<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-462/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0462</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:866">EU:C:2018:866</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20181025">25.10.2018</DATE> – Kawża C-462/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tänzer &amp; Trasper</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 110/2008</KEYWORD><KEYWORD>Xorb spirituż</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni, deskrizzjoni, preżentazzjoni, ittikkettjar u protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi</KEYWORD><KEYWORD>Punt 41 tal-Anness II</KEYWORD><KEYWORD>Likur tal-bajd</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Natura eżawrjenti tal-ingredjenti awtorizzati</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑462/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20170801">1 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Tänzer &amp; Trasper GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Altenweddinger Geflügelhof KG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Għaxar Awla, li qed jaġixxi bħala President tad-Disa’ Awla, E. Juhász u C. Vajda (Relatur), Imħallfin</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Tänzer &amp; Trasper GmbH, minn K. Krietsch, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal Altenweddinger Geflügelhof KG, minn H. J. Omsels, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn G. Kanellopoulos, M. Tassopoulou u A. Vasilopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Eggers u B. Hofstötter, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="039" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 39, p. 16</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 354, p. 34</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 110/2008<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Tänzer &amp; Trasper GmbH u Altenweddinger Geflügelhof KG dwar id-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> li jinsab fuq il-prodotti ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4 u 9 tar-Regolament Nru 110/2008 jgħidu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(2)</NO.P><TXT>Is-settur tax-xorb spirituż huwa importanti għall-konsumaturi, għall-produtturi u għas-settur agrikolu [fl-Unjoni]. Il-miżuri applikabbli għas-settur tax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, u jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni ta’ prattika qarrieqa u l-kisba ta’ trasparenza fis-suq u ta’ kompetizzjoni ġusta. Permezz ta’ dan huwa mistenni li l-miżuri jissalvagwardjaw ir-reputazzjoni li x-xorb spirituż [tal-Unjoni] kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqa’ jittieħed kont tal-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll taż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar sistematiku fil-Leġiżlazzjoni li tirregola x-xorb spirituż, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi b’mod ċar kriterji definiti għall-produzzjoni, deskrizzjoni, preżentazzjoni u tikkettar ta’ xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Meta wieħed iqis l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, jixraq li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż li jmorru lil hinn mir-regoli orizzontali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l‑<DATE ISO="20000320">20 ta’ Marzu 2000</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p.75)]. Dawk il-miżuri speċifiċi għandhom jipprevjenu wkoll l-użu improprju tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>xarba spirituża<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u ta’ l-ismijiet tax-xorb spirituż għal prodotti li ma jissodisfawx id-definizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 110/2008 jipprevedi li dan jistabbilixxi r-regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-ittikkettjar ta’ xorb spirituż kif ukoll il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (3) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>xarba spirituża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tfisser xarba alkolħolika:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>li jkollha qawwa alkoħolika minima ta’ 15 % vol.;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qawwa alkolħolika minima prevista fil-paragrafu 1(ċ) għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni tal-prodott fil-kategorija 41 fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament jipprevedi li x-xorb spirituż huwa kklassifikat skont id-definizzjonijiet elenkati fl-Anness II tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2)(a) ta’ dan l-istess regolament jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji enumerati 15 sa 46 fl-Anness II, ix-xarbiet spiritużi definiti hemmhekk jistgħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jinkisbu minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I mat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament Nru 110/2008:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Xorb spirituż li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti definiti fil-kategoriji 1 sa 46 ta’ l-Anness II għandu jkollhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-ittikkettar tagħhom id-denominazzjoni tal-bejgħ assenjata hemmhekk.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ix-xarbiet spiritużi li jissodisfaw id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 iżda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-kategoriji 1 sa 46 ta’ l-Anness II għandhom ikollhom fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tagħhom id-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>xorb spirituż<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, dik id-denominazzjoni tal-bejgħ m’għandhiex tiġi sostitwita jew modifikata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness II ta’ dan ir-regolament huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Xorb spirituż<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Fil-parti ta’ dan l-anness iddedikata għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kategoriji ta’ xorb spirituż<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, il-punti 41 u 42 tiegħu huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>41.