European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2298

19.10.2026

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2298

tas-16 ta’ Ottubru 2026

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-kurdlan

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel u l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu aġġornati jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti interessata.

(4)

F’Settembru 2016, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kurdlan bħala ġelifikant, aġent li jissoda, stabbilizzatur u aġent li jgħaqqad f’varjetà wiesgħa ta’ kategoriji tal-ikel. Wara dan, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Il-kurdlan huwa polisakkarid lineari b’piż molekulari għoli bi proprjetajiet ta’ ġelifikazzjoni termali, prodott bil-fermentazzjoni mir-Rhizobium radiobacter biovar 1 tar-razza NTK-u. Jifforma ġelijiet irreversibbli tat-tip “high-set” meta jissaħħan f’sospensjoni milwiema f’temperaturi ogħla minn 80 °C, u ġelijiet riversibbli tat-tip “low-set” meta jissaħħan f’sospensjoni milwiema f’temperaturi bejn 55 °C u 65 °C u mbagħad jitkessaħ għal ≤ 40 C. Il-kurdlan huwa maħsub biex jintuża bħala aġent li jissoda, aġent ġelifikant, stabbilizzatur u aġent li jgħaqqad f’varjetà wiesgħa ta’ kategoriji tal-ikel biex itejjeb il-proprjetajiet strutturali tagħhom, il-kapaċità tagħhom li jżommu l-ilma u l-istabbiltà termali tagħhom, bħat-taljarini, id-dumplings, il-prodotti tal-laħam ipproċessat, il-pejsts tal-ħut, il-kejkijiet, iz-zlazi, is-sopop, it-tofu pproċessat u s-snacks.

(6)

Fl-opinjoni ppubblikata fid-9 ta’ Settembru 2024 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-użu propost tal-kurlan bħala addittiv tal-ikel. Minkejja l-limitazzjonijiet innotati fis-sett tad-data, l-Awtorità setgħet tivvaluta s-sikurezza billi tapplika l-approċċ tal-marġni ta’ esponiment (MOE) u kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-użu tal-kurdlan bħala addittiv tal-ikel fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti.

(7)

Għalhekk jixraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-kurdlan bħala addittiv tal-ikel u li jiġi assenjat E 424 bħala n-numru E lil dak l-addittiv.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-kurlan (E 424) jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 billi dan l-addittiv huwa inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1333/oj.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1331/oj.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/231/oj).

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u l-Aromatizzanti (2024). Safety evaluation of curdlan as a food additive. EFSA Journal 2024;22:e8985, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8985.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, il-punt 3 “Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 423, Gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku:

“E 424

Kurdlan”

(2)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kategorija 01.7.5 (Ġobon ipproċessat), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku — fosfati — di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

40 000 ”

 

 

(b)

Fil-kategorija 02.2.2 (Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 405, Propan-1, 2-diol alġinat:

 

“E 424

Kurdlan

50 000 ”

 

 

(c)

Fil-kategorija 03. (Silġ li jittiekel), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 405, Propan-1, 2-diol alġinat:

 

“E 424

Kurdlan

30 000 ”

 

 

(d)

Fil-kategorija 04.2.1 (Frott u ħxejjex imnixxfa), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal qabel l-entrata għal E 907, Poli-1-deċen idroġenat:

 

“E 424

Kurdlan

50 000

 

Ma jistax jintuża biex jipproduċi ikel deidratat maħsub biex jirreidrata ruħu malli jittiekel.”

(e)

Fil-kategorija 04.2.2 (Frott u ħxejjex fil-ħall, żejt jew ilma mielaħ), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal qabel l-entrata għal E 579, Glukonat tal-ħadid:

 

“E 424

Kurdlan

50 000 ”

 

 

(f)

Fil-kategorija 04.2.3 (Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 415, Gomma Xanthan:

 

“E 424

Kurdlan

50 000

 

qastan fil-likwidu biss”

(g)

Fil-kategorija 04.2.4.1 (Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex esklużi zlazi tal-frott), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 405, Propan-1, 2-diol alġinat:

 

“E 424

Kurdlan

50 000 ”

 

 

(h)

Fil-kategorija 04.2.5.3 (Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 418, Gomma Gellan:

 

“E 424

Kurdlan

10 000

(32)”

