Official Journal L 140 , 24/05/2001 P. 0072 - 0086
Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2001 rigward is-sistema ta' Trasferiment Espress Awtomatizzat Trans-Ewropew ta' Ħlas Totali fi Żmien Reali (Target) (BĊE/2001/3) (2001/401/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala t-"Trattat") u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiżi ta' l-Artiklu 105(2) tiegħu u l-Artikli 3.1, 12.1, 14.3, 17, 18 u 22 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-Istatut") Billi: (1) L-ewwel inċiż ta' l-Artiklu 105(2) tat-Trattat u l-ewwel inċiż ta' l-Artiklu 3.1 ta' l-Istatut jirrikjedi lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) biex tagħti definizzjoni u timplimenta l-politika monetarja tal-Komunità. (2) Ir-raba' inċiż ta' l-Artiklu 105(2) tat-Trattat u r-raba' inċiż ta' l-Artiklu 3.1 ta' l-Istatu jagħtu l-poter lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) biex jippromwovu t-tħaddim tajjeb tas-sistemi tal-ħlas. (3) L-Artiklu 22 ta' l-Istatut jafda lill-BĊE u lill-BĊN bid-dispożizzjonijiet tal-faċilitajiet li jiżguraw sistemi ta' kumpens u ħlas effiċjenti u affidabbli fi ħdan il-Komunità u mal-pajjiżi l-oħra. (4) Il-kisba tal-politika monetarja unika tinvolvi l-bżonn għal arranġamenti ta' ħlas li permezz tagħhom l-operazzjonijiet tal-politika monetarja bejn il-Banek Ċentrali Nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu isiru f'ħin tajjeb u fiż-żgur, u li jkunu tali li jippromwovu l-uniċità tas-suq monetarju fi ħdan iz-zona ta' l-Ewro. (5) Tali għanijiet jagħtu garanzija ta' arranġament ta' ħlas li jopera b'livell ogħli ta' sigurtà, fi żmien ta' proċessar qasir u bi spiża baxxa. (6) Target hu kontrollat minn qafas legali, li beda japplika mill-bidu ta' l-Istadju III ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU). Dan il-Parir jisostitwixxi l-Parir BĊE/2000/9 tat-3 ta' Ottubru 2000 dwar "sistema ta" Trasferiment Espress Awtomatizzat Trans-Ewropew ta' Ħlas Totali fi Żmien Reali (Target). (7) Dan il-Parir hu ppublikat wara politika favur it-trasparenza permezz ta' pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-istrumenti legali tal-BĊE: diversi arranġamenti eżistenti oħra rigward is-sigurtà, l-aspetti finanzjarji u aspetti oħra ta' tħaddim jew interni tas-SEBĊ mhumiex inklużi fil-Parir. (8) Skond l-Artikli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-pariri tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mill-liġi tal-Komunità, ADOTTA DAN IL-PARIR: Artiklu 1 Definizzjonijiet 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Parir: - "sistemi nazzjonali RTGS" għandhom ifissru dawk is-sistemi ta' Ħlas Totali li jsiru fi Żmien Reali li jiffurmaw parti minn Target hekk kif identifikati fl-Anness I ta' dan il-Parir, - "mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE" għandu jfisser l-arranġamenti tal-ħlas organizzati fi ħdan il-BĊE u konnessi ma' Target għall-għan li jsiru (i) ħlasijiet bejn kontijiet miżmuma fil-BĊE: u (ii) ħlasijiet permezz ta' Target bejn kontijiet miżmuma fil-BĊE u fil-Banek Ċentrali Nazzjonali, - "Interlinking" għandha tfisser l-infrastrutturi tekniċi, karatteristiċi tal-proġetti u tal-proċeduri li jinsabu, jew jiffurmaw adattamenti, f'kull sistema RTGS nazzjonali u l-mekkaniżmu ta' ħlas tal- BĊE għall-għan ta' l-iproċessar tal-ħlasijiet transfruntalieri fi ħdan Target, - "parteċipanti" għandha tfisser l-entitajiet li għandhom aċċess għal sistema nazzjonali RTGS u li għandhom kont nazzjonali RTGS mal-BĊN konċernat (jew, fil-każ tal-mekkaniżmu tal-ħlas tal-BĊE, mal-BĊE) u għandhom jinkludu tali BĊN jew il-BĊE, kemm bħala aġent ta' regolament jew mod ieħor, - "Stati Membri li jipparteċipaw" għandhom ifissru l-Istati Membri kollha li jkunu adottaw il-munita unika skond it-Trattat, - "Banek Ċentrali Nazzjonali" għandhom ifissru l-Banek Ċentrali Nazzjonali ta' l-Istati Membri li jkunu adottaw il-munita unika skond it-Trattat, - "Ewrosistema" għandha tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jkunu adottaw il-munita unika skond it-Trattat, - "il-kumpanijja li toffri s-servizz tan-network" għandha tfisser il-kumpanijja magħżulha mill-BĊE biex toffri konnessjonijiet kompjuterizzati tan-network għall-Interlinking, - "kontijiet fi ħdan il-BĊN" għandhom ifissru l-kontijiet li kull BĊN u l-BĊE għandhom jiftħu wieħed lill-ieħor fil-kotba rispettivi tagħhom għat-tħaddim ta' ħlasijiet transfruntalieri Target; kull kont fi ħdan il-BĊN tali hu miżmum għall-benefiċċju tal-BĊE jew il-BĊN li f'ismu l-kont ikun miftuħ, - "ħlasijiet domestiċi" għandhom ifissru ħlasijiet magħmulha jew li għandhom isiru fi ħdan sistema nazzjonali RTGS waħda jew fi ħdan il-mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE, - "ħlasijiet transfruntalieri" għandhom ifissru ħlasijiet magħmulha jew li għandhom isiru bejn żewġ sistemi nazzjonali RTGS jew bejn sistema nazzjonali RTGS u l-mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE, - "regoli RTGS" għandhom ifissru r-regoli u/jew dispożizzjonijiet kuntrattwali, li huma applikati għal sistema nazzjonali RTGS, - "kont RTGS" għandu jfisser kont (jew, skond il-limitu permess skond ir-regoli RTGS relevanti in kwistjoni, kull grupp ta' kontijiet konsolidati, dejjem jekk il-persuni li tagħhom huma dawn il-kontijiet jkunu, flimkien u bl-aktar mod sivier, responsabbli fir-rigward ta tas-sistema RTGS f'każ ta' problemi) miftuħ f'isem il-parteċipant fuq il-kotba ta' BĊN jew BĊE li fuqu l-ħlasijiet domestiċi u/jew il-ħlasijiet transfruntalieri huma mħallsa, - "ordni ta' ħlas" għandha tfisser istruzzjoni minn parteċipant, skond ir-regoli RTGS applikabbli, biex iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parteċipant li jirċievi, inkluż BĊN jew il-BĊE, ammont ta' flus permezz ta' reġistrazzjoni f'kont RTGS, - "parteċipant li jibgħat" għandu jfisser il-parteċipant li jkun beda ħlas billi jagħti ordni ta' ħlas, - "BĊN/BĊE li jibgħat" għandu jfisser il-BĊE jew il-BĊN li fih il-parteċipant iżomm il-kont RTGS tiegħu, - "parteċipant li jirċievi" għandu jfisser il-parteċipant magħżul mill-parteċipant li qiegħed jibgħat bħala l-parteċipant li fil-kont RTGS tiegħu l-ammont speċifikat fl-ordni tal-ħlas għandujiġi kreditat, - "BĊN/BĊE li jirċievi" għandu jfisser il-BĊE jew il-BĊN li fih il-parteċipant li jirċievi jżomm il-kont RTGS tiegħu, - "ŻEE" għandha tfisser iż-Żona Ekonomika Ewropea hekk kif definita fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea konkluż fit-2 ta' Mejju 1992 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri u l-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles, kif emendat mill-Protokoll li jirranġa l-Ftehim ż-Żona Ekonomika Ewropea tas-17 ta' Marzu 1993, - "parteċipant remot" għandu jfisser istituzzjoni stabbilita f'pajjiż taż-ŻEE li tieħu sehem b'mod dirett f'sistema nazzjonali RTGS ta' Stat Membru ta' l-UE (ieħor) ("Stat Membru li jilqa") u, għal dak l-għan, għandha kont RTGS f'Ewro f'isimha mal-BĊN ta' l-Istat Membru li jilqagħha, mingħajr il-bżonn li tkun fetħet fergħa fl-Istat Membru li jilqagħha, - "parteċipant indirett" għandu jfisser istituzzjoni mingħajr il-kont RTGS personali tagħha li madankollu hi rikonoxxuta mis-sistema nazzjonali RTGS u tkun suġġetta għar-regoli RTGS tagħha u li tista' tkun indirizzata direttament f'Target: it-transizzjonijiet kollha ta' parteċipant indirett isiru fuq il-kont ta' parteċipant (kif definit hawn fuq fir-raba' inċiż ta' dan l-Artiklu) li hu aċċettat bħala r-rappreżentant tal-parteċipant indirett, - "kreditu ta' matul l-istess jum" għandu jfisser kreditu estiż u rimborsat f'perjodu ta' inqas minn ġurnata waħda ta' xogħol, - "faċilitajiet attivabbli" għandhom ifissru l-faċilitajiet ta' self marġinali u l-faċilità ta' depożitu organizzati mill-Ewrosistema, - "rata ta' self marġinali" għandha tfisser ir-rata ta' interess applikabbli minn żmien għal żmien għall-faċilità ta' self marġinali ta' l-Ewrosistema, - "rata ta' faċilità ta' depożitu" għandha tfisser ir-rata ta' interess applikabbli minn żmien għal żmien fil-faċilità ta' depożitu