32000R2437



Official Journal L 280 , 04/11/2000 P. 0028 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000

tat-3 ta’ Novembru 2000

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ additivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja għal additivi ġodda fil-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda l-additivi fil-għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1887/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi illi l-additivi l-ġodda għandhom jiġu awtorizzati, filwaqt li jitqiesu l-avvanzi fil-għerf xjentifiku u tekniku.

(2) L-Artikolu 9d tad-Direttiva jipprovdi illi additiv tat-tip elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness Ċ mad-Direttiva għandu jiġi awtorizzat, meta, wara valutazzjoni tad-dossier, ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva.

(3) L-Artikolu 9e tad-Direttiva jipprovdi illi additiv ta’ l-istess tip jista’ jiġi awtorizzat proviżorjament għall-perjodu taż-żmien sa erba’ snin meta, wara valutazzjoni tad-dossier riferit hawn fuq, jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3a minn (b) sa (e) tad-Direttiva u jekk ikun raġjonevoli li jiġi assunt, fid-dawl tar-riżultati miksuba, illi l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(a) huma sodisfatti wkoll.

(4) L-istima tad-dossier issottomess juri illi t-tħejjija tal-mikro-organiżmu deskritta fl-Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3a minn (b) sa (e) tad-Direttiva. B’żieda ma’ dan, tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3a(a) meta wżati fejn għandhom x’jaqsmu l-ħnieżer żgħar.

(5) Huwa wkoll raġjonevoli li jiġi assunt, fid-dawl tar-riżultati disponibbli, li l-kondizzjonijijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(a) huma sodisfatti fejn għandu x’jaqsam l-użu ta’ l-istess tħejjija tal-mikro-orġanismu għall-kategoriji ta’ l-annimali elenkati fl-Anness II mar-Regolament.

(6) L-istima tad-dossier issottomess turi illi t-tħejjijiet ta’ l-enzimi deskritti fl-Anness III ma’ dan ir-Regolament jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni preliminari speċifikata fl-Artikolu 9e tad-Direttiva, meta wżati fejn għandhom x’jaqsmu l-kategoriji ta’ l-annimal, u skond id-dispożizzjonijiet l-oħra, speċifikati fl-Annessi III ma’ dan ir-Regolament.

(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [3] u d-direttivi individwali rilevanti tagħha, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/679/KEE [4] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/65/KE [5], dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-espożizzjoni għall-aġenti bijoloġiċi li jkunu qegħdin jadmu, japplikaw fis-sħiħ għall-użu u l-manipulazzjoni mill-ħaddiema ta’ l-additivi fil-għalf.

(8) Il-Kumitat Xjentifiku tan-Nutriment ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli rigward in-nuqqas ta’ ħsara tat-tħejjijiet ta’ l-enzimi u tal-mikro-orġaniżmi u rigward l-effett favorevoli tat-tħejjija tal-mikro-organiżmi fuq il-ħnieżer iż-żgħar.

(9) Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tħejjijiet li jappartjienu għall-grupp "mikro-organiżmi" elenkati fl-Annessi I u II mar-Regolament preżenti għandhom ikunu awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE bħala additivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi msemmija.

Artikolu 2

It-tħejjijiet li jappartjienu għall-grupp "enzimi" elenkati fl-Anness III mar-Regolament preżemti għandhom ikunu awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE bħala additivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness imsemmi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 227, tas-7.9.2000, p. 13.

[3] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[4] ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 1.

[5] ĠU L 335, tas-6.12.1997, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IR-REGOLAMENT (KE) Nru …/…. | L-Additiv | Il-Formola kimika, Deskrizzjoni | L-Ispeċje jew il-Kategorija ta' l-annimal | Il-Għomor massima | Il-Kontenut minimu | Il-Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet Oħra | Il-Perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni |

ta' CFU/kg ta' għalf ikkompletat | ta' CFU/kg ta' għalf ikkompletat |

E1700 | Il-Bacillus licheniformis (DSM 5749) Bacillus subtilis (DSM 5750) (fil-proporzjon tal 1/1) | It-Taħlita tal-Bacillus licheniformis u l-Bacillus subtilis li jkun fiha minimu ta' 3,2 × 109 CFU/g ta' l-additiv (1,6 × 109 CFU/g għal kull batterju) | Il-ħnieżer żgħar | Xahrejn | 1,28 × 109 | 3,2 × 109 | Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub | Mingħajr limitu taż-żmien |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