 

(i)

Fil-kategorija 04.2.5.4 (Butir tal-ġewż u pejsts tal-ġewż), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

50 000 ”

 

 

(j)

Fil-kategorija 04.2.6 (Prodotti tal-patata pproċessati), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

50 000 ”

 

 

(k)

fil-kategorija 05.1 (Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata koperti bid-Direttiva 2000/36/KE), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 422, Gliċerol:

 

“E 424

Kurdlan

30 000

 

b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(l)

Fil-kategorija 05.2 (Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 405, Propan-1, 2-diol alġinat:

 

“E 424

Kurdlan

50 000

 

Ma jistax jintuża f’kikkri żgħar tal-ġelatina, definiti, għall-fini ta’ dan ir-Regolament, bħala ħlewwiet tal-ġelatina ta’ konsistenza soda, li jinstabu f’kikkri żgħar jew kapsuli żgħar semiriġidi, maħsuba biex jinbelgħu f’gidma waħda billi tkun eżerċita l-pressjoni fuq il-kikkri ż-żgħar jew il-kapsuli żgħar biex il-ħlewwiet jintefgħu fil-ħalq; Ma jistax jintuża biex jipproduċi ikel deidratat maħsub biex jirreidrata ruħu malli jittiekel.”

(m)

Fil-kategorija 05.3 (Chewing gum), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 416, Gomma tal-Karaya:

 

“E 424

Kurdlan

10 000 ”

 

 

(n)

Fil-kategorija 05.4 (Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 423, Gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku:

 

“E 424

Kurdlan

5 000 ”

 

 

(o)

Fil-kategorija 06.3 (Ċereali tal-kolazzjon), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku – fosfati – di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

20 000 ”

 

 

(p)

Fil-kategorija 06.4.2 (Għaġin xott), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal Grupp I Addittivi:

 

“E 424

Kurdlan

20 000

 

għaġin mingħajr glutina biss (bħala ikel prodott apposta biex inaqqas il-kontenut tal-glutina ta’ ingredjenti li fihom il-glutina jew jissostitwixxi l-ingredjenti li fihom il-glutina) u għaġin maħsub għal dieti ipoproteiċi”

(q)

Fil-kategorija 06.4.4 (Njokki tal-Patata), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 330, Aċidu ċitriku:

 

“E 424

Kurdlan

20 000

 

ħlief għan-njokki tal-patata friski u mpoġġijin fil-friġġ”

(r)

Fil-kategorija 06.4.5 (Mili ta’ għaġin mimli (ravjul u simili)), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

20 000 ”

 

 

(s)

Fil-kategorija 06.5 (Taljarini), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku – fosfati – di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

20 000 ”

 

 

(t)

Fil-kategorija 06.6 (Panura), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku – fosfati – di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

5 000 ”

 

 

(u)

Fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku – fosfati – di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

20 000

 

ħlief il-prodotti f’7.1.1 u 7.1.2”

(v)

Fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku – fosfati – di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

20 000 ”

 

 

(w)

Fil-kategorija 08.2 (Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 415, Gomma Xanthan:

 

“E 424

Kurdlan

20 000

 

preparati li jkunu ġew trattati bis-sħana qabel il-konsum li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra; preparati tal-laħam li jkunu ġew trattati bis-sħana qabel il-konsum, magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkunu ġew ittrattati b’mod differenti: ikkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien. Ħlief bifteki, soutzoukaki, kebap, gyros u souvlaki”

(x)

Fil-kategorija 08.3.2 (Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal qabel l-entrata għal E 427, Gomma Cassia:

 

“E 424

Kurdlan

20 000

 

Ħlief foie gras, foie gras entier, blocs de foie gras, Libamáj, libamáj egészben, libamáj tömbben”

(y)

Fil-kategorija 08.3.3 (Kisi ta’ protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 339, Fosfati tas-sodju:

 

“E 424

Kurdlan

20 000 ”

 

 

(z)

Fil-kategorija 09.2 (Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal qabel l-entrata għal E 450, Id-Difosfati:

 

“E 424

Kurdlan

30 000 ”

 

 

(aa)

Fil-kategorija 10.2 (Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

20 000 ”

 

 

(bb)