ta' l-Ewrosistema, - "rata fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid prinċipali" għandha tfisser ir-rata ta' interessi marġinali applikabbli minn żmien għal żmien fuq l-operazzjoni ta' finanzjament mill-ġdid prinċipali l-aktar riċenti ta' l-Ewrosistema, fejn rata ta' interess marġinali għandha tfisser ir-rata li biha tispiċċa l-kwota assenjata, - "CCBM" għandu jfisser il-mudell relattiv ta' banek ċentrali għal użu transfruntalieri tal-garanziji kif stabbilit mis-SEBĊ, - "proċedura ta' l-ibblukkjar tal-fondi" għandha tfisser il-proċedura skond liema l-fondi depożitati jew il-kreditu disponibbli jkunu assenjati u ma jibqgħux disponibbli għal xi transizzjoni jew għan ieħor minbarra għall-esekuzzjoni ta' l-ordni tal-ħlas konċernata, sabiex jiġi żgurat li l-fondi assenjati jew kreditu disponibbli jkunu wżati għall-esekuzzjoni ta' tali ordni ta' ħlas: l-assenjazzjoni tal-fondi jew kreditu disponibbli hi msemmija f'dan il-Parir bħala "blukkjar", - "definittività" jew "definittiv" għandu jfisser li l-ħlas ta' ordni tal-ħlas ma jistax ikun revokat, imdawwar jew imħassar mill-BĊN/BĊE li jkun qiegħed jibgħatu, mill-parteċipant li jibgħat jew minn xi terza parti, lanqas fil-każ ta' proċeduri ta' insolvibilità, ħlief f'każi ta' imperfezzjonijiet ta' transizzjoni(jiet) tal-bażi jew ordni(jiet) tal-ħlas li jinħolqu minn reati kriminali jew atti frawdolenti (fejn "atti frawdolenti" għandha tinkludi wkoll preferenzi u transizzjonijiet b'valur imnaqqas matul perjodu suspetti fil-każ ta' insolvibilità) dejjem jekk dan kien ġie deċiż skond kull każ minn qorti ta' ġurisdizzjoni kompetenti jew minn entità kompetenti għall-komposizzjoni tal-kontroversji, jew li jinħolqu minn żball, - "nuqqas ta' funzjonament ta' sistema nazzjonali RTGS" jew "nuqqas ta' funzjonament ta' Target" jew "nuqqas ta' funzjonament" għandu jfisser diffikultajiet tekniċi, difetti jew nuqqasijiet fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuters ta' xi sistema nazzjonali RTGS jew mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE jew il-konnessjonijiet kompjuterizzati tan-network jew Interlinking, li permezz tagħhom isir il-proċessar f'jum wieħed ta' ordnijiet ta' ħlas fi ħdan Target: id-definizzjoni għandha tkopri wkoll każi fejn jinstab funzjonament ħażin fl-istess ħin f'sistema nazzjonali RTGS jew aktar (minħabba, per eżempju, waqfien relatat mal-fornitur tas-servizzi tan-network), - "Skema ta' kumpens Target" jew "l-iskema ta' rimbors" jew l-"iskema" għandha tfisser l-iskema għar-rimbors f'każi ta' funzjonament ħażin ta' Target hekk kif imsemmija fl-Artiklu 3(ħ) ta' dan il-Parir. 2. L-Annessi ta' dan il-Parir jistgħu jkunu emendati minn żmien għal żmien mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. Dokumenti oħra li fihom, interalia, dispożizzjonijiet tekniċi u speċifikazzjonijiet għal Target għandhom ikunu adottati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE, fejn tali emendi u dokumenti addizzjonali għandhom jidħlu fis-seħħ bħala parti integrali minn dan il-Parir fid-data speċifikata mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE, wara jiġu mgħarrfa l-BĊN. Artiklu 2 Deskrizzjoni ta' Target 1. Is-sistema ta' Trasferiment Espress Awtomatizzat Trans-Ewropew ta' Ħlas Totali fi Żmien Reali għall-Ewro. Target hu magħmul mis-sistemi nazzjonali RTGS, mill-mekkaniżmu tal-ħlas BĊE u mill-Interlinking, u kien stabbilit mill-Parir BĊE 1998/NP13 tas-16 ta' Novembru 1998 dwar Target, kif emendat, li kien imħassar u mibdul bil-Parir BĊE/2000/NP9. Target għandu għalhekk ikun irregolat minn dan il-Parir. 2. Is-sistemi RTGS ta' l-Istati Membri li kienu diġa' membri ta' l-UE fil-bidu ta' l-Istadju III ta' l-EMU, iżda li m'adottawx il-munita unika, jista' jkollhom konnessjoni ma' Target, dejjem jekk dawn is-sistemi RTGS ikunu jaqblu mar-rekwiżiti minimi komuni stipulati fl-Artiklu 3 ta' dan il-Parir u jkunu kapaċi jipproċessaw l-Ewro bħala munita barranija flimkien mal-munita nazzjonali rispettiva tagħhom. Kull konnessjoni tali ma' Target hi suġġetta għal ftehim skond liema l-banek ċentrali nazzjonali konċernati jaqblu li jaderixxu mar-regoli u l-proċeduri għal Target kif imsemmija f'dan il-Parir (bi speċifikazzjonijiet u modifiki, fejn suppost, kif imsemmija f'tali ftehim). Artiklu 3 Rekwiżiti minimi komuni tas-sistemi nazzjonali RTGS Kull BĊN għandu jiżgura li s-sistema nazzjonali RTGS rispettiva tiegħu taqbel mar-rekwiżiti imniżżla hawn taħt. (a) Kriterji ta' adeżjoni 1. Istituzzjonijiet tal-kreditu sorveljati biss, kif definiti fl-Artiklu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward it-twaqqif u s-segwitu ta' istituzzjonijiet tal-kreditu għan-negozji(1), li huma stabbiliti fiż-ŻEE għandhom ikunu aċċettati bħala parteċipanti fis-sistema nazzjonali RTGS. Bħala eċċezzjoni, u mingħajr ma jiġi affettwat l-Artiklu 7 [1] ta' dan il-Parir, l-entitajiet li ġejjin ukoll jistgħu ikunu aċċettati bħala parteċipanti fis-sistema nazzjonali RTGS wara approvazzjoni mill-BĊN relevanti: (i) It-Teżor tal-gvern ċentrali u reġjonali ta' l-Istati Membri attivi fis-swieq monetarji; (ii) entitajiet tas-settur pubbliku ta' l-Istati Membri awtorizzati biex iżommu kontijiet għall-klijenti: għall-għanijiet ta' dan il-Parir, "settur pubbliku" għandu jfisser ukoll l-Artiklu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 li jistipula d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artiklu 104 u 104(b)(1) tat-Trattat [2]; (iii) ditet ta' investiment kif definiti fl-Artiklu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi ta' l-investimenti fis-settur tat-titoli ta' sigurtà [3], stabbiliti fiż-ZEE u awtorizzati u sorveljati minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, magħżulha skond id-Direttiva tal-Kunsill hawn fuq imsemmija (minbarra għall-istituzzjonijiet li jissemmew fl-Artiklu 2(2) ta' l-istess Direttiva), dejjem jekk id-ditta ta' investiment in kwistjoni ikollha d-dmir twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punti 1(b), 2 jew 4 tat-taqsima A ta' l-Anness tad-Direttiva 93/22/KEE; (iv) organizzazzjonijiet li joffru servizzi ta' ħlas u regolarizzazzjoni tal-bilanċi li jkunu sorveljati minn awtorità kompetenti. 2. Ir-rekwiżiti għall-aċċess ta' sistema nazzjonali RTGS u l-proċedura għall-valutazzjoni tagħha għandhom ikunu stipulati fir-regoli RTGS konċernati u jkunu disponibbli għall-partijiet interessati. Barra mir-rekwiżiti msemmija fl-Artiklu 3(a)(1), dawn ir-rekwiżiti nazzjonali jistgħu jinkludu, inter alia: - solidità finanzjarja adegwata, - numru minimu ta' transizzjonijiet previsti, - il-ħlas ta' spiża tad-dħul, - aspetti legali, tekniċi u operattivi. Ir-regoli RTGS għandhom jirrkjedu wkoll li opinjonijiet legali, bbażati fuq it-termini armonizzati ta' l-Ewrosistema dwar ir-referenza għall-opinjonijiet legali, għandhom jinkisbu mill-applikanti sabiex jiġu riveduti mill-BĊN nazzjonali relevanti, hekk kif stipulat u speċifikat mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. Il-BĊN rispettivi għandhom iqiegħdu għad-disponibilità tal-partijiet interessati t-termini ta' referenza għall-opinjonijiet legali. 3. Skond l-Artiklu 3(a)(1) u (2), parteċipant f'sistema nazzjonali RTGS għandu jkollu aċċess għal faċilitajiet ta' ħlas trans-fruntalieri ta' Target. 4. Ir-regoli RTGS għandu jkun fihom ir-raġunijiet u l-proċeduri biex parteċipant ikun jista' jitneħħa mis-sistema nazzjonali RTGS konċernata. Ir-raġunijiet biex parteċipant jitneħħa minn sistema nazzjonali RTGS (permezz ta' sospensjoni jew tkeċċija) għandhom ikopru kull każ li joħloq riskju sistematiku jew li b'xi mod jista' joħloq problemi operattivi serji, inkluż: (i) fejn parteċipant jidħol fi proċeduri ta' insolvibilità, jew fejn tali proċeduri huma imminenti; (ii) fejn parteċipant jikser ir-regoli RTGS in kwistjoni; jew (iii) fejn rekwiżit jew aktar ta' parteċipazzjoni fis-sistema nazzjonali RTGS relevanti ma jibqax ikun rispettat. (b) Munita ta' flus Il-ħlasijiet transfruntalieri kollha li għandhom jiġu proċessati permezz ta' Interlinking għandhom isiru fil-munita Ewro. Il-BĊN kollha għandhom jiżguraw li l-ordnijiet ta' ħlas imsarrfa fil-munita nazzjonali rispettiva tagħhom li għandhom isiru permezz ta' Interlinking ikunu maqluba u trasmessi fil-munita Ewro. (ċ) Skema tariffarja 1. Il-politika tariffarja tas-sistema Target għandha tkun determinata mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE b'referenza għall-prinċipji ta' ġbir ta' l-ispejjeż, trasparenza u nuqqas ta' diskriminazzjoni. 