Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 3(1) u (2), Artikolu 5(1), (2), (3) u (5) u Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it‑trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) - Nuqqas li jiġu identifikati ċerti żoni li kellhom jiġu identifikati bħala żoni sensittivi għall-ewtrofikazzjoni u nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ trattament iktar rigoruż tal-iskariki ta’ ilma urban mormi ta’ agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 10 000 fiż-żoni sensittivi jew li kellhom jiġu identifikati bħala sensittivi.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi naqas milli jissuġġetta għal trattament iktar rigoruż l-iskariki ta’ ilma urban mormi li joriġinaw minn Craigavon (impjanti ta’ trattament ta’ Ballynacor u Bullay’s Hill) kif ukoll ta’ Magherafelt, ir-Renju Unit tal‑Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l‑Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

4) Ir-Repubblika Portuġiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.