In-Numru (jew in-numru tal-KE) | L-Additiv | Il-Formola kimika. Deskrizzjoni | L-Ispeċje jew il-Kategorija ta' l-annimal | Il-Għomor massimu | Il-Kontenut minimu | Il-Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet Oħra | Il-Perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni |

ta' CFU/kg ta' għalf ikkompletat | ta' CFU/kg ta' għalf ikkompletat |

20 | Il-Bacillus licheniformis (DSM 5749) Bacillus subtilis (DSM 5750) (fil-proporzjon ta' 1/1) | It-taħlita tal-Bacillus licheniformis u l- Bacillus subtilis li jkun fiha minimu ta' 3,2 × 109 CFU/g ta' l-additiv ((1,6 × 109 CFU/g ta' kull batterju) | Hniezer tas-sess feminili | 15-il jum pre partum u waqt perjodu ta1 lactation | 0,96 × 109 | 1,92 × 109 | Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub | tat-30.9.2001 |

Il-ħnieżer għas-simna | – | 0,48 × 109 | 1,28 × 109 | Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub | tat-30.9.2001 |

It-tiġieġ żgħar għas-simna | – | 3,2 × 109 | 3,2 × 109 | Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub. Jista' jiġi wżat fit-tgħam kompost li jkun fih il-koċċidjostati: l-etopabat ta' l-amprolju, id-diklażuril, l-alofuġinone, il-metil-benżokwat/metilkorpindol, il-moneni fis-sodju, ir-rifużol u r-robenidin | tat-30.9.2001 |

Id-Dundjani għas-simna | – | 1,28 × 109 | 3,2 × 109 | Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub. Jista' jiġi wżat fit-tgħam kompost li jkun fih il-koċċidjostati: l-etopabat ta' l-amprolju, id-diklażuril, l-alofuġinone, il-metil-benżokwat/metiklorpindol, il-moneni fis-sodju, ir-rifużol u r-robenidin | tat-30.9.2001 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

In-Nru (jew in Nru tal-KE) | L-Additiv | Il-Formola Kimika. Deskrizzjoni | L-Ispeċje jew il-Kategorija ta' l-annimal | Il-Għomor massimu | Il-Minimu | Il-Massimu | Dispożizzjonijiet Oħra | Il-Perjodu taż-żmienta' l-awtorizzazzjoni |

L-Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf ikkompletat | L-Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf ikkompletat |

53 | L-Endo-1,3-beta-kanase KE 3.2.1.6 | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), l-endo-1,4-beta-glucanase prodott bit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), l-alfa-amilase, prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), il-baċillolisin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u l-endo-1,4-beta-ksilane prodott bit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li jkollu minimu ta' attività ta' l-Endo-1,3-beta-glukanase: 2350 U/g [1]L-Endo-1,4-beta-glukanase: 4000 U/g [2]L-Alfa-amilase: 400 U/g [3]Il-Baċillolisin 450 U/g [4]L-Endo-1,4-beta-ksilanae: 20000 U/g [5] | Il-Ħnieżer żgħar | Xahrejn | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 2350 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbilta għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta'għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 2350 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 4000 UL-Alfa-amilase: 400 UIl-Baċillolisin: 450 UL-Endo-1,4-beta-ksilanae: 20000 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjurfil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar il-beta-glukani, u l-arabinoksilami) p.e. li jkun fihom iktar minn 25 % xgħir u 20 % qamħ ir-rum. | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-kanase KE 3.2.1.4 | L-Endo-1,4-beta-glukanase: 4000 U | – |

L-Alfa-amilase KE 3.2.1.1 | L-Alfa-amilase: 400 U | – |

Il-Baċillolisin KE 3.4.24.28 | Il-Baċillolisin 450 U | – |

L-Endo-1,4-beta-ksilanase KE 3.2.1.8 | L-Endo-1,4- beta-xylanase: beta-glukanase: 20000 U | – |

It-Tiġieġ żgħargħas-għas-simna | – | L-Endo-1,3-beta-glukanase: 1175 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-termperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 1175 - 2350 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 2000 - 4000 UL-Alfa-amilase: 200 - 400 UIl-Baċillolisin: 225 - 450 UL-Endo-1,4-beta-ksilanae: 10000 - 20000 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjurfil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar il-beta-glukani, u l-arabinoksilini) p.e. li jkun fihom iktar minn 45 % qamħ | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-glukanase: 2000 U | – |

