|
7.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/496
tat-2 ta’ Marzu 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164, u dwar proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni konsolidata R.E.5
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE (NUKEE WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-regolamenti tan-NU, regolamenti globali tekniċi tan-NU (GTRs tan-NU) u għar-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, l-NUKEE WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
|
(5) |
Mis-7 sad-9 ta’ Marzu 2023, matul il-189 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE, l-NUKEE WP.29 jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164, u proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni konsolidata R.E.5. |
|
(6) |
Ir-regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni konsolidata R.E.5, se jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-NUKEE WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti. |
|
(7) |
Jeħtieġ li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew għal karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157, 164 u r-riżoluzzjoni konsolidata R.E.5 jiġu emendati jew supplimentati biex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-189 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE li se ssir mis-7 sad-9 ta’ Marzu 2023 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
|
Regolament Nru |
Titolu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
|
13-H |
Proposta għas-Suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 13-H tan-NU (Ibbrejkjar tal-Karozzi tal-Passiġġieri) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 100, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/25, emendata minn GRVA-14-55/Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/9 |
|
30 |
Proposta għas-Suppliment 25 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 30 tan-NU (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/21) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/4 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/25 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/26 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/27 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 17, 18, 20 u 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/17 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20 u dokument informali GRE-87-18) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/28 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 17, 18, 20 u 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/17 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/24 u dokument informali GRE-87-18) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/29 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para 17, 18, 20 u 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/17 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/24 u dokument informali GRE-87-18) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/30 |
|
51 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament Nru 51 tan-NU (Storbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 3 u 6, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/16 kif emendat bid-dokument informali GRBP-76-09 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/13) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/2 |
|
53 |
Proposta għas-Suppliment 24 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament Nru 53 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3). (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/23) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/31 |
|
53 |
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 53 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/23) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/32 |
|
53 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament Nru 53 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/23) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/33 |
|
67 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament Nru 67 tan-NU (Vetturi LPG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 18 u 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/21, mhux emendat u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/22 kif emendat bil-para. 19 tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/18 |
|
67 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 67 tan-NU (Vetturi LPG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 18 u 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/21, mhux emendat u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/22 kif emendat bil-para. 19 tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/19 |
|
78 |
Proposta għal Suppliment 2 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 78 tan-NU (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 109, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/26) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/10 |
|
105 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 105 tan-NU (Vetturi għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/29 kif emendat bl-Anness III tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/20 |
|
110 |
Proposta tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 110 tan-NU (Vetturi CNG u LNG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/23, ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/24 u ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/25 kif emendat bl-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/24 |
|
116 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 116 tan-NU (Sistemi ta’ allarm u ta’ kontra s-serq) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 44, abbażi ta’ GRSG-124-23 kif riprodott mill-Anness VI tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/23 |
|
117 |
Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 18, 25 u 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/14 kif emendat bi GRBP-76-35, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/19 kif emendat bi GRBP-76-21, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/20 kif emendat bi GRBP-76-22) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/5 |
|
117 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 21 u 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/22, kif emendat bi GRBP-76-05 u GRBP-76-34, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/18) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/6 |
|
117 |
Proposta għal serje ta’ emendi 04 għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 16, 22, 23 u 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/12, kif emendat bi GRBP-76-23 u GRBP-76-32, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/23, kif emendat bi GRBP-76-02, GRBP-76-33-Rev.1 u GRBP-76-24-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/17, kif emendat bi GRBP-76-31, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/18) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/8 |
|
121 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 121 tan-NU (Identifikazzjoni ta’ kontrolli, ta’ indikaturi operatorji u ta’ indikaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/26 kif emendat bl-Anness IV tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/21 |
|
125 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 125 tan-NU (Kamp ta’ viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieqa) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/27 kif emendat bl-Anness V tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/22 |
|
131 |
Proposta għal Suppliment 3 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 131 tan-NU (Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 84, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/23, kif emendat bi GRVA-14-57) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/11 |
|
131 |
Proposta għal Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 131 tan-NU (Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 83, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/22, kif emendat bi GRVA-14-47) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/12 |
|
138 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 138 tan-NU (Vetturi tat-trasport bit-triq ħiemda) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/15) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/3 |
|
140 |
Proposta għal Suppliment 5 tal-emendi għar-Regolament Nru 140 tan-NU (Sistemi Elettroniċi għall-Kontroll tal-Istabbiltà) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 99, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/25) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/13 |
|
148 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 148 tan-NU (Apparati għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 10, abbażi ta’ dokument informali GRE-87- 24-Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/35 |
|
148 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 148 tan-NU (Apparati għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ dokument informali GRE-87- 24-Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/36 |
|
149 |
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (Apparati għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ dokument informali GRE-87- 24-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/22) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/37 |
|
149 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (Apparati għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ dokument informali GRE-87- 24-Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/38 |
|
150 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 150 tan-NU (Apparati retroriflettivi) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 10, abbażi ta’ dokument informali GRE-87- 24-Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/39 |
|
150 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 150 tan-NU (Apparati retroriflettivi) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 10, abbażi ta’ dokument informali GRE-87- 24-Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/40 |
|
152 |
Proposta għal Suppliment 6 għat-test oriġinali tar-Regolament Nru 152 tan-NU (Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza għall-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 79, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/19, kif emendat bi GRVA-14-48) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/14 |
|
152 |
Proposta għal Suppliment 5 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 152 tan-NU (Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza għall-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 80, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/20, kif emendat bi GRVA-14-49) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/15 |
|
152 |
Proposta għal Suppliment 3 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 152 tan-NU (Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza għall-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 81, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/21, kif emendat bi GRVA-14-50) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/16 |
|
157 |
Proposta għal Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 157 tan-NU (Sistema ta’ Żamma tal-Karreġġata Awtomatizzata) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/16, kif emendat bi GRVA-14-43) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/17 |
|
164 |
Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru 164 tan-NU (Tajers bl-istuds) (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 31, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/11) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/7 |
|
Mixxellanji |
Titolu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
Riżoluzzjoni konsolidata |
Proposta għall-Emenda 9 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni ta’ kategoriji ta’ sorsi tad-dawl (R.E.5) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, para. 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/26) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/41 |
|
Inventarju |
Inventarju tal-aħjar prattiki tal-ħżin tal-ADS (Rieżami tal-attivitajiet nazzjonali/reġjonali eżistenti u t-triq ’il quddiem proposta għad-DSSAD) |
ECE/TRANS/WP.29/2023/42 |
|
Dokument Qafas |
Proposta għal Tabella 1 aġġornata fid-dokument Qafas dwar il-vetturi awtomatizzati/awtonomi |
ECE/TRANS/WP.29/2023/43 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti (il-189 sessjoni) | NUKEE