<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-211/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0211</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:344">EU:C:2020:344</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200430">30.4.2020</DATE> – Kawża C‑211/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Készenléti Rendőrség</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Deroga</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(3)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 89/391/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)</KEYWORD><KEYWORD>Attivitajiet tal-iskwadra ta’ intervent tal-pulizija</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑211/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Miskolci Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Miskolc, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190221">21 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190306">6 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UO</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Készenléti Rendőrség,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Awla, E. Juhász u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal UO, minn I. Balázs, kamarai jogtanácsos,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Készenléti Rendőrség, minn A. Kenyhercz, kamarai jogtanácsos,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn G. Koós, Z. Fehér u M. M. Tátrai, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Havas, M. van Beek u N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE> dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349), kif ukoll tal-Artikolu 1(3) u tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn UO u l-Készenléti Rendőrség (l-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija, l-Ungerija), dwar ir-remunerazzjoni dovuta għall-perijodi ta’ servizz fi stat ta’ disponibbiltà mwettqa minnu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 89/391</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tgħodd għas-setturi ta’ attività kollha, kemm pubbliċi u kemm privati (industrijali, agrikoli, kummerċjali, amministrattivi, ta’ servizz, edukattivi, kulturali, ta’ serħan etċ.).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva ma għandhiex tgħodd fejn karatteristiċi partikolari għal ċerti attivitajiet ta’ servizzi pubbliċi speċifiċi, bħall-forzi armati jew il-pulizija, jew għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, b’mod inevitabbli jmorru kontra tagħha.</ALINEA><ALINEA>F’dak il-każ, is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom ikunu żgurati sa fejn ikun possibbli fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/88</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Diretiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum, serħan ta’ kull ġimgħa u leave annwali, għal waqfien u ħin tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ċerti aspetti tax-xogħol bil-lejl, ix-xogħol bix-shift u t-tendenzi tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għas-setturi kollha ta’ l-attività, kemm pubblika u wkoll privata, fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391/KEE, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14, 17, 18 u 19 ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>perjodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> ifisser kwalunkwe perjodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(3) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>B’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, derogi jistgħu jsiru mill-Artikoli 3, 4, 5, 8 u 16:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ attivitajiet li jinvolvu l-ħtieġa ta’ servizz jew produzzjoni kontinwa, partikolarment:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>servizzi ta’ l-istampa, tar-radju, tat-televiżjoni, tal-produzzjoni ċinematografika, tal-posta jew tat-telekommunikazzjonijiet, ta’ l-ambulanza, servizzi tal-protezzjoni tan-nar jew ċivili;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>[…]</P><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 102(1) tar-rendvédelmi feladatokat ellátó szervek hivatásos állományának szolgálati jogviszonyáról szóló 2015. évi XLII. törvény (il-Liġi Nru XLII tal-2015 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal Professjonali tal-Korpi Responsabbli għaż-Żamma tal-Ordni) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fit-twettiq tas-servizz, kull membru tal-persunal professjonali huwa meħtieġ</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jżomm ruħu lest sabiex jaġixxi fil-post u matul il-ħin mitlub, li jibqa’ lest sabiex jaġixxi matul il-perijodu kollu tas-servizz u li jwettaq il-missjoni tiegħu, kif ukoll li jkun disponibbli għal dan il-għan,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 141(1) ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Uffiċjal superjuri jista’ jobbliga lil membru tal-persunal professjonali sabiex imur f’post differenti mill-post ta’ assenjazzjoni, fejn ikun jista’ jiġi kkuntattjat u fejn għandu jkun lest sabiex jaġixxi barra mis-sigħat tas-servizz u fl-interess tas-servizz, u minn fejn jista’ jintbagħat fuq missjoni fi kwalunkwe mument.