2. Il-ħlasijiet domestiċi f'Ewro magħmulha permezz ta' sistema nazzjonali RTGS huma suġġetti għar-regoli tariffarji tas-sistema RTGS nazzjonali konċernata, li, minn naħa tagħha, għandha tirrispetta l-politika tariffarja stipulata fl-Anness II. 3. Ħlasijiet transfruntalieri magħmulha permezz ta' Target għandhom ikunu suġġetti għal prezz komuni stabbilit mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u speċifikat fl-Anness III. 4. It-tariffi għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet interessati. (d) Żmien ta' operattività 1. Jiem ta' operattività Target kollu għandu jkun magħluq is-Sibtijiet, il-Ħdud, nhar l-Ewwel tas-Sena, fil-Ġimgħa l-Kbira (skond il-kalendarju applikabbli fi ħdan is-sede tal-BĊE), l-għada ta' Ħadd -il Għid (skond il-kalendarju applikabbli fi ħdan is-sede tal-BĊE), nhar l-1 ta' Mejju (Jum il-Ħaddiem), fil-Milied u fis-26 ta' Diċembru. Madankollu, fis-26 ta' Diċembru 2001 dawn li ġejjin għandhom jgħoddu: (i) Interlinking għandu jkun magħluq; (ii) il-mekkaniżmu tal-ħlas tal-BĊE għandu jkun magħluq; (iii) m'għandux ikun provdut tisrif għal sistemi ta' tisrif nett ta' valur kbir f'Ewro; (iv) is-sistemi nazzjonali RTGS għandhom ikunu magħluqa fl-Istati Membri kollha skond l-Artiklu 3(d)(1)(v) hawn taħt; (v) fi Stati Membri parteċipanti fejn is-26 ta' Diċembru mhix festa pubblika, l-BĊN għandhom jagħmlu minn kollox biex iżommu s-sistema nazzjonali RTGS magħluqa; jekk hu meqjus impossibli mill-BĊN konċernat, hu għandu jissottometti proposta lill-Bord Eżekuttiv u l-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u jfiehem kif jista' jillimita l-ħlasijiet domestiċi kemm jista' jkun; wara li jqisu tali proposta, l-Bord Eżekuttiv u l-Kunsill Regolatorju għandhom jikkunsidraw il-leġislazzjoni nazzjonali relevanti: (vi) il-faċilitajiet li jibqgħu joperaw għandhom ikunu disponibbli għand il-BĊN li jibqgħu miftuħa għall-faċilitajiet imsemmija; u (vii) l-CCBM għandu jingħalaq. 2. Sigħat ta' operattività Is-sigħat ta' operattività tas-sistemi nazzjonali RTGS għandhom ikunu skond id-dettalji stipulati fl-Anness IV. (e) Regoli ta' ħlas 1. Il-ħlasijiet kollha li jirriżultaw direttament jew li jsiru b'konnessjoni ma' (i) operazzjonijiet tal-politika monetarja; (ii) regolarizzazzjoni ta' sistemi internazzjonali ta' tisrif li jitrattaw ħlasijiet f'Ewro jistgħu jsiru permezz ta' Target.. Ħlasijiet oħra wkoll jistgħu jsiru permezz ta'Target. 2. Sistema nazzjonali RTGS u l-mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE m'għandhomx jiproċessaw ħlas ħlief jekk fuq il-kont tal-parteċipant mal-BĊN/BĊE jkunu disponibbli biżżejjed fondi, jew permezz ta' fondi disponibbli immedjatament ikkreditati fuq dak il-kont, jew permezz ta' ċaqliq, matul dak il-jum, tar-riserva miżmuma biex tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' riserva jew permezz ta' kreditu, mogħti matul dak il-jum, minn tali BĊN/BĊE, kif jista' jkun il-każ, lill-parteċipant skond l-Artiklu 3(f). 3. Regoli RTGS u r-regoli għall-mekkaniżmu tal-ħlas tal-BĊE għandhom jispeċifikaw b'mod preċiż meta l-ordinijiet ta' ħlas isiru irrevokabbli, li m'għandux ikun aktar tard mill-waqt li fih il-kont RTGS tal-parteċipant li jkun qiegħed jibgħat, miżmum fil-BĊN/BĊE li jkun qiegħed jibgħat, ikun iddebitat bl-ammont konċernat. Fejn sistemi nazzjonali RTGS japplikaw proċedura ta' ibblukkjar tal-fondi qabel jiddebitaw il-kont RTGS, tali irrevokabilità għandha tkun provduta mill-waqt li fih iseħħ l-ibblukkjar. (f) Kreditu fl-istess ġurnata 1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Parir, kull BĊN għandu jipprovdi kreditu matul dik il-ġurnata stess lill-istituzzjonijiet tal-kreditu sorveljati msemmija fl- Artiklu 3(a) li jipparteċipaw fis-sistema RTGS nazzjonali ta' tali BĊN dejjem l-istituzzjoni tal-kreditu tkun kontroparti eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema u jkollha aċċess għall-faċilità ta' self marġinali. Kemm il-darba hi kondizzjoni ċara li l-kreditu ta' matul l-istess ġurnata għandu jibqa' limitat għall-jum in kwistjoni u li l-ebda estensjoni għal kreditu li jsir l-għada ma tista' tkun possibli, l-kreditu ta' matul l-istess ġurnata jista' jingħata wkoll lil: (i) dipartimenti tat-Teżor imsemmija fl-Artiklu 3(a)(1)(i); (ii) entitajiet tas-setturi pubbliċi imsemmija fl-Artiklu 3(a)(1)(ii); (iii) ditet ta' l-investiment imsemmija fl-Artiklu 3(a)(1)(iii), bil-kondizzjoni li tali ditta ta' l-investiment tagħti evidenza bil-miktub biżżejjed: (a) jew ikkonkluda ftehim formali ma' kontroparti tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema biex tiġi koperta kull pożizzjoni ta' debitu residwu fi tmiem il-ġurnata in kwistjoni, jew (b) aċċess għal kreditu ta' matul jum wieħed hu limitat għal ditet li għandhom kont f'depożitarju ċentrali ta' titli, u d-ditta ta' investiment in kwistjoni hi suġġetta għal terminu ta' likwidità jew l-ammont ta' kreditu ta' matul jum wieħed hu suġġett għal massimu. Jekk ditta ta' l-investiment, għal xi raġuni, ma tkunx kapaċi tagħmel rimbors tal-kreditu ta' matul ġurnata waħda fil-ħin, hi għandha tkun suġġetta għall-pieni stabbiliti skond dan li ġej. Jekk tali ditta ta' l-investiment għandha bilanċ tad-debitu fil-kont RTGS tagħha bħal f'għeluq in-negozju ta' Target għall-ewwel darba fi żmien tnax -il xahar, mela dan li ġej għandu jgħodd. Il-BĊN relevanti għandu jimponi immedjatament piena fuq il-parteċipant, ikkalkulata bir-rata ta' ħames punti perċentwali aktar mir-rata ta' self marġinali fuq l-ammont ta' tali bilanċ ta' debitu (eż. jekk ir-rata ta' self marġinali hi 4 %, il-piena tkun 9 %). Jekk tali ditta ta' investiment tkun tinsab f'pożizzjoni ta' debitu għal numru ta' drabi, imbgħad ir-rata ta' interess tal-piena applikata għal dak il-parteċipant għandha tiżdied b'2,5 punti perċentwali oħra kull darba li tali pożizzjoni ta' debitu kellha tidher fi żmien tnax -il xahar, imsemmija hawn fuq; (iv) istituzzjonijiet ta' kreditu sorveljati imsemmija fl-Artiklu 3(a)(1), li m'humiex kontropartijiet eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monteraja ta' l-Ewrosistema u/jew li m'għandhomx aċċess għall-faċilità ta' self marġinali. Id-dispożizzjonijiet tar-reġim ta' pieni stabbilit fl-Artiklu 3(f)(1)(iii) għad-ditet ta' investiment għandhom japplikaw bl-istess mod għal tali istituzzjonijiet tal-kreditu li, tkun xi tkun ir-raġuni, ma jkunux jistgħu jagħtu r-rimbors tal-kreditu f'jum wieħed fil-ħin; (v) organizazzjonijiet li joffru servizz ta' kumpensazzjoni u saldament (u suġġetti għal sorveljanza minn awtorità kompetenti) fuq kondizzjoni li l-arranġamenti għall-għoti tal-kreditu f'ġurnata waħda lil tali organizazzjonijiet huma sottomessi minn qabel lill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għall-approvazzjoni. 2. Kull BĊN għandu jipprovdi kreditu ta' matul jum wieħed permezz ta' owverdrafts garantiti ta' matul jum wieħed fil-BĊN u/jew transizzjonijiet ta' xiri mill-ġdid ta' matul jum wieħed mal-BĊN flimkien mal-kriterja stabbilita hawn taħt u mar-rekwiżiti minimi li l-Kunsill Regolatorju tal-BĊE jista' jispeċifika minn żmien għal żmien. 