L-Alfa-amilase: 200 U | – |

Il-Baċillolisin 225 U | – |

L-Endo-1,4-beta-xylanase: beta-ksilanase 10000 U | – |

54 | L-Endo-1,3-beta-kanase KE 3.2.1.6 | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott mill-Aspergillusaculeatus (CBS 589.94), l-endo-1,4-beta-glukanase prodott bit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), l-alfa-amilase prodott bil- Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u l-Endo-1,4-beta-ksilanae prodott bit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li jkollu attività minima ta': Endo-1,3-beta-glukanase: 10000 U/g [1]L-Endo-1,4-beta-glukanase: 120000 U/g [2]L-Alfa-amilase: 400 U/g [3]Bacillolysin 450 U/g [4] | It-Tiġieġ żgħargħas-għas-simna | – | L-Endo-1,3-(4)beta- glukanase 1000 U: | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-tħejjija minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 1000 - 2000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 12000 - 24000 UL-Alfa-amilase: 40 - 80 UL-Endo-1,4-beta-ksilanae: 21000 – 42000 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar il-beta-glukani, u l-arabinoksilami) p.e. li jkun fihom iktar minn 45 % qamħ | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-kanase KE 3.2.1.4 | L-Endo-1,4-beta-beta-glukanase: 12000 U | – |

L-Alfa-amilase KE 3.4.1.1 | L-Alfa-amilase: 40 U | – |

L-Endo-1,4-beta-ksilanse- KE 3.2.1.8 | L-Endo-1,4-beta-beta-xylanase: 21000 U | – |

55 | L-Endo-1,3-beta-kanase KE 3.2.1.6 | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), l-endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), l- Alpha-amylase, prodott mill-produced by Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553 uil-baċillolisin prodott bil-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) li jkollu attività minima ta': L-Endo-1,3-beta-glukanase: 3000 U/g [1]L-Endo-1,4-beta-glukanase: 5000 U/g [2]L-Alfa-amilase: 540 U/g [3]Il-Baċillolisin 450 U/g [4] | Il-Ħnieżer żgħar | Xahrejn | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 1500 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rakkommandata għal kull kilogramma ta'għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 1500 - 3000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 - 5000 UL-Alfa-amilase: 270 - 540 UIl-Baċillolisin: 225 - 450 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar il-beta-glukani, u l-arabinoksilami) p.e. li jkun fihom iktar minn 35 % qamħ u 15 % xgħir | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-kanase KE 3.2.1.4 | L-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 U | – |

L-Alfa-amilase KE 3.2.1.1 | L-Alfa-amilase: 270 U | – |

Il-Baċillolisin KE 3.4.24.28 | Il-Baċillolisin 225 U | – |

Il-Ħnieżergħas-simna | – | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 1500 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna, u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 1500 - 3000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 - 5000 UL-Alfa-amilase: 270 - 540 UIl-Baċillolisin: 225 - 450 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-lamtu u l-polisakkaridi mingħajr lamtu, p.e. li jkun fihom iktar minn 5 % xgħir | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 U | – |

L-Alfa-amilase: 270 U | – |

Il-Baċillolisin 225 U | – |

It-Tiġieġ żgħargħas-għas-simna | – | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 1500 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna, u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 1500 - 3000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 - 5000 UL-Alfa-amilase: 270 - 540 UIl-Baċillolisin: 225 - 450 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-polisakkaridi mingħajr lamtu, p.e. li jkun fihom iktar minn 50 % qamħ ir-rum jew 50 % qamħ | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 U | – |

L-Alfa-amilase: 270 U | – |

Il-Baċillolisin 225 U | – |

It-Tiġieġtal-bajd | – | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 1500 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu a' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna, u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta'għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 1500 - 3000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 - 5000 UL-Alfa-amilase: 270 - 540 UIl-Baċillolisin: 225 - 450 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-polisakkaridi mingħajr lamtu p.e. li jkun fihom iktar minn 40 % qamħ ir-rum u 10 % segala | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-glukanase: 2500 U | – |

L-Alfa-amilase: 270 U | – |

Il-Baċillolisin 225 U | – |

56 | L-Endo-1,3-beta-kanase KE 3.2.1.6 | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589 94), l-endo-1-4-beta-glukamase prodott bit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), l-alfa-amilase prodott bil-Bacillus amyloliquefaciens(DSM 9553) u il-baċillolisin prodott bil-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) li jkollu attività minima ta': L-Endo-1,3-beta-glukanase: 6000 U/g [1]L-Endo-1,4-beta-glukanase: 3500 U/g [2]l-Alfa-amilase 1400 U/g [3]Il-Baċillolisin 450 U/g [4] | It-Tiġieġ żgħargħas-simna | – | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 6000 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbilità għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-Endo-1,3-beta-glukanase: 6000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 3500 UL-Alfa-amilase: 1 400 UIl-Baċillolisin: 450 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjurfil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar -l-arabissolani u l-beta-glukani) p.e. li jkun fihom iktar minn 40 % xgħir | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-kanase KE 3.2.1.4 | L-Endo-1,4-beta-glukanase: 3500 U | – |

