|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1915 |
1.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11217 — PETRONORD / PETROCARGO / HEMPELMANN WITTEMÖLLER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1915)
1.
Fit-22 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Petronord GmbH & Co. KG (iktar ‘il quddiem “Petronord”), ikkontrollata indirettament minn Marquard & Bahls AG (it-tnejn li huma mill-Ġermanja), |
|
— |
Petrocargo Mineralöllogistik GmbH (“Petrocargo”, il-Ġermanja), |
|
— |
Hempelmann Wittemöller GmbH (“Hempelmann Wittemöller”, il-Ġermanja). |
Petronord se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Petrocargo u Hempelmann Wittemöller. L-akkwiżizzjoni maħsuba tikkostitwixxi fużjoni permezz ta’ tranżizzjoni minn kontroll konġunt għal kontroll esklużiv, kif definit skont l-Artikoli 3(1) (b) u (2)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
L-attivitajiet ta’ Petronord jiffukaw fuq in-negozju tal-konsumatur aħħari bi prodotti tal-enerġija bħall-fjuwils, iż-żejt għat-tisħin, il-gass naturali, u l-elettriku prinċipalment fil-Ġermanja iżda wkoll fi Stati Membri oħra tal-UE u globalment. |
|
— |
Petrocargo tipprovdi servizzi ta’ trasport għall-fjuwils, AdBlue®, u żejt għat-tisħin fil-Ġermanja, kważi esklużivament għal kumpaniji li huma kkontrollati indirettament minn Petronord. |
|
— |
Hempelmann Wittemöller hija attiva fis-settur tal-bejgħ bl-imnut għaż-żejt għat-tisħin, l-injam għan-nar, il-pelits tal-injam, il-fjuwils, il-LNG, u l-AdBlue® kif ukoll fil-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwils u l-AdBlue® prinċipalment fil-Ġermanja iżda wkoll fi Stati Membri oħra tal-UE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11217 — PETRONORD / PETROCARGO / HEMPELMANN WITTEMÖLLER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1915/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)