3. Il-kreditu ta' matul jum wieħed għandu jkun ibbażat fuq garanziji adegwati. Garanzija eliġibbli għandha tkun sottoposta għall-istess valuta u regoli ta' kontroll tar-riskju bħal dawk deskritti għal garanziji eliġibbli ta' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja u għandha tkun l-istess attivitajiet u strumenti. Minbarra għad-dipartimenti tat-teżor u entitajiet tas-settur pubbliku msemmija, rispettivament, fl-Artiklu 3(a)(1)(i) u (ii), BĊN m'għandux jaċċetta bħala attivitajiet sottostanti strumenti ta' debitu maħruġa jew garantiti mill-parteċipant, jew minn entità oħra li magħha l-kontroparti għandha rapporti mill-qrib, kif definit fl-Artiklu 1(26) tad-Direttiva 2000/12/KE, kif applikat għall-operazzjonijiet ta' politika monetarja. Kull bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri ta' UE li s-sistema RTGS tiegħu hi konnessa ma' Target skond l-Artiklu 2(2) jista' jistabbilixxi u jżomm lista ta' attivitajiet eliġibbli li jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet li jipparteċipaw fis-sistema RTGS nazzjonali relevanti konnessa ma' Target biex tiggarantixxi krediti ta' Ewro mogħtija minn tali banek ċentrali nazzjonali, dejjem jekk l-attivitajiet fuq tali lista jilħqu l-istess livelli ta' kwalità u huma suġġetti għall-istess valutazzjoni u regoli ta' kontrolli tar-riskju bħal dawk preskritti għal garanziji eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja. Il-bank ċentrali nazzjonali in kwistjoni għandu jissottometti tali lista ta' garanziji eliġibbli sabiex tiġi approvata minn qabel mill-BĊE. 4. Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE jista' jeżenta d-dipartimenti tat-Teżor, imsemmija fl-Artiklu 3(a)(1)(i), mill-kondizzjoni ta' garanzija skond id-dispożizzjoni ta' kreditu ta' matul l-istess jum stipulat fl-Artiklu 3(f)(3) wara proposta mill-BĊN konċernat. 5. Kreditu ta' matul l-istess jum provdut skond l-Artiklu 3(f) u (ġ) m'għandux ikollu interessi. 6. Il-kreditu ta' matul l-istess jum m'għandux jingħata lil xi parteċipant remot. 7. Ir-regoli RTGS għandhom ikollhom bażi li fuqha l-BĊN konċernat jista' jiddeċiedi li l-aċċess ta' parteċipant fil-kreditu ta' matul l-istess jum ikun sospiż jew mitmum. Tali deċiżjoni fir-rispett ta' kontroparti eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema għandha tkun approvata mill-BĊE qabel ma tidħol fis-seħħ. Ir-raġunijiet għal tali sospensjoni jew tmiem għandhom ikopru kull ċirkostanza li tista' ġġib magħha riskju sistematiku jew li b'xi mod tista' tipperikola l-operat tas-sistemi ta' ħlas, inkluż: (i) fejn parteċipant jidħol fi proċeduri ta' insolvibilità; (ii) fejn parteċipant jikser ir-regoli RTGS in kwistjoni; (iii) fejn il-jedd ta' parteċipant li jipparteċipa f'sistema RTGS nazzjonali jkun sospiż jew mitmum; u (iv) fejn, f'każ li parteċipant li jkun kontroparti eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema, l-parteċipant ma jibqax eliġibbli jew ikun eskluż jew sospiż milli jkollu aċċess għall-operazzjonijiet kollha jew uħud minnhom. (g) Garanziji ta' kreditu ta' matul l-istess jum barra miż-żona Ewro. Il-BĊE jista' jawtorizza lill-BĊN biex jagħtu kreditu ta' matul l-istess jum fuq garanziji barra miż-żona Ewro li jinsabu fil-lista approvata mill-BĊE u msemmija fl-Artiklu 3(f)(3), dejjem jekk il-garanziji: (i) jkunu jinsabu f'pajjiżi taż-ŻEE; (ii) jkunu maħruġa minn entitajiet stabbiliti f'pajjiżi taż-ŻEE; u (iii) jkunu jikkonsistu f'muniti taż-ŻEE jew f'muniti oħra negozjati fuq firxa wiesa'. Il-BĊN li jkunu rċevew l-awtorizzazzjoni biex jaċċettaw dawn il-garanziji u l-listi ta' tali garanziji huma stipulati fl-Anness V. L-awtorizzazzjoni mill-BĊE hi suġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (i) iż-żamma ta' l-effiċjenza operattiva u l-eserċizzju tal-kontroll xieraq fuq riskji legali speċifiċi marbuta ma' tali garanziji u fuq il-mekkaniżmi biex tali garanziji ma jiġux użati fl-operazzjonijiet ta' politika monetarja; (ii) dawn il-garanziji m'għandhomx jintużaw fuq bażi transfruntaliera (jiġifieri l-kontropartijiet jistgħu jużaw tali garanziji biss biex jirċievu fondi direttament mill-bank ċentrali nazzjonali li kien awtorizzat mill-BĊE biex jagħti kreditu ta' matul l-istess jum kontra dawn il-garanziji): (iii) barra minn hekk, dawn il-garanziji għandhom jintużaw biss mill-parteċipanti sabiex jiġu żgurati krediti ta' matul l-istess jum mogħtija mill-BĊN relevanti u ma jistgħux jintużaw biex jiġi garantit il-kreditu ta' matul aktar minn jum wieħed. F'każ li kreditu ta' matul l-istess jum garantit minn dawn il-garanziji jkollu bżonn ikun estiż għall-jum ta' wara, l-garanziji in kwistjoni għandhom ikunu sostitwiti b'attivitajiet eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja kif preskritt fil-Pariri relattivi tal-BĊE. Jekk waqt l-estensjoni ta' kreditu li jsir fil-ġurnata ta' wara ma jkunx hemm is-sostituzzjoni hawn fuq imsemmija, pieni stipulati flimkien ma' li ġej se jingħataw lil tali parteċipant. Jekk parteċipant jagħmel il-ksur imsemmi hawn fuq għall-ewwel darba fuq perjodu ta' 12 -il xahar, il-BĊN għandu jimponi piena fuq dak il-parteċipant ikkalkulata b'rata ta' 2,5 punti perċentwali aktar mir-rata ta' self marġinali fuq l-ammont ta' kreditu li jsir fil-ġurnata ta' wara garantit minn dawn il-garanziji. Jekk il-parteċipant jikser dawn ir-regoli ripetutament, imbgħad ir-rata ta' interess tal-piena applikata għal dak il-parteċipant tikber b'1.25 punti perċentwali oħra kull darba li jkun hemm dan il-ksur matul il-perjodu ta' 12 -il xahar imsemmi hawn fuq. Jekk ditta ta' l-investiment jew istituzzjoni tal-kreditu imsemmija fl-Artiklu 3(f)(1)(iv) tikser ir-regola msemmija hawn fuq, għaliha jgħoddu l-pieni stipulati fl-Artiklu 3(f)(1)(iii) jew l-Artiklu 3(f)(1)(iv). (h) Skema ta' rimbors ta' Target 1. Stabbiliment ta' l-iskema ta' rimbors ta' Target Fil-każ li Target ma jaħdimx kif suppost, u permezz ta' deroga mill-Artiklu 8 ta' dan il-Parir, ir-regoli li ġejjin, li jikkonsistu fi skema ta' rimbors ta' Target, għandhom jgħoddu. Għall-għanijiet ta' l-iskema u l-applikazzjoni tagħha, t-termini "li tirrimborsa'", "rimbors'" u "ħlasijiet ta' rimbors'' huma wżati biex ifissru l-ħlasijiet mogħtija lill-parteċipanti taħt l-iskema sabiex jiġu rranġati u ndirizzati ċerti effetti negattivi tan-nuqqas ta' funzjonament kif speċifikati f'dan li ġej." L-iskema ta' rimbors mhix maħsuba biex teskludi l-possibilità għall-parteċipanti biex jinqdew b'mezzi legali oħra biex jitolbu l-kumpens f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament. Il-parteċipanti għandhom jew(i) jaċċettaw l-arranġamenti ta' l-iskema, u kull irċevuta ta' ħlasijiet ta' rimbors li jaqgħu taħtha, mingħajr l-ebda azzjoni legali oħra; jew (ii) jirrifjutaw l-arranġamenti ta' l-iskema jekk il-parteċipant minflok ikun jixtieq ifittex mezzi oħra legali għall-kumpens tal-ħsara, sal limitu fejn dan hu possibbli. Kull ħlas ta' rimbors taħt l-iskema għandu jsir fuq il-kondizzjoni li dan il-ħlas jkun ifisser l-għoti kollu kemm hu tat-talbiet tal-parteċipant li jitqajmu mill-ħlas speċifiku milqut min-nuqqas ta' funzjonament. 2. Skop ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema (a) Għal każijiet ta' nuqqas ta' funzjonament li jolqot ħażin kemm il-ħlasijiet domestiċi kif ukoll dawk transfruntalieri, l-iskema għandha tgħodd għaż-żewġ kategoriji ta' ħlasijiet milquta u tkun l-unika arranġament ta' ftehim Target offrut mill-membri tas-SEBĊ. Bil-kuntrarju ta' dan, il-BĊN jistgħu japplikaw reġimi alternattivi għall-każi ta' nuqqas ta' funzjonament li jolqot biss il-ħlasijiet domestiċi fis-sistema RTGS nazzjonali li ma tiffunzjonax tajjeb. (b) L-iskema hi għad-dispożizzjoni biss tal-parteċipanti li qiegħdin jibgħatu u/jew tal-parteċipanti li qiegħdin jirċievu ta' sistema RTGS nazzjonali li kellhom rikors (skond l-Artikli 3(h)(5) u 3(h)(6) għall-faċilitajiet rispettivi minħabba nuqqas ta' funzjonament ta' Target. L-iskema ma tkoprix parteċipanti indiretti, jekk tali parteċipanti indiretti ma jkunx kellhom rikors għall-faċilitajiet rispettivi minħabba nuqqas ta' funzjonament ta' Target. 