|
24.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11083 — KBR / SUN CAPITAL / HOMESAFE JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 141/06)
1.
Fl-14 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KBR Services, LLC (“KBR Services”, l-Istati Uniti tal-Amerka) ikkontrollata minn Kellogg Brown & Root Services, Inc. (“KBR”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
|
— |
Tier One Relocation, LLC (“T.O.”, l-Istati Uniti tal-Amerka) ikkontrollata minn Sun Capital Partners, Inc. (“Sun Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
KBR Services u T.O. se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ HomeSafe Alliance, LLC (“HomeSafe”, l-Istati Uniti tal-Amerka).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
KBR Services toffri varjetà ta’ servizzi loġistiċi lill-klijenti tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka. Hija kkontrollata minn KBR li tipprovdi soluzzjonijiet komprensivi tax-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija lill-gvernijiet u lill-klijenti kummerċjali madwar id-dinja. |
|
— |
T.O. tispeċjalizza f’servizzi ta’ ċaqliq ta’ djar bieb bieb għall-militar. Hija kkontrollata minn Sun Capital, ditta ta’ investiment privata ffukata fuq ix-xiri b’lieva finanzjarja, l-ekwità, id-dejn u investimenti oħra f’diversi industriji madwar id-dinja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża fil-mira huma li ġejjin: moviment ta’ oġġetti tad-dar għall-membri tal-militar tal-Istati Uniti tal-Amerka u impjegati tal-gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11083 — KBR / SUN CAPITAL / HOMESAFE JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).