 53, u tal-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, Van Parys, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-377/02" PAGE.ECR="I-1465" YEAR="2005">C-377/02, Ġabra p. I-1465</REF.DOC.ECR>, punt 40; ara wkoll, f’dan is-sens, f’dak li jikkonċerna l-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>GATT<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19890622">22 ta’ Ġunju 1989</DATE>, Fediol vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="70/87" PAGE.ECR="1781" YEAR="1989">70/87, Ġabra p. 1781</REF.DOC.ECR>, punti 19 sa 22, u tas-<DATE ISO="19910507">7 ta’ Mejju 1991</DATE>, Nakajima vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-69/89" PAGE.ECR="I-2069" YEAR="1991">C-69/89, Ġabra p. I-2069</REF.DOC.ECR>, punt 31]. Għalhekk, il-Qorti tal-Unjoni Ewropea għandha tkun tista’ tistħarreġ il-legalità ta’ regolament fid-dawl ta’ trattat internazzjonali, mingħajr ma tivverifika minn qabel jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 53 iktar ’il fuq humiex sodisfatti, meta dan ir-regolament ikun intiż sabiex iqiegħed fis-seħħ obbligu impost fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea minn dan it-trattat internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill, punt 54 iktar ’il fuq (punt 28), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-rikorrenti ma invokatx l-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi antidumping tal-GATT, iżda li hija kienet qed tikkontesta, b’mod inċidentali, skont l-Artikolu 241 KE, il-validità ta’ regolament billi invokat wieħed mill-motivi tal-istħarriġ tal-legalità msemmi fl-Artikolu 230 KE, jiġifieri l-ksur tat-trattat jew ta’ kwalunkwe regola oħra relatata mal-applikazzjoni tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li r-regolament ikkontestat mir-rikorrenti f’din il-kawża kien ġie adottat sabiex jissodisfa l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, li għandha, għaldaqstant, skont ġurisprudenza stabbilita, tiżgura<?PAGE NO="9"?> l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-GATT u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tiegħu (ara s-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill, punt 54 iktar ’il fuq, punt 31, u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19981112">12 ta’ Novembru 1998</DATE>, L-Italja vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/96" PAGE.ECR="I-6937" YEAR="1998">C-352/96, Ġabra p. I-6937</REF.DOC.ECR>, punti 20 u 21).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza żviluppata fil-kawżi relatati mal-ftehim GATT u mal-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ġiet applikata wkoll fis-sentenza tas-<DATE ISO="19980616">16 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Racke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/96" PAGE.ECR="I-3655" YEAR="1998">C-162/96, Ġabra p. I-3655</REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja stħarrġet il-validità ta’ regolament fid-dawl tad-dritt internazzjonali konswetudinarju sa fejn hija qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-individwu [kien] qed jinvoka r-regoli tad-dritt konswetudinarju internazzjonali ta’ natura fundamentali kontra r-Regolament ikkontestat, li [kien i]ttieħed skont dawn ir-regoli u [kien] jipprivah mid-drittijiet tiegħu għat-trattament preferenzjali li l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni [kien] jagħtih<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (sentenza Racke, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat, minn naħa, li, bħal ma kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill, punt 54 iktar ’il fuq (punt 28), ir-rikorrenti jikkontestaw, b’mod inċidentali, skont l-Artikolu 241 KE, il-validità ta’ dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li r-Regolament Nru 1367/2006 ġie adottat sabiex jissodisfa l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Fil-fatt, mill-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament Nru 1367/2006 jirriżulta li dan ir-regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi fl-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus billi jiggarantixxi b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fil-livell [tal-Unjoni] taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti b’dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Barra minn hekk, il-premessa 18 tar-Regolament Nru 1367/2006 tirreferi b’mod espliċitu għall-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Apparti dan, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jistabbilixxi ċerti obbligi u li r-Regolament Nru 1367/2006 għandu l-għan li jimplementa dak li hemm stabbilit fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus f’dak li jirrigwarda l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, Lesoochranárske zoskupenie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/09" PAGE.ECR="I-1255" YEAR="2011">C-240/09, Ġabra p. I-1255</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 41).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Isegwi li għandha tiġi eżaminata l-validità tad-dispożizzjoni li fir-rigward tagħha r-rikorrenti għamlu eċċezzjoni fid-dawl tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, u dan ifisser li għandu jiġi stabbilit jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li jinsab fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jistax jiġi interpretat fis-sens li huwa limitat għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Barra minn hekk, u bla ħsara għall-proċeduri ta’ rikors imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull Parti għandha tara li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw l-eventwali kriterji previsti mid-dritt nazzjonali tagħha jkunu jistgħu jibdew proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jikkontestaw l-atti jew ommissjonijiet minn individwi jew minn awtoritajiet pubbliċi li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni ssostni, fir-risposta u fil-kontroreplika, li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma japplikax f’dan il-każ peress li hija aġixxiet fl-eżerċizzju ta’ setgħat leġiżlattivi meta adottat ir-Regolament Nru 149/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea adottati fl-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi tagħhom huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirreferi għall-atti ta’ awtoritajiet pubbliċi u mill-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-Artikolu 9(3) ta’ din il-konvenzjoni ma jinkludix il-korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżami mill-ġdid intern previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006 ma huwiex disponibbli ħlief fir-rigward ta’ atti amministrattivi bħal dawk definiti fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali taħt il-liġi ambjentali, meħud[in] minn xi istituzzjoni jew korp [tal-Unjoni Ewropea], u li għandh[om] effetti esterni u li jorbtu legalment<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. L-Artikolu 2(1)(ċ) tal-imsemmi regolament jipprovdi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>istituzzjoni jew korp tal-[Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ifisser kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija ta’ natura pubblika stabbiliti mit-Trattat jew abbażi tal-istess trattat ħlief meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma aġixxietx fl-eżerċizzju ta’ setgħat leġiżlattivi meta adottat ir-Regolament Nru 149/2008. Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-regolament, hija aġixxiet fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Regolament Nru 149/2008 emenda r-Regolament Nru 396/2005 billi daħħal l-Annessi II sa IV. Dan ġie adottat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 5(1), tal-Artikolu 16(1), tal-Artikolu 21(1) u tal-Artikolu 22(1) tar-regolament imsemmi l-aħħar, li kienu jipprovdu l-proċedura applikabbli għall-istabbiliment tal-imsemmija annessi.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Annessi II sa IV tar-Regolament Nru 396/2005 kellhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(2) ta’ dan ir-regolament. Din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar kienet tirreferi għall-Artikolu 5 u għall-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="184" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="1999">ĠU L 184, p. 23</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-gwida ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, stabbilita miċ-Ċentru reġjonali għall-ambjent tal-Ewropa ċentrali u orjentali, jagħti sostenn lill-konklużjoni li tgħid li, billi adottat ir-Regolament Nru 149/2008, il-Kummissjoni ma aġixxietx fil-kuntest tas-setgħat leġiżlattivi tagħha. Huwa minnu li din il-gwida ma għandhiex valur legali; madankollu xejn ma jipprekludi lill-Qorti Ġenerali milli tużah bħala ispirazzjoni sabiex tinterpreta l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>B’dan il-mod, skont din il-gwida (paġna 42), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ma huwiex meqjus li l-Kummissjoni taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Għaldaqstant hija kkunsidrata bħala awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-argumenti tal-Kummissjoni bbażati fuq il-fatt li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma huwiex applikabbli minħabba li hija adottat ir-Regolament Nru 149/2008 fl-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi tagħha ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandha tiġi eżaminata l-validità tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, li jillimita l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>att[i] amministrattiv[i]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ddefiniti fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li jinsab fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma huwiex iddefinit f’din il-konvenzjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita, trattat internazzjonali għandu jiġi interpretat skont it-termini li fih jiġi redatt kif ukoll fid-dawl tal-għanijiet tiegħu. L-Artikoli 31 tal-Konvenzjonijiet ta’ Vjenna, tat-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE>, fuq id-dritt dwar it-trattati, u tal-<DATE ISO="19860321">21 ta’ Marzu 1986</DATE>, fuq id-dritt dwar it-trattati jew bejn Stati u organizzazzjonijiet internazzjonali, jew bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, li jesprimu f’dan is-sens id-dritt internazzjonali ġenerali konswetudinarju, jipprovdu, f’dan ir-rigward, li trattat għandu jiġi interpretat <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>, billi jiġi segwit is-sens ordinarju li għandu jingħata lit-termini tiegħu fil-kuntest tagħhom, u fid-dawl tal-għan u tal-iskop tiegħu (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" PAGE.ECR="I-403" YEAR="2006">C-344/04, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 40, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandhom jitfakkru l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>B’dan il-mod, mis-sitt u mit-tmien premessa tal-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirriżulta li l-awturi ta’ din il-konvenzjoni, filwaqt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jammettu li ħarsien xieraq tal-ambjent huwa essenzjali għall-benesseri tal-bniedem kif ukoll għat-tgawdija tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-ħajja nnifsu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, iqisu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>sabiex ikunu jistgħu jinvokaw dan id-dritt u jaqdu dan id-dmir, iċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni, ikunu jistgħu jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u jkollhom aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, u jammettu li l-imsemmija ċittadini jista’ jkollhom bżonn ta’ assistenza sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Barra minn hekk, mid-disa’ premessa tal-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fil-qasam tal-ambjent, aċċess itjeb għall-informazzjoni u parteċipazzjoni ikbar tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet aħjar u li dawn jiġu applikati b’mod iktar effettiv, jgħinu sabiex il-pubbliku jkun iktar konxju tal-problemi ambjentali, jagħtuh il-possibbiltà li jesprimi t-tħassib tiegħu u jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jeħduhom debitament inkunsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Għan<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[s]abiex isir kontribut għall-ħarsien tad-dritt ta’ kull wieħed, fil-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, li jgħix f’ambjent xieraq sabiex jiżgura s-saħħa u l-benesseri tiegħu, kull Parti għandha tiggarantixxi d-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li proċedura għal eżami mill-ġdid intern li tikkonċerna biss il-miżuri ta’ portata individwali jkollha portata limitata ħafna inkwantu l-atti adottati fil-qasam tal-ambjent spiss ikunu atti ta’ portata ġenerali. Fid-dawl tal-għanijiet u tal-iskop tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tali limitazzjoni ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Imbagħad, fir-rigward tal-kliem li fih huwa redatt l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, għandu jiġi osservat li dan iħalli ċertu marġni ta’ manuvra lill-partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus rigward id-definizzjoni tal-persuni li jistgħu jibdew proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji u rigward in-natura tal-proċedura (amministrattiva jew ġudizzjarja). Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, huma biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>il-membri tal-pubbliku li jissodisfaw l-eventwali kriterji previsti mid-dritt nazzjonali tagħha [li] jkunu jistgħu jibdew proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Madankollu, il-kliem tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jħallix l-istess marġni ta’ manuvra fir-rigward tad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li jistgħu jiġu kkontestati. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda raġuni sabiex il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss l-atti ta’ portata individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kliem tad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, għandu jiġi osservat li bis-saħħa tal-Artikolu 2(2) ta’ din il-konvenzjoni, il-kunċett ta’ awtorità pubblika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ma jinkludix il-korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. B’dan il-mod, l-atti adottati minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea li taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi tagħha jistgħu għaldaqstant jiġu esklużi mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> li jinsab fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Din l-esklużjoni ma tippermettix, madankollu, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li jinsab fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jiġi limitat biss għall-miżuri ta’ portata individwali. Fil-fatt, ma teżisti l-ebda rabta bejn l-atti ta’ portata ġenerali u dawk meħudin minn awtorità pubblika fl-eżerċizzju tas-setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi tagħha. L-atti ta’ portata ġenerali ma humiex neċessarjament atti adottati minn awtorità pubblika fl-eżerċizzju tas-setgħat ġudizzjarji jew leġiżlattivi tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jirreferi biss għall-miżuri ta’ portata individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata bl-argument tal-Kunsill, imqajjem waqt is-seduta, li tgħid li l-limitazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>atti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għall-miżuri ta’ portata individwali hija ġġustifikata fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 230 KE. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, organizzazzjoni mhux governattiva li tkun għamlet talba għal eżami<?PAGE NO="12"?> mill-ġdid intern skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006 tista’ tiftaħ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat u għalhekk skont l-Artikolu 230 KE. Indipendentement mill-portata tal-miżura li kienet is-suġġett tal-eżami mill-ġdid intern previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006, il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tal-Artikolu 230 KE għandhom, f’kull każ, jiġu osservati fil-każ ta’ rikors quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 230 KE, u b’mod partikolari dik li tipprovdi li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat direttament u individwalment mill-att ikkontestat, japplikaw ukoll għall-miżuri ta’ portata individwali li r-rikorrent ma huwiex destinatarju tagħhom. Organizzazzjoni mhux governattiva, li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1367/2006, ma hijiex neċessarjament ikkonċernata direttament u individwalment minn miżura ta’ portata individwali. Bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Kunsill, il-limitazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> biss għall-atti ta’ portata individwali ma tippermettix li jiġi żgurat li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 230 KE, li tgħid li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat direttament u individwalment mill-att ikkontestat, tiġi sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument tal-Kunsill, li jgħid li l-limitazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>atti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> għall-miżuri ta’ portata individwali hija ġġustifikata fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 230 KE, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jirreferi biss għall-miżuri ta’ portata individwali. Għaldaqstant, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006, sa fejn jillimita l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>atti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>att[i] amministrattiv[i]<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, li huma ddefiniti fl-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>miżur[i] ta’ ambitu individwali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, ma huwiex kompatibbli mal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament, għandu jintlaqa’ u, għalhekk, it-tieni motiv għandu jintlaqa’ wkoll. Għalhekk id-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skont it-talbiet tar-rikorrenti f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Għaldaqstant hemm lok li r-Repubblika tal-Polonja u l-Kunsill jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet ta’ Stichting Natuur en Milieu u ta’ Pesticide Action Network Europe intiżi sabiex hija teżamina mill-ġdid ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu, huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Stichting Natuur en Milieu u minn Pesticide Action Network Europe.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wiszniewska-Białecka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>