3. Kondizzjonijiet għal eliġibilta' skond l-iskema (a) Bħala kondizzjoni għal parteċipant li qiegħed jibgħat biex ikun eliġibbli għar-rimbors skond din l-iskema, hu għandu jkun jista' jistabbilixxi li daħħal ordni ta' ħlas(i) li ma kinitx proċessata fl-istess jum, jew (ii) li kienet irritornata mingħajr ma ġiet kompluta b'suċċess fl-istess ġurnata minħabba nuqqas ta' funzjonament ta' Target, jew(iii) li ffavoriet l-iddebitar tal-kont tal-parteċipant li qiegħed jibgħat għall-ordni tal-ħlas imdaħħla fis-sistema RTGS nazzjonali iżda li wara la kienet proċessata u lanqas mibgħuta lura fl-istess jum minħabba nuqqas ta' funzjonament. Fil-każ ta' stat ta' waqfien milli jiġi mibgħut ta' sistema nazzjonali RTGS, parteċipant li jibgħat, b'mod alternattiv, seta' ma kienx kapaċi jdaħħal ċertu ordni tal-ħlas. Tali parteċipant xorta jkun jista' jagħmel talba skond l-iskema dejjem jekk ikun jista' jissottometti l-evidenza lill-BĊN tas-sistema RTGS nazzjonali tiegħu li turi, għas-sodisfazzjon tas-SEBĊ li hu kellu l-intenzjoni jdaħħal l-ordni tal-ħlas in kwistjoni iżda li ma setax jagħmel dan minħabba nuqqas ta' funzjonament u l-messaġġ ta' waqfien milli jiġi mibgħut. (b) Bħala kondizzjoni għal parteċipant li jirċievi biex ikun eliġibbli li jingħata r-rimbors skond l-iskema, hu għandu jkun jista' jistabbilixxi li kien qiegħed jistenna li jirċievi ħlas permezz ta' Target bħala riżultat ta' ordni tal-ħlas imdaħħla fis-sistema RTGS nazzjonali tad-data rilevanti (jew b'mod ieħor kif ipprovdut skond l-Artiklu 3(h)(a)) u li ma rċeviex tali ħlas fid-data rilevanti minħabba nuqqas ta' funzjonament ta' Target. 4. Regoli rigward il-kalkolazzjoni tar-rimbors skond l-iskema (a) Fil-każ ta' nuqqas ta' funzjonament ta' Target, il-parteċipant li qiegħed jibgħat jista' jkollu aċċess temporanju tal-likwidità mal-BĊN li qiegħed jibgħat, filwaqt li l-BĊN tal-parteċipant li qiegħed jirċievi jista' jkollu jipprovdi l-ammont tal-ħlas li ma sarx lill-parteċipant li qiegħed jirċievi. Għalhekk, l-ewwel tista' tiġi attivata l-faċilità ta' depożitu, imbgħad il-faċilità ta' self marġinali. F'dawn iż-żewġ każi, r-rati applikati huma aktar favorevoli għas-SEBĊ milli r-rata tas-suq (li, għall-għan ta' din l-iskema, hi kkunsidrata bħala r-rata ta' operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament). (b) L-ammont li għandhom jiu rimborsati lill-parteċipanti skond l-iskema għandhom ikunu determinati billi: (i) tiġi applikata d-differenza fir-rata minn jum għal jum bejn ir-rata ta' l-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament u r-rata applikata mill-Ewrosistema għal ammonti mislufa jew depożitati skond il-faċilitajiet rispettivi (ir-rata ta' self marġinali jew ir-rata ta' depożitu, rispettivament); (ii) għall-ammont li jirrapreżenta l-użu effettiv tal-faċilità rispettiva relevanti mill-parteċipant li qiegħed jirċievi jew li qiegħed jibgħat u sa' l-ammont ta' ordnijiet ta' ħlasijiet mhux proċessati bħala riżultat tan-nuqqas ta' funzjonament ta' Target, għall-perjodu li jibda mid-data ta' dħul ta' l-ordni tal-ħlas sad-data fejn l-ordni tal-ħlas kien jew seta' kien komplut b'suċċess (il-"'perjodu ta' nuqqas ta' funzjonament'"). (ċ) Għal parteċipant li jibgħat, l-iskema għandha teskludi mir-rimbors kull ammonti li tali parteċipant ikun uża biex jaqdi l-bżonnijiet ta' riserva u kull ammonti li jirrapreżentaw telf li l-parteċipant seta nefaq f'fondi żejda meta ddepożita fondi eċċessivi fuq is-suq. (d) Għal parteċipant li qiegħed jirċievi, l-iskema għandha teskludi mill-kumpens l-ammonti li jirrapreżentaw telf li l-parteċipant seta bata minħabba self fuq is-suq. (e) L-iskema m'għandiex tkopri telf li jirriżulta minn ftehim jew arranġamenti oħra li xi parteċipant seta' għamel ma' parteċipant ieħor jew ma' terza persuna. (f) Ħlasijiet ta' rimbors skond l-iskema lill-parteċipanti li qiegħdin jibgħatu jew jirċievu għandhom isiru mill-BĊN/BĊE tan-nuqqas ta' funzjonament tas-sistema RTGS nazzjonali. 5. Regoli oħra rigward il-kalkolu tar-rimbors skond l-iskema fil-każi partikolari. (a) Parteċipant li jibgħat tas-sistema RTGS nazzjonali ta' Stat Membru li jipparteċipa li hu kontroparti ta' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema għandu jirċievi rimbors skond l-iskema għat-telf li jkun ġarrab dan il-parteċipant li jibqa' b'kontijiet kurrenti mhux remunerati mal-BĊN rispettiv tiegħu fejn dan ikun riżultat ta' nuqqas ta' funzjonament ta' Target, jekk il-parteċipant in kwistjoni (i) jkun diġa' rrispetta l-kondizzjonijiet ta' riserva; u(ii) ma jkunx għad baqalu l-aċċess għall-faċilità ta' depożitu ta' l-Ewrosistema fil-jum in kwistjoni bħala riżultat tan-nuqqas ta' funzjonament. (b) Għall-parteċipanti tas-sistema RTGS nazzjonali ta' Stat Membru parteċipant li mhumiex kontropartijiet tal-politika monetarja u/jew li m'għandhomx aċċess għall-faċilitajiet rispettivi, dan li ġej għandu japplika: (i) parteċipant li qiegħed jibgħat li kellu fondi eċċessivi mal-BĊN tiegħu fit-tmiem tal-ġurnata minħabba nuqqas ta' funzjonament ta' Target għandu jirċievi rimbors fuq rata li tirrapreżenta d-differenza minn jum għal jum bejn ir-rata ta' operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament u r-rata ta' interess applikabbli għall-ammont ta' fondi li ma ntbagħtux minħabba n-nuqqas ta' funzjonament u li, għalhekk, baqgħu fil-kont ta' regolarizzar fil-BĊN tiegħu matul il-perjodu ta' nuqqas ta' funzjonament; (ii) parteċipant li jirċievi li kien qiegħed jistenna li jirċievi ħlas permezz ta' Target għandu jirċievi rimbors b'rata li tirrapreżenta d-differenza minn jum għal jum bejn ir-rata ta' operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament u r-rata ta' interess applikabbli għall-ammonti mislufa mill-BĊN rispettiv, jew l-owverdrafts fuq il-kont ta' regolarizzar fil-BĊN tiegħu, fir-rispett ta' l-ammont ta' fondi mhux irċevuti bħala riżultat tan-nuqqas ta' funzjonament għall-perjodu tan-nuqqas ta' funzjonament. Għal tali parteċipant li qiegħed jirċievi li baqa' f'pożizzjoni ta' debitu mal-BĊN fi tmiem il-ġurnata, dik il-parti tar-rata ta' piena applikabbli għola mir-rata ta' self marġinali għal trasferiment ta' kreditu ta' matul l-istess jum għall-ġurnata ta' wara, stipulat mir-regoli RTGS applikabbli, għandha tkun ċeduta (jew ma tkunx meqjusa f'każi oħra ta' trasferiment) sal-limitu li t-trasferiment jista' jkun attribwit man-nuqqas tal-funzjonament. (ċ) L-iskema għandha tgħodd ukoll fejn parteċipant li jkun qed jibgħat ma jkunx jista' jiġbor fondi li kienu debitati fuq il-kont RTGS tiegħu, iżda li kienu bblukkjati l-għada fis-sistema RTGS nazzjonali minħabba nuqqas ta' funzjonament, fejn ir-rimbors għandu jsir għall-perjodu sakemm tali fondi huma mibgħuta lura lill-parteċipant li qiegħed jibgħat. Il-bażi ta' ħlasijiet fir-rispett ta' tali nuqqas ta' disponibilità tal-fondi għal parteċipant li qiegħed jibgħat għandha tkun ir-rata ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali. 6. Applikazzjoni ta' l-iskema għal parteċipanti tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' Stati Membri mhux parteċipanti. (a) Għal parteċipanti li qiegħdin jibgħatu ta' sistema RTGS nazzjonali ta' Stat Membru li mhux jipparteċipa, il-parteċipanti biss li jindunaw b'bilanċi pożittivi fl-aħħar tal-ġurnata mal-BĊN rispettiv tagħhom minħabba nuqqas ta' funzjonament jistgħu jirċievu rimbors skond l-iskema stipulata f'dan li ġej: (i) kull limitu għar-remunerazzjoni fuq l-ammont aggregat tad-depożiti li jsiru l-għada fuq kontijiet RTGS ta' tali parteċipanti mal-BĊN ta' Stat Membru mhux parteċipant m'għandhomx jitqiesu peress li tali ammont jista' jkun attribwit lin-nuqqas ta' funzjonament; (ii) ir-rata ta' interess fir-rispett tad-depożiti li għandha tintuża għall-kalkolazzjoni tal-ħlasijiet ta' rimbors lill-parteċipanti li qiegħdin jibgħatu ta' sistema RTGS nazzjonali ta' Stat Membru mhux parteċipant għandha tkun ir-rata ta' operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament; (iii) il-ħlas tar-rimbors għandu jirrapreżenta ammont ugwali għad-differenza minn jum għal jum bejn ir-rata ta' operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament u r-rata ta' depożitu, rispettivament, għall-perjodu ta' nuqqas ta' funzjonament u applikata għall-ammont taż-żieda marġinali tad-depożitu jekk tali parteċipant li qiegħed jibgħat ikollu mal-BĊN rispettiv tiegħu fil-każ ta' nuqqas ta' funzjonament. (b) Għal parteċipanti li qiegħdin jirċievu ta' sistemi RTGS nazzjonali ta' Stati Membri li mhumiex jipparteċipaw, dik il-parti tar-rata applikabbli ta' piena għola mir-rata ta' self marġinali, stipulata mir-regoli RTGS applikabbli fil-każ fejn kreditu ta' matul il-jum ikun trasferit għall-jum ta' wara, għandha tkun ċeduta (u m'għandiex titqies f'każi futuri ta' tali trasferiment) sal-limitu fejn it-trasferiment jista' jkun sar minħabba nuqqas ta' funzjonament. L-okkorrenza ta' tali trasferiment m'għandiex titqies għall-għan ta' l-aċċess ta' kreditu ta' matul l-istess jum u/jew parteċipazzjoni kontinwa fis-sistema RTGS nazzjonali konċernata. Il-ħlas ta' rimbors skond l-iskema għandu jkun ikkalkulat sabiex jintlaħaq ir-riżultat li permezz tiegħu parteċipant li jkun qiegħed jirċievi jitħallas skond ir-rata li tirrapreżenta d-differenza minn jum għal jum bejn ir-rata ta' l-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament u r-rata ta' self marġinali fuq l-owverdraft ikkawżat min-nuqqas ta' funzjonament għall-perjodu ta' nuqqas ta' funzjonament. 