L-Alfa-amilase KE 3.2.1.1 | L-Alfa-amilase: 1 400 U | – |

Il-Baċillolisin KE 3.4.24.28 | Il-Baċillolisin 450 U | – |

57 | L-Endo-1,3-beta-kanase KE 3.2.1.6 | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589 94), l-endo-1,4-beta-glukanase: prodott bit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), l-alfa-amilase prodott bil- Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u il-baċillolisin prodott bil-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) li jkollu attività minima ta': L-Endo-1,3-beta-glukanase: 3000 U/g [1]L-Endo-1,4-beta-glukanase: 9000 U/g [2]l-Alfa-amilase 540 U/g [3]Il-Baċillolisin 450 U/g [4] | It-Tiġieġ żgħargħas-għas-simna | – | L-Endo-1,3-(4) betaglukanase: 3000 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-tħejjjja minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna, u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-Endo-1,3(4)-beta-glukanase: 3000 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 9000 UL-Alfa-amilase: 540 UIl-Baċillolisin: 450 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar iċ-ċellulosi, u l-emi-ċellulosi p.e. li jkun fihomiktar minn 20 % dqiq oħxon tal-ward tax-xemx u 10 % dqiq oħxon tas-soya | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-kanase KE 3.2.1.4 | L-Endo-1,4-beta-glukanase: 9000 U | – |

L-Alfa-amilase KE 3.2.1.1 | L-Alfa-amilase: 540 U | – |

Il-Baċillolisin: KE 3.4.24.28 | Il-Baċillolisin 450 U | – |

58 | L-Endo-1,3-beta-kanase KE 3.2.1.6 | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott bl-Aspergillus aculeatus (CBS(CBS 589.94), l-endo-1,4-beta-glucanase prodott bit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), l-alfa-amilase prodott bil-Bacillus amyloliquefaciens(DSM 9553) u il-baċillolisin prodott bil-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) li jkollu attività minima ta': L-Endo-1,3-beta-glukanase: 2350 U/g [1]L-Endo-1,4-beta-glukanase: 5000 U/g [2]l-Alfa-amilase 400 U/g [3]Il-Baċillolisin 5000 U/g [4] | Il-Ħniezer żgħar | Xahrejn | L-Endo-1,3-(4)beta-glukanase: 2350 U | – | 1.Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-additiv u tat-tħejjija minn qabel, indika t-temperatura tal-post tal-ħażna, il-ħajja al-ħażna, u l-istabbiltà għalbiex isir gerbub2.Id-doża rrakkommandata għal kull kilogramma ta'għalf ikkompletat:l-endo-1,3(4)-beta-glukanase: 2350 Ul-Endo-1,4-beta-glukanase: 5000 UL-Alfa-amilase: 400 UIl-Baċillolisin: 5000 U3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjurfil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktaril-beta-glukani, u l-arabinoksilinai) p.e. li jkun fihom iktar minn 30 % xgħir | tat-30.9.2001 |

L-Endo-1,4-beta-kanase KE 3.2.1.4 | L-Endo-1,4-beta-glukanase: 5000 U | – |

L-Alfa-amilase KE 3.2.1.1 | L-Alfa-amilase: 400 U | – |

Il-Baċillolisin KE 3.4.24.28 | Il-Baċillolisin: 5000 U | – |

[1] 1 U huwa l-ammont ta' l-enżim li jeħles 0,00565 mikromola ta' tipi ta' zokkor tar-riduzzjoni (ekwivalenti għall-glukosi) mix-xgħir beta glukan kull minuta f'pH ta' 7,5 u temperatura ta' 300C.

[2] 1 U huwa l-ammont ta' l-enżim li jeħles 0,00565 mikromola ta' tipi ta' zokkor (ekwivalenti għall-glukosi) mill-karbossimetilċellulosi kull minuta f'pH ta' 4,8 u temperatura ta' 600C.

[3] 1 U huwa l-ammont ta' l-enżim li jidrolizza 1 mikromolu tal-għaqdiet glukosidiċi mill-polimeru tal-lamtu imgħaqqad inkroċjat li ma jinħallx fl-ilma kull minuta f'pH ta' 7,5 u temperatura ta' 370C.

[4] 1 U huwa l-ammont ta' l-enżim li jagħmel 1 mikrogramma ta' ażo-kaseina solubbli fl-aċidu trikloaċetiku kull minuta f'pH ta' 7,5 u temperatura ta' 370C.

[5] 1 U huwa l-ammont ta' l-enżim li jeħles 0,0067 mikromola ta' tipi ta' zokkor tar-riduzzjoni (ekwivalenti għall-glukosi) mill-karbossimetilċellulosi kull minuta f'pH 5,3 u temperatura ta' 600C.

--------------------------------------------------