</NO.P><TXT>Likur tal-bajd jew <HT TYPE="ITALIC">advocaat</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">avocat</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">advokat</HT></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Il-likur tal-bajd jew <HT TYPE="ITALIC">advocaat</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">avocat</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">advokat</HT> huwa xarba spirituża, sew bit-togħma miżjuda jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillat u/jew spirtu, li l-ingredjenti tiegħu huma isfar tal-bajd [ta’ kwalità], abjad tal-bajd u zokkor jew għasel […]. Il-kontenut minimu ta’ zokkor jew għasel għandu jkun ta’ 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta’ isfar tal-bajd pur għandu jkun ta’ 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>B’deroga mill-Artikolu 2(1)(ċ), il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-likur tal-bajd jew <HT TYPE="ITALIC">advocaat</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">avocat</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">advokat</HT> għandha tkun ta’ 14 %.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Sustanzi aromatizzanti biss kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament […] Nru 1334/2008 u preparazzjonijiet aromatizzanti biss kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-liqueur tal-bajd jew l-advocaat jew l-avocat jew l-advokat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Likur bil-bajd</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew bit-togħma miżjuda jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillat u/jew spirtu, li l-ingredjenti karatteristiċi tiegħu huma isfar tal-bajd [ta’ kwalità], abjad tal-bajd u zokkor jew għasel. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Kemm Tänzer &amp; Trasper kif ukoll Altenweddinger Geflügelhof jipproduċu likuri li fil-kompożizzjoni tagħhom hemm, b’mod partikolari, il-bajd u li jinbiegħu taħt id-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Fost il-likuri mibjugħa taħt din id-denominazzjoni minn Altenweddinger Geflügelhof hemm firxa ta’ prodotti li jinkludu fuq it-tikketta mwaħħla fuq in-naħa ta’ wara tal-fliexken l-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>fih il-ħalib<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Huwa paċifiku li dawn il-prodotti fihom effettivament il-ħalib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), Tänzer &amp; Trasper titlob, skont id-dispożizzjonijiet kemm tad-dritt nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, li Altenweddinger Geflügelhof tiġi ordnata tieqaf tuża d-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għall-imsemmija firxa ta’ prodotti. Skont Tänzer &amp; Trasper, peress li l-ħalib ma huwiex imsemmi fil-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 bħala ingredjent tal-likur tal-bajd, prodott li jkun fih il-ħalib ma jistax juża l-imsemmija denominazzjoni tal-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Altenweddinger Geflügelhof issostni, min-naħa l-oħra, li l-prodotti inkwistjoni jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni, peress li l-ingredjenti li hija telenka jikkostitwixxu biss kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex prodott ikun jista’ jiġi deskritt bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-elenkar tal-komponenti li jinsabu fil-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 isemmi l-komponenti li xarba spirituża għandha tinkludi bħala minimu biex tkun tista’ tintuża għaliha d-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> (speċifikazzjonijiet minimi), jew jindika b’mod eżawrjenti l-komponenti awtorizzati ta’ prodott li huwa mixtieq li tintuża għalih id-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tuża d-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, xarba spirituża ma tistax tkun fiha ingredjenti oħra minbarra dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 110/2008 jistabbilixxi, skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, ir-regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-ittikkettjar ta’ xorb spirituż kif ukoll il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tiegħu. Skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, dan ix-xorb spirituż għandu jiġi kklassifikat f’kategoriji skont id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kawża prinċipali tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk Altenweddinger Geflügelhof, konvenuta f’din il-kawża, għandhiex id-dritt tagħti lill-prodotti tagħha d-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fid-dawl tal-fatt li dawn, minbarra l-ingredjenti msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni, fihom il-ħalib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fil-verżjonijiet bl-Ispanjol, bl-Ingliż u bil-Franċiż, l-ewwel sentenza tal-punt 41(a) tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 hija fformulata b’tali mod li minnha jirriżulta b’mod inekwivoku li l-lista ta’ ingredjenti msemmija hemmhekk hija eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-verżjoni bil-Ġermaniż ta’ din is-sentenza tipprovdi li l-likur tal-bajd huwa xarba spirituża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>li tinkludi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, bħala ingredjenti, isfar tal-bajd ta’ kwalità, abjad tal-bajd u zokkor jew għasel. Kif osservat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, din il-formulazzjoni ma teskludix interpretazzjoni li tgħid li jistgħu jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Altenweddinger Geflügelhof tenfasizza, fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-verżjoni bit-Taljan tal-imsemmija sentenza tikklassifika l-ingredjenti msemmija fiha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>karatteristiċi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/><HT TYPE="ITALIC">elementi caratteristici</HT><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Għalhekk, f’din il-verżjoni lingwistika, il-formulazzjoni tal-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 tikkorrispondi għal dik tal-punt 42 tal-istess anness, li jiddefinixxi x-xarba spirituża bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>likur bil-bajd<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew tingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom, fil-fatt, jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet bil-lingwi kollha tal-Unjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-kuntest u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li minnha tkun tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Alo u Osso</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/14 u C‑444/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:127">EU:C:2016:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-kuntest tad-dispożizzjoni inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 110/2008 jirriżulta li x-xorb spirituż li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-prodotti ddefiniti fil-kategoriji tal-Anness II jingħata, fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fl-ittikkettjar tiegħu, id-denominazzjoni tal-bejgħ assenjata hemmhekk. L-Artikolu 9(2) tal-imsemmi regolament jippreċiża li, meta x-xorb spirituż, li jissodisfa d-definizzjoni fl-Artikolu 2 ta’ dan l-istess regolament, ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-inklużjoni tiegħu fil-kategoriji 1 sa 46 tal-imsemmi anness, huwa għandu jiġi deskritt bid-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>xorb spirituż<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Mir-relazzjoni bejn l-ewwel żewġ paragrafi tal-imsemmi Artikolu 9 jirriżulta li d-definizzjonijiet ta’ xorb spirituż li jinsabu fil-kategoriji tal-imsemmi Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 għandhom natura preċiża u eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-iskop tar-Regolament Nru 110/2008, mill-premessa 4 tiegħu jirriżulta, l-ewwel nett, li dan ir-regolament huwa intiż li jiggarantixxi approċċ iktar sistematiku fil-leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xorb spirituż, billi jistabbilixxi kriterji ċari għall-produzzjoni, deskrizzjoni, preżentazzjoni u ttikkettjar ta’ dan ix-xorb kif ukoll għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, il-premessa 9 ta’ dan ir-regolament tindika li dan tal-aħħar għandu wkoll l-għan li jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>xorb spirituż<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u tad-denominazzjonijiet ta’ xorb spirituż sabiex jiġu deskritti prodotti li ma jissodisfawx id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-imsemmi anness jikkostitwixxu preċiżament miżuri speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż, imsemmija fil-punt preċedenti. Sa fejn dawn id-definizzjonijiet huma, għalhekk, fil-qalba tas-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 110/2008 u<?PAGE NO="6"?> l-preċiżjoni tagħhom għandha sservi l-għan, imfakkar ukoll fil-punt preċedenti, li jiġi evitat l-użu abbużiv ta’ denominazzjonijiet ta’ xorb spirituż, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, taħt piena li din is-sistema tiddgħajjef. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-possibbiltà li jiżdiedu ingredjenti oħra ma’ dawk elenkati f’dawn id-definizzjonijiet tista’ tiġi aċċettata biss jekk din kienet espressament prevista fihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ għal dak li jirrigwarda l-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008, li ma jsemmix il-possibbiltà li jiżdiedu ingredjenti oħra ma’ dawk elenkati fil-punt 41(a) ta’ dan l-anness. Fil-fatt, minbarra dawn l-ingredjenti, huwa biss l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet aromatizzanti li huwa espressament previst, u dan taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 41(c) tal-imsemmi anness. Issa, il-ħalib ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>sustanza<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>preparazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> aromatizzanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif essenzjalment isostnu Tänzer &amp; Trasper u l-Kummissjoni, jekk id-definizzjoni li tinsab fil-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 tiġi interpretata fis-sens li l-ingredjenti li hija telenka huma dawk li l-likur tal-bajd għandu jinkludi bħala minimu, tali interpretazzjoni twassal sabiex tippermetti ż-żieda, mhux biss ta’ ħalib, iżda ta’ kwalunkwe prodott ieħor, liema fatt jippreġudika l-għan li jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-produzzjoni, deskrizzjoni, preżentazzjoni u ttikkettjar ta’ xorb iddefiniti f’dan l-anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sa fejn Altenweddinger Geflügelhof issostni li l-ħalib jintuża fil-manifattura tradizzjonali tal-likur tal-bajd, b’mod li tali użu jikkorrispondi għall-aspettattivi tal-konsumatur, għandu jiġi osservat li l-possibbiltà li jintużaw metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali, li hija espressament prevista għal ċerti kategoriji ta’ xorb spirituż fl-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008, ma tissemmiex fil-punt 41 ta’ dan l-anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ta’ Altenweddinger Geflügelhof li jgħid li, skont l-Artikolu 5(2)(a) tal-imsemmi regolament, ix-xorb spirituż iddefinit fl-Anness II ta’ dan tal-aħħar jista’ jinkiseb minn kwalunkwe materja prima agrikola msemmija fl-Anness I tat-Trattat FUE, inkluż għalhekk il-ħalib, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, skont il-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni, din il-possibbiltà hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[m]ingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji enumerati 15 sa 46 fl-Anness II [tar-Regolament Nru 110/2008]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-premessa 2 tar-Regolament Nru 110/2008 jirriżulta li l-imsemmi regolament jirreferi b’mod ġenerali għall-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, għall-prevenzjoni ta’ prattiki qarrieqa, għall-kisba ta’ trasparenza fis-suq u ta’ kompetizzjoni ġusta kif ukoll għall-protezzjoni tar-reputazzjoni li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fl-Unjoni u fis-suq dinji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, l-interpretazzjoni li tgħid li l-lista tal-ingredjenti li tinsab fil-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 ma għandhiex natura eżawrjenti tista’ tippreġudika dawn l-għanijiet. Fil-fatt, il-possibbiltà li jiġu miżjuda, mal-likur tal-bajd, ingredjenti oħra minbarra dawk previsti b’mod eżawrjenti f’din il-lista tnaqqas it-trasparenza u tista’ tinkoraġġixxi lill-produtturi sabiex iżidu elementi li huma orħos, għad-detriment ta’ kompetizzjoni ġusta u tal-protezzjoni tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar’ il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament Nru 110/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tuża d-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, xarba spirituża ma tistax tkun fiha ingredjenti oħra minbarra dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tuża d-denominazzjoni tal-bejgħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>likur tal-bajd<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, xarba spirituża ma tistax tkun fiha ingredjenti oħra minbarra dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>