7. Regoli proċedurali (a) Kull talba għal rimbors imressqa minn parteċipant għandu jkollha magħha l-informazzjoni neċessarja sabiex tkun tista' ssir stima xierqa tagħha, inkluż: (i) l-isem, l-indirizz u l-istatut tal-parteċipant (jiġifieri jekk il-parteċipant hux kontroparti ta' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema jew le); (ii) il-ħin, il-post u ċ-ċirkostanzi l-oħra li jduru madwar is-sottomissjoni ta' l-ordni tal-ħlas relevanti lil BĊN/BĊE jew operatur tas-sistema jew tat-trasmissjoni relevanti permezz ta' Target; (iii) l-isem u l-indirizz tal-kontroparti (parteċipant li qiegħed jirċievi fil-każ li min jagħmel it-talba hu parteċipant li jibgħat u l-parteċipant li jibgħat fil-każ li min jagħmel it-talba jkun parteċipant li jirċievi); (iv) l-ammont li għalih sar rikors għall-faċilità rispettiva ta' l-Ewrosistema (jew ammonti ekwivalenti għall-parteċipanti fis-sistemi RTGS nazzjonali ta' Stati Membri li mhumiex jipparteċipaw, jew ammonti ekwivalenti għall-parteċipanti fis-sistemi RTGS nazzjonali ta' Stat Membru li mhumiex kontropartijiet tal-politika monetarja) u evidenza li tali rikors għall-faċilità rispettiva sar minħabba nuqqas ta' funzjonament ta' Target; (v) fejn jgħodd, l-ammont ta' xi fondi mhux remunerati fuq sehem ta' kont kurrenti li baqa' ma' BĊN/BĊE minħabba l-għeluq tal-faċilità ta' depositu u konferma li l-kondizzjonijiet ta' riserva kienu diġa' ġew rispettati; (vi) fejn jgħodd, l-ammont ta' fondi applikabbli imwaħħla fis-sistema Target u mibgħuta lura lill-parteċipant aktar tard; (vii) l-ammont u l-kalkolu tal-klejm magħmulha għar-rimbors mill-parteċipant. (b) Ir-rimbors irid jintalab fi żmien erba' ġimgħat mill-malfunzjonament in kwistjoni. Jekk talba titressaq fil-ħin iżda tkun meqjusa bħala mhix kompluta, imbgħad min jagħmel il-klejm jintalab, mill-BĊN tas-sistema RTGS nazzjonali fejn hu jkun parteċipant, biex jagħti informazzjoni oħra bżonnjuża fi żmien ġimgħatejn. (ċ) Il-parteċipanti għandhom jissottomettu talbiet għar-rimbors tal-BĊN/BĊE fejn il-parteċipant ikun għamel l-ordni ta' ħlas tiegħu jew kelli jirċievi l-ħlas, ikun xi jkun il-post fejn il-malfunzjonament ikun deher fil-komponenti differenti ta' Target. (d) Il-BĊN/BĊE tas-sistema RTGS nazzjonali li ma tiffunzjonax sew għandha tirregola l-proċedura għar-rimbors u l-klejms kollha rċevuti minn BĊN/BĊE se jingħataw lilhom għall-istima. (e) Sabiex jiġi żgurat avviċinament armonizzat u kondizzjonijiet ugwali, l-istima finali tat-talbiet ta' rimbors irċevuti skond l-iskema għandhom isiru skond ir-responsabilità tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊN tas-sistema RTGS nazzjonali li ma tkunx tiffunzjona sew. (f) Il-BĊN/BĊE tas-sistema RTGS nazzjonali li ma tiffunzjonax tajjeb għandu jgħarraf lill-parteċipanti konċernati u lill-BĊN/BĊE ieħor involut immedjatament bir-riżultat ta' l-istima ta' kull senjalazzjoni, u mhux aktar minn 18 -il ġimgħa wara l-funzjonament ħażin, sakemm il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor u l-parteċipanti konċernati jkunu mgħarrfa b'tali deċiżjoni. (g) Ħlasijiet ta' rimbors lil parteċipanti għandhom isiru fil-ħin tal-komunikazzjoni ta' l-istima lil parteċipanti, jew, b'mod raġonevoli, ftit aktar tard, u f'kull każ, mhux aktar tard minn 5 xhur wara l-funzjonament ħażin, sakemm il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor u l-parteċipanti konċernati jkunu mgħarrfa b'tali deċiżjoni. (h) Ħlasijiet li għandhom isiru lil parteċipanti f'Target skond l-iskema ta' rimbors għandhom isiru skond il-liġijiet nazzjonali u l-proċeduri applikabbli għall-BĊN/BĊE li jħallas, hawn fuq imsemmi. M'għandu jkun l-ebda interess li jitħallas fuq l-ammont ta' rimbors taħt l-iskema fir-rispett tal-perjodu taż-żmien bejn l-okkorrenza tal-każ ta' nuqqas ta' funzjonament u l-ħlas attwali ta' rimbors tal-parteċipant. Artiklu 4 Dispożizzjonijiet ta' Interlinking Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artiklu għandhom japplikaw għall-arranġamenti tal-ħlasijiet transfruntalieri li saru jew li għandhom isiru permezz ta' Interlinking. Dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Parir għandhom japplikaw għal tali arranġamenti transfruntalieri sa fejn tali dispożizzjonijiet huma relevanti għalihom. (a) Deskrizzjoni ta' Interlinking Il-BĊE u kull BĊN għandhom iħaddmu komponent ta' l-Interlinking sabiex isiru ħlasijiet transfruntalieri permezz ta' Target. Tali komponenti ta' Interlinking għandhom jaqblu mad-dispożizzjonijiet tekniċi u mad-dettalji, li jinsabu fuq is-sit ta' l-internet tal-BĊE (www.ecb.int) u li jkun rivedut minn żmien għal żmien. (b) Ftuħ u operat ta' kontijiet inter BĊN miżmuma f'BĊN u fil-BĊE. 1. Il-BĊE u kull BĊN għandu jiftaħ kont inter-BĊN fuq il-kotba tagħhom għal kull BĊN ieħor u għall-BĊE. B'appoġġ tad-dħul magħmul fuq kull kont inter-BĊN ieħor, kull BĊN u l-BĊE għandhom jagħtu wieħed lill-ieħor faċilità ta' kreditu mingħajr limitu u mingħajr garanziji. 2. Sabiex isir ħlas transfruntalier, il-BĊN/BĊE li jibgħat għandu jikkredita l-kont inter BĊN tal-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi miżmum fil-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat; il-BĊN/BĊE għandu jiddebita l-kont inter BĊN tal-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat miżmum fil-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi. 3. Il-kontijiet inter-BĊN kollha għandhom jinżammu fil-munita Ewro. (ċ) Obbligazzjonijiet tal-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat 1. Verifika Il-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat għandu, mingħar dewmien, jiċċekkja d-dettalji kollha li jinsabu fl-ordni tal-ħlas li huma bżonjjużi sabiex il-ħlas isir, skond id-dispożizzjonijiet tekniċi u d-dettalji msemmija fl-Artiklu 4(a). Jekk xi ordnijiet tal-ħlas ikunu saru bi żball jew għal aktar minn darba, l-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat għandu jqishom skond ir-regoli RTGS tas-sistema RTGS nazzjonali. Kull ħlas li jgħaddi minn Interlinking għandu jkollu identifikatur uniku sabiex tiġi faċilitata l-identifikazzjoni tal-messaġġ u t-trattament ta' l-iżbalji. 2. Regolarizzar Hekk kif il-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat ikun iċċekkja l-validità ta' l-ordni tal-ħlas kif imsemmi fl-Artiklu 4(ċ)(1), u dejjem jekk il-fondi u l-faċilitajiet ta' overdrafts huma disponibbli, il-BĊN/BĊE għandu mingħajr dewmien: (a) iddebita l-ammont ta' l-ordni tal-ħlas mill-kont RTGS tal-parteċipant li qiegħed jibgħat; u (b) jikkredita l-kont inter-BĊN tal-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi, kif miżmum fil-kotba tal-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat. Il-waqt li fih il-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat ikun għamel id-debitu speċifikat f'(a) għandu jissejjaħ "ħin ta' regolarizzar"strok;al sistemi RTGS nazzjonali li japplikaw proċedura ta' bblukkjar ta' fondi, l-ħin ta' regolarizzar għandu jkun il-waqt li fih isir l-ibblukkjar kif imsemmi fl-Artiklu 3(e)(3). Għall-għanijiet ta' dan il-Parir, u mingħajr ma jiġu affettwati d-dispożizzjonijiet rigward l-irrevokabilità msemmija fl-Artiklu 3(e)(3), ħlas għandu jsir finali (kif definit fl-Artiklu 1 ta' dan il-Parir) b'relazzjoni mal-parteċipant li qiegħed jibgħat konċernat fil-ħin tar-regolarizzar. (d) Obligazzjonijiet tal-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi 1. Verifika Il-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi għandu jiċċekkja mingħajr dewmien id-dettalji kollha li jinsabu fl-ordni tal-ħlas li huma bżonnjużi għad-dħul kif suppost tal-kreditu li għandu jsir fil-kont RTGS tal-parteċipant li qiegħed jirċievi (inkluż l-identifikatur uniku sabiex jiġi evitat ikkreditar doppju). Il-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi m'għandux jiproċessa ordnijiet ta' ħlas, li jkun jaf li saru bi żball jew aktar minn darba. Hu għandu jgħarraf lill-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat b'tali ordnijiet tal-ħlas u kull ħlasijiet marbuta magħhom (u għandu jirritorna tali ħlasijiet mingħajr dewmien). 