Fil-kategorija 12.4 (Mustarda), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal qabel l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

30 000 ”

 

 

(cc)

Fil-kategorija 12.5 (Soppa u brodu), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

10 000 ”

 

 

(dd)

Fil-kategorija 12.6 (Zlazi), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 392, Estratti tar-rożmarin:

 

“E 424

Kurdlan

30 000 ”

 

 

(ee)

Fil-kategorija 12.7 (Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 334–337 u E 354, Aċidu tartariku — tartrati:

 

“E 424

Kurdlan

30 000 ”

 

 

(ff)

Fil-kategorija 12.9 (Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 338–452, Aċidu fosforiku – fosfati – di- tri- u polifosfati:

 

“E 424

Kurdlan

80 000 ”

 

 

(gg)

Fil-kategorija 15.1 (Ikliet ħfief abbażi ta’ patata, ċereali, dqiq jew lamtu), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 416, Gomma tal-Karaya:

 

“E 424

Kurdlan

10 000 ”

 

 

(hh)

Fil-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4), l-entrata għal E 424 (Kurdlan) tiddaħħal wara l-entrata għal E 416, Gomma tal-Karaya:

 

“E 424

Kurdlan

30 000 ”.

 

 


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 423, GOMMA GĦARBIJA MODIFIKATA B’AĊIDU OTTENILSUĊĊINIKU:

“E 424 KURDLAN

Sinonimi

(1 → 3)-ß-d-Glukan

Definizzjoni

Il-kurdlan huwa polisakkarid b’piż molekulari għoli li jikkonsisti minn unitajiet tal-glukożju retikolati b’β-1,3, prodott permezz ta’ fermentazzjoni f’kultura pura mir-Rhizobium radiobacter biovar 1 tar-razza NTK-u li mhijiex patoġenika jew tossikoġenika. Il-kurdlan jikkonsisti minn residwi ta’ glukożju retikolati b’β-(1,3) u għandu proprjetà mhux komuni li jifforma ġell elastiku ladarba jissaħħan fis-sospensjoni milwiema tiegħu. Il-Kurdlan mhux raffinat jiġi ppurifikat f’diversi stadji, li jinkludu d-dissoluzzjoni alkalina u l-kristallizzazzjoni fil-metanol. Is-soluzzjoni kristallizzata tiġi soġġetta għal passi ta’ purifikazzjoni, jiġifieri ċentrifugazzjoni, ħasil u ċentrifugazzjoni għal darb’ oħra. Imbagħad il-prodott jitnixxef, jiġi mitħun u mgħarbel biex jinkiseb il-prodott finali.

Numru CAS

54724-00-4

Formola kimika

H•(C6H10O5)n•OH

Piż molekulari medju

Mhux inqas minn 1,4 × 106 Da

Assaġġ (ikkalkulat bħala glukożju anidruż)

Mhux anqas minn 80 %

Deskrizzjoni

Trab abjad sa kważi abjad, mingħajr riħa jew kważi mingħajr riħa

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Ma jinħallx fl-ilma u fl-etanol

Solubbiltà fl-alkali

Jgħaddi t-test

Issospendi 0,2 g tal-kampjun f’ 5 mL ilma, żid 1 mL ta’ 3 N idrossidu tas-sodju u ħawwad. Il-kampjun jinħall.

Formazzjoni ta’ ġell

Saħħan sospensjoni milwiema ta’ 2 % tal-kampjun f’banjumarija jagħli għal 10 min u kessaħ. Jifforma ġell sod.

Formazzjoni ta’ preċipitat mat-tartrat tar-ram

Jgħaddi t-test

pH

Bejn 6,0–7,5 (soluzzjoni milwiema ta’ 1 %)

Saħħa tal-ġell

Mhux inqas minn 600 g/cm2

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 10 %

Residwu mat-tqabbid

Mhux aktar minn 6 %

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 6 %

Nitroġenu

Mhux aktar minn 0,3 %

Arseniku

Mhux aktar minn 0,05 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 0,2 mg/kg

Metanol

Mhux aktar minn 10 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

Għadd ta’ kolonji totali

Mhux aktar minn 1 000 CFU/g

Koliformi

Assenti f’1 g

Escherichia coli

Assenti f’1 g"


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2298/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)