European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1404

11.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1404

tat-8 ta’ Lulju 2025

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika tal-Kroazja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sa Ivana MALETIĆ ser jiskadi fl-14 ta’ Lulju 2025.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Ivana MALETIĆ hija b’dan maħtura membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu mill-15 ta’ Lulju 2025 sal-14 ta’ Lulju 2031.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

S. LOSE


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ Mejju 2025 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1404/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)