2. Regolarizzar Hekk kif il-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi jkun iċċekkja l-validità ta' l-ordni tal-ħlas kif imsemmi fl-Artiklu 4(d)(1), il-BĊN/BĊE għandu mingħajr dewmien: (a) jiddebita l-ammont ta' l-ordni tal-ħlas fuq il-kont inter-BĊN tal-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat fuq il-kotba tiegħu; (b) jikkredita l-ammont ta' l-ordni tal-ħlas fuq il-kont RTGS tal-parteċipant li qiegħed jirċievi; u (ċ) jagħti konferma pożittiva lill-BĊN/BĊE li jkun qiegħed jibgħat. Għall-għanijiet ta' dan il-Parir, u mingħajr ma jiġu affettwati d-dispożizzjonijiet rigward l-irrevokabilità msemmija fl-Artiklu 3(e)(3), ħlas għandu jsir finali (kif definit mill-Artiklu 1 ta' dan il-Parir) fil-konfront ta' parteċipant konċernat li jkun qiegħed jirċievi, fil-waqt li fih il-kont RTGS imsemmi f'(b) jkun ikkreditat. (e) Trasferiment tar-responsabilità ta' l-ordnijiet tal-ħlas Ir-responsabilità għall-esekuzzjoni ta' ordni tal-ħlas għandha tgħaddi f'idejn il-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi wara li l-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat jirċievi mingħand dan konferma pożittiva. (f) Reġim għall-iżbalji 1. Proċeduri ta' trattament ta' l-iżbalji Kull BĊN għandu jħares, u jiżgura li s-sistema RTGS nazzjonali rispettiva tiegħu tħares, il-proċeduri ta' trattament ta' l-iżbalji adottati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. Il-BĊE għandu jiżgura l-istess għall-mekkaniżmu tal-ħlas tal-BĊE. 2. Miżuri oħra ta' emerġenza Kull BĊN għandu jiżgura li s-sistema RTGS nazzjonali u l-proċeduri rispettivi tiegħu jħarsu l-kondizzjonijiet ta' l-użu għal miżuri ta' emerġenza addizzjonali, imsemmija fl-Artiklu 4(a), u t-termini u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri adottati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. Il-BĊE għandu jiżgura l-istess għall-mekkaniżmu tal-ħlas tal-BĊE. (g) Relazzjoni ma' min jipprovdi s-servizz tan-network 1. Il-BĊN kollha u l-BĊE għandhom ikunu konnessi jew ikollhom punt ta' dħul ma' min jipprovdi s-servizz tan-network. 2. Bejniethom, la l-BĊN u lanqas il-BĊE m'għandhom jitfgħu responsabilità wieħed lill-ieħor għan-nuqqas ta' min jipprovdi s-servizz tan-network. Għandha tkun biss ir-responsabilità tal-BĊN/BĊE li jkun bata mit-telf li jitlob għall-kumpens, jekk ikun hemm, lil min jipprovdi s-servizz tan-network, fejn tali BĊN għandu jagħmel il-klejm tiegħu permezz tal-BĊE. Artiklu 5 Dispożizzjonijiet ta' sigurtà Kull BĊN għandu jħares, u għandu jiżgura li s-sistema RTGS nazzjonali rispettiva tiegħu tħares, id-dispożizzjonijiet ta' l-istrateġija tas-sigurtà u l-kondizzjonijiet tas-sigurtà għal Target. Il-BĊE għandu jiżgura wkoll l-istess għall-mekkaniżmu tal-ħlas tal-BĊE. Artiklu 6 Regoli ta' verifika L-awdituri interni tal-BĊE u tal-BĊN għandhom jagħmlu stima tal-karatteristiċi funzjonali, tekniċi u organizzattivi, inkluż dispożizzjonijiet ta' sigurtà, kif speċifikati għall-komponenti u l-arranġament relevanti ta' Target msemmija aktar 'il quddiem f'dan il-Parir. Artiklu 7 Amministrazzjoni ta' Target 1. Id-direzzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta' Target għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE. Il-Kunsill Regolatorju għandu jkollu l-poter biex jiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom sistemi ta' ħlasijiet transfruntalieri minbarra s-sistemi RTGS nazzjonali jkunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet transfruntalieri ta' Target jew ikunu konnessi ma' Target. 2. Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE hu assistit mill-Kumitat tal-Ħlasijiet u s-Sistemi ta' Regolarizzar (il-"SSC"apos;kull ma għandu x'jaqsam mas-sistema Target. Għal tali għanijiet, il-PSSC għandu jaħtar sottogrupp magħmul minn rappreżentanti tas-sistemi RTGS nazzjonali. 3. L-amministrazzjoni ta' kuljum ta' Target għandha tkun f'idejn Koordinatur ta' Target tal-BĊE u f'idejn l-amministraturi li jirregolarizzaw tal-BĊN: - kull BĊN u BĊE għandu jaħtar meniġer li jirregolarizza għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tas-sistema RTGS nazzjonali rispettiva tiegħu, jew fil-każ tal-BĊE, l-mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE, - il-meniġer li jirregolarizza għandu jkollu r-responsabilità għall-immaniġġjar ta' kuljum ta' tali sistema RTGS nazzjonali, jew fil-każ tal-BĊE, il-mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE u biex jiġu mmaniġġjati sitwazzjonijiet mhux normali u żbalji, u - il-BĊE għandu jaħtar Koordinatur ta' Target tal-BĊE bħala meniġer ta' kuljum tal-funzjonijiet ċentrali ta' Target. Artiklu 8 Forza maġġuri M'għandux ikun hemm responsabilità fuq il-parti tal-BĊN/BĊE jekk ma jaqblux ma' dan il-Parir sal-limitu li, u sakemm, ikun hemm inabilità li jinqdew id-dmirijiet in kwistjoni skond il-Parir, jew tali dmirijiet huma suġġetti għas-sospensjoni jew dewmien, minħabba l-okkorrenza ta' xi kondizzjoni li fuqha m'hemmx kontroll (inkluż, imma mhux biss, ħsara fit-tagħmir jew nuqqas ta' funzjoni, affarijiet straordinarji, diżastri naturali, strajks jew problemi tal-ħaddiema); madankollu dawn t'hawn fuq ma jaffettwawx ir-responsabilità li kemm jista', għalkemm ikun hemm każ ta' forza maġġuri, jkunu pprovduti l-faċilitajiet ta' sostenn mitluba minn dan il-Parir, li jsiru l-proċeduri ta' l-immaniġġjar ta' l-iżbalji, msemmija fl-Artiklu 4(f), u li jintużaw l-isforzi kollha possibli biex jitnaqqsu l-effetti ta' tali każ meta dan ikun qiegħed iseħħ. Artiklu 9 Riżoluzzjoni tad-disputi 1. Mingħajr ma jiġu affettwati d-drittijiet u l-prerogattivi tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE, kull problema li tinħoloq bejn il-BĊN jew bejn xi BĊN u l-BĊE b'konnessjoni ma' Target li ma tistax tkun regolarizzata permezz ta' ftehim bejn il-partijiet involuti fid-disputa għandha tkun mgħarrfa lill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u lill-PSSC imsemmi fl-Artiklu 7(2) għal-konċiljazzjoni. 2. Fil-każ ta' problema bejn il-BĊN, jew bejn BĊN u l-BĊE, id-drittijiet u dmirijiet rispettivi wieħed lill-ieħor b'relazzjoni ma' l-ordnijiet tal-ħlas proċessati permezz ta' Target u l-affarijiet l-oħra msemmija fil-Parir għandhom ikunu determinati: (i) permezz tar-regoli u l-proċeduri msemmija f'dan il-Parir u fl-anness tiegħu; u (ii) bħala għajnuna supplementari fi problemi li jikkonċernaw il-ħlasijiet transfruntalieri permezz ta' Interlinking, mill-liġijiet ta' l-Istati Membri tas-sede tal-BĊE/BĊN li qiegħed jirċievi. Artiklu 10 Dispożizzjonijiet finali Dan il-Parir hu ndirizzat lill-banek nazzjonali ċentrali ta' l-Istati Membri li qiegħdin jipparteċipaw. Dan il-Parir għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2001. Minn dik id-data, l-Parir BĊE/2000/9 għandu jkun imħassar u sostitwit. Dan il-Parir għandu jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Frankfurt am Main, fis-26 ta' April 2001. Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Il-President Willem F. Duisenberg [1] ĠU L 126, 26.05.00, p. 1. [2] ĠU L 332, 31.12.93, p. 1. [3] ĠU L 141, 11.06.93, p. 27. -------------------------------------------------- L-ANNESS I SISTEMI RTGS NAZZJONALI Stat Membru | Isem tas-sistema | Aġent regolarizzatur | Post | Il-Belġju | Electronic Large-value Interbank Payment system (ELLIPS) | Banque Nationale de Belgique/Nationale Bank van België | Brussel | Il-Ġermanja | Ewro Link System (ELS) | Deutsche Bundesbank | Frankfurt | Il-Greċja | Hellenic Real-time Money transfer Express system (HERMES) | Bank of Greece | Ateni | Spanja | Servicios de Liquidación del Banco de España (SLBE) | Banco de España | Madrid | Franza | Transferts Banque de France (TBF) | Banque de France | Pariġi | L-Irlanda | Irish Real-time Interbank Settlement system (IRIS) | Central Bank of Ireland | Dublin | L-Italja | Banca d'Italia Regolamento Lordo (BI-REL) | Banca d'Italia | Ruma | Il-Lussemburgu | Lussemburgu Interbank Payment systems (LIPS-Gross) | Banque centrale du Luxembourg | Lussemburgu | L-Olanda | TOP | De Nederlandsche Bank | Amsterdam | L-Awstrija | Austrian Real-time Interbank Settlement system (ARTIS) | Österreichische Nationalbank | Vienna | Il-Portugall | Sistema de Pagamentos de Grandes Transacààes(SPGT) | Banco de Portugal | Lisbona | Il-Finlandja | Bank of Finland (BoF) | Suomen Pankki | Helsinki | -------------------------------------------------- L-ANNESS II MIŻATI TA' ĦLASIJIET DOMESTIĊI Il-prezz ta' transfers domestiċi RTGS f'Ewro se jkomplu jkunu ddeterminati fuq livell nazzjonali, b'riferenza għall-prinċipji ta' ġbir ta' l-ispejjeż, trasparenza u nuqqas ta' diskriminazzjoni u billi jiġi kkunsidrat il-fatt li l-prezz għal transfers domestiċi u transfruntalieri f'Ewro għandhom, bejn wieħed u ieħor, ikunu fl-istess firxa sabiex ma tiġix affettwata l-uniċità tas-suq monetarju. Is-sistemi RTGS nazzjonali għandhom jibgħatu l-iskema ta' ħlas lill-BĊE, lill-BĊN kollha li qiegħdin jipparteċipaw, lil parteċipanti fis-sistemi nazzjonali RTGS, u lil partijiet interessati oħra. Il-metodoloġiji li jiddeterminaw l-ispejjeż tas-sistemi RTGS nazzjonali se jkunu armonizzati għal livell adegwat. -------------------------------------------------- L-ANNESS III MIŻATI GĦAL ĦLASIJIET TRANSFRUNTALIERI Il-ħlas (minbarra l-VAT) li għandu jintalab għal ħlasijiet transfruntalieri permezz ta' Target bejn parteċipanti diretti se jkun ibbażat fuq in-numru ta' transizzjonijiet mibgħuta minn parteċipant f'sistema RTGS waħda, skond skala digressiva. L-iskala digressiva hi kif ġej: - EUR 1,75 għal kull waħda mill-100 transizzjoni kull xahar, - EUR 1,00 għal kull waħda mid-900 transizzjoni kull xahar, - EUR 0,80 għal kull transizzjoni oħra meta jinqabżu l-1000 kull xahar. Għall-għan ta' l-applikazzjoni tat-tariffa digressiva, l-volum ta' ħlas li għandu jiġi kkunsidrat hu n-numru ta' transizzjonijiet imdaħħla mill-istess entità legali f'sistema RTGS waħda jew it-transizzjonijiet tal-ħlas imdaħħla minn entitajiet differenti għal eżekuzzjoni fl-istess kont ta' saldament. L-applikazzjoni ta' l-iskema tariffarja hawn fuq imsemmija se tkun riveduta minn żmien għal żmien. Il-ħlas jittieħed biss mill-BĊN/BĊE li jkun qed jibgħat lill-parteċipanti fis-sistema nazzjonali RTGS/mekkaniżmu ta' ħlas BĊE (EPM). Ma jintalab l-ebda ħlas mill-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi lill-parteċipant riċevitur. Mhux se jkun hemm talba ta' ħlas fuq transfer inter-BĊN, jiġifieri fejn il-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat qiegħed jaħdem f'ismu stess. Il-ħlasijiet se jkopru t-tqegħid fi kju ta' l-istruzzjonijiet ta' ħlas (fejn jgħodd), l-addebitu ta' min jibgħat, il-kreditu tal-kont inter-BĊN tal-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi fuq il-kotba tal-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat, meta tintbagħat talba tal-messaġġ ta' saldament ta' ħlas (PSMR) permezz tan-networkInterlinking, id-debitu ta' kont inter BĊN tal-BĊN/BĊE li qiegħed jibgħat fuq il-kotba tal-BĊN/BĊE li qiegħed jirċievi, l-ikkreditar tal-parteċipant ta' l-RTGS, meta tinbagħat in-notifika ta' saldament ta' ħlas (PSMN) permezz tan-networkInterlinking, il-komunikazzjoni ta' messaġġ ta' ħlas lil parteċipant/riċevitur RTGS u l-konferma ta' saldament (fejn jgħodd). L-iskema ta' ħlasijiet transfruntalieri ta' Target ma tkoprix l-ispejjeż tal-link ta' telekomunikazzjoni bejn min jibgħat u s-sistema RTGS nazzjonali li minnha dak li jibgħat jifforma parti. Il-ħlas għal dan il-link ta' telekomunikazzjoni se jibqa' jsir skond ir-regoli nazzjonali. Is-sistemi RTGS nazzjonali ma jistgħux jitolbu ħlas għall-konverżjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment minn muniti nazzjonali f'Ewro jew viċi versa. Is-sistemi RTGS jistgħu jitolbu ħlasijiet żejda għal servizzi oħra li huma jistgħu joffru (eż. d-dħul ta' istruzzjonijiet ta' ħlasijiet fuq il-karti). Il-possibilità li jiġu applikati ħlasijiet differenti skond iż-żmien ta' l-eżekuzzjoni ta' l-istruzzjonijiet tal-ħlasijiet se tkun meqjusa fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tas-sistema. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV ĦINIJIET TA' FTUĦ TA' TARGET Target u, għalhekk, il-BĊN u s-sistemi RTGS li jipparteċipaw jew huma konnessi ma' Target, japplika r-regoli li ġejjin fir-rispett tal-ħinijiet ta' ftuħ. 1. Il-ħin ta' referenza għal Target għandu jkun "Il-ħin tal-Bank Ċentrali Ewropew", definit bħala l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE. 2. Target se jkollu ħinijiet ta' ftuħ komuni mis-7 ta' filgħodu sas-6 ta' filgħaxija. 3. Ftuħ kmieni, qabel is-7 ta' filgħodu, jista' jsir wara li tkun intbagħtet notifika lill-BĊE: (i) għal raġunijiet domestiċi (eż. biex jiġi faċilitat it-tisrif ta' transizzjonijiet ta' titoli, per eżempju transizzjonijiet li jintbagħtu fi grupp mill-BĊN fis-sistemi RTGS matul il-lejl); jew (ii) għal raġunijiet marbuta mas-SEBĊ (eż. fi ġranet meta volumi ta' ħlas eċċezzjonali jkunu mistennija, jew sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tisrif ta' flus ta' pajjiżi oħra meta tiġi proċessata l-parti Ewro ta' bejgħ u xiri ta' muniti barranin li tinvolvi muniti Asjatiċi). 4. Se japplika ħin massimu għall-ħlasijiet tal-klijenti (kemm domestiċi kif ukoll transfruntalieri) ta' siegħa qabel l-għeluq normali ta' Target; il-bqija tal-ħin se jintuża biss għall-ħlasijiet bejn il-banek (kemm domestiċi kif ukoll transfruntalieri) biex jiġu trasferiti flus fost il-parteċipanti. Il-ħlasijiet tal-klijenti huma meqjusa bħala messaġġi ta' ħlas f'format MT100, jew format nazzjonali ta' messaġġi ekwivalenti (li jista' juża l-format MT100 għal trasmissjoni trans-fruntaliera). L-implimentazzjoni ta' l-5 ta' filgħaxija bħala ħin massimu għall-ħlasijiet domestiċi għandha tkun deċiża minn kull BĊN flimkien mal-Komunità bankarja. Barra minn hekk, il-BĊN jistgħu jkomplu jipproċessaw ħlasijiet domestiċi ta' konsumaturi li kienu fi kju fil-5 ta' filgħaxija. -------------------------------------------------- L-ANNESS V LISTA TA' GARANZIJI KOLLATERALI TA' L-ISTATI MEMBRI LI MHUMIEX FIŻ-ŻONA EWRO BĊN li qiegħed jieħu sehem | Użu approvat tal-pajjiżi li mhumiex fiż-żona Ewro | DEUTSCHE BUNDESBANK | Gvern Daniż u bonds ta' kreditu b'ipotekaTitoli ta' debitu u bonds ta' istituzzjoni b'ipoteka tal-Gvern SvediżTitoli bla riskju tal-Gvern tar-Renju UnitUK Treasury bills | BANCO DE ESPAÑA | Titoli bla riskju tal-Gvern tar-Renju UnitKambjali tat-Teżor fir-Renju Unit | BANQUE DE FRANCE | Gvern Daniż u bonds ta' kreditu b'ipotekaTitoli ta' debitu u bonds ta' istituzzjoni b'ipoteka tal-Gvern Svediż.Titoli bla riskju tal-Gvern tar-Renju UnitKambjali tat-Teżor fir-Renju Unit | CENTRAL BANK OF IRELAND | Titoli bla riskju tal-Gvern tar-Renju UnitKambjali tat-Teżor fir-Renju Unit | BANQUE CENTRALE DU LUXEMBOURG | - Gvern Daniż u bonds ta' kreditu b'ipoteka | DE NEDERLANDSCHE BANK NV | Gvern Daniż u bonds ta' kreditu b'ipoteka.Titoli ta' debitu tal-Gvern Svediż u bonds ta' istituzzjonijiet ta' l-ipoteka. | SUOMEN PANKKI | Gvern Daniż u bonds ta' kreditu b'ipotekaTitoli ta' debitu tal-Gvern Svediż u bonds ta' istituzzjonijiet ta' l-ipotekaTitoli bla riskju tal-Gvern tar-Renju UnitKambjali tat-Teżor fir-Renju Unit | --------------------------------------------------