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 364(1) tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Din il-liġi, flimkien mad-digrieti adottati skont is-setgħat mogħtija mill-Artikoli 340 u 341, hija intiża li timplimenta</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>id-[Direttiva 2003/88]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 58(1) tar-rendőrségről szóló 1994. évi XXXIV. törvény (il-Liġi Nru XXXIV tal-1994 dwar il-Pulizija) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-uffiċjali tal-pulizija jistgħu jintużaw f’pattulja […]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>sabiex jitwaqqfu avvenimenti b’folol li jipperikolaw il-ħajja u l-proprjetà tal-persuni, jew sabiex jipprekludu atti ta’ vjolenza li jista’ jkollhom tali konsegwenzi u sabiex jiġu arrestati l-persuni li jwettquhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra ddeterminati mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tar-rendőrség szerveiről és a rendőrség szerveinek feladat- és hatásköréről szóló 329/2007 korm. rendelet (id-Digriet tal-Gvern Nru 329/2007 dwar il-Korpi tal-Pulizija u dwar il-Missjonijiet u l-Kompetenzi tal-Korpi tal-Pulizija), tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-korpi tas-servizz tal-pulizija ġenerali mwaqqfa sabiex jaqdu missjonijiet speċifiċi huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Magyar Köztársaság rendőrségének csapatszolgálati Szabályzatá kiadásáról szóló 11/1998 ORFK utasítás (l-Ordni Nru 11/1998 tad-Direttorat Ġenerali Nazzjonali tal-Pulizija tat-<DATE ISO="19980423">23 ta’ April 1998</DATE> dwar ir-Regoli tas-Servizz f’Pattulja tal-Pulizija tar-Repubblika tal-Ungerija), tat-<DATE ISO="19980423">23 ta’ April 1998</DATE>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[…]</P><P>12. […]</P><P>[…]</P><P>Servizz fi stat ta’ allert ta’ pattulja</P><P>L-għan tas-servizz fi stat ta’ allert huwa li l-pattulja tinżamm fi stat ta’ preparazzjoni li jiggarantixxi li l-missjonijiet ikunu jistgħu jibdew bl-iktar mod rapidu possibbli. Dan jimplika t-twaqqif ta’ pattulja, l-akkomodazzjoni tagħha u l-provvista ta’ ikel u xorb għaliha, it-twaqqif, jekk ikun meħtieġ, ta’ timijiet jew ta’ gruppi ta’ timijiet tas-servizz, l-implimentazzjoni ta’ proċedura għall-akkwist tal-provvisti materjali meħtieġa għall-attività ta’ pattulja, il-preparazzjoni tal-unitajiet u ż-żamma tagħhom f’livell operattiv.</P><?PAGE NO="5"?><P>14. Il-pattulja tista’ titqiegħed f’servizz fi stat ta’ allert b’mod ippjanat minn qabel, meta l-missjoni tkun prevedibbli, jew tista’ tissejjaħ f’sitwazzjoni urġenti. Dan il-każ tal-aħħar jista’ jseħħ, b’mod partikolari, meta missjoni tkun diġà ġiet assenjata lil servizz fi stat ta’ allert eżistenti u jkun meħtieġ li jiġi previst servizz fi stat ta’ allert ġdid iżda l-assenjazzjoni tal-forzi tal-pulizija li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom taħt forom ta’ servizz oħra ma tkunx possibbli jew ma tkunx biżżejjed.</P><P>[…]</P><P>17. Il-livell ta’ preparazzjoni ta’ pattulja fuq servizz fi stat ta’ allert għandu jirrifletti l-ħeffa li biha din il-pattulja għandha tkun kapaċi tibda missjoni partikolari fdata lilha. Dan jiddependi minn sa fejn il-kmandant tal-iskwadra tal-pulizija jkun stabbilixxa minn qabel il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tinbeda l-missjoni. Skont jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunux preżenti jew le, il-pattulja tista’ ssib ruħha fi stat ta’ allert ġenerali jew fi stat ta’ allert ogħla.</P><P>[…]</P><P>19. Is-servizz fi stat ta’ allert jibda meta l-livell ta’ allert meħtieġ jintlaħaq u jkompli sakemm jintemm jew sakemm l-imsemmi servizz ma jinbidilx f’attività oħra. Il-pattulja li tiżgura servizz fi stat ta’ allert għandha tkun kapaċi tibda twettaq il-missjonijiet previsti fi żmien 15-il minuta meta tkun fi stat ta’ allert ogħla jew fi żmien siegħa meta tkun fi stat ta’ allert ġenerali. Dawn il-ħinijiet standard jistgħu jitqassru mill-kmandant li jkun ordna l-użu ta’ pattulja skont in-natura tal-missjoni mħabbra jew tal-istat ta’ preparazzjoni tal-unità.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, UO assuma l-kariga tiegħu fis-servizz tal-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija. Bħala korp speċifiku fi ħdan il-pulizija ġenerali, din tal-aħħar għandha setgħat speċjali u teżerċita missjonijiet partikolari fit-territorju Ungeriż kollu. L-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija tipparteċipa, b’mod partikolari, fit-twettiq ta’ missjonijiet li jeħtieġu intervent urġenti, mhux prevedibbli, u l-użu ta’ pattulji. Fi ħdan l-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija, UO kien assenjat lill-grupp ta’ intervent mal-fruntieri ta’ Miskolc (l-Ungerija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Bejn Lulju 2015 u April 2017, UO kien fuq servizz fi stat ta’ allert bħala membru ta’ pattulja. Matul dan il-perijodu, il-missjonijiet mal-fruntiera ma kinux jitwettqu fil-post ta’ assenjazzjoni abitwali f’Miskolc iżda f’parti mill-fruntiera fin-Nofsinhar, fil-kontea ta’ Csongrád (l-Ungerija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Matul l-imsemmi perijodu, il-persuna li timpjega lil UO ordnat, fil-kuntest tal-missjonijiet imwettqa mal-fruntiera, minn naħa, servizz fi stat ta’ allert straordinarju u, min-naħa l-oħra, servizz fi stat ta’ disponibbiltà barra mill-ħin ta’ servizz ordinarju, fejn iż-żewġ servizzi kellhom jitwettqu f’pattulja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-imsemmija persuna li timpjega qieset li l-ħin ta’ servizz fi stat ta’ disponibbiltà kien jikkostitwixxi perijodu ta’ mistrieħ. Għall-kuntrarju, UO qies li, matul dan il-perijodu, huwa kien fil-verità qiegħed iwettaq servizz fi stat ta’ allert lil hinn mill-ħin ta’ servizz ordinarju ta’ kuljum, li kellu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u li fir-rigward tiegħu kellu jibbenefika minn allowance għal servizz fi stat ta’ allert straordinarju u mhux minn ħlas għal servizz fi stat ta’ disponibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva, minn naħa, li, skont it-termini tal-punt 5 tal-Artikolu 364(1) tal-Liġi dwar ir-Regolamenti tal-Persunal Professjonali tal-Korpi Responsabbli għaż-Żamma tal-Ordni, din il-liġi hija intiża li timplimenta d-Direttiva 2003/88, iżda la tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u lanqas ma tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, u, min-naħa l-oħra, li UO jibbaża ruħu fuq din id-direttiva sabiex jissostanzja t-talbiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk l-imsemmija direttiva u, b’mod partikolari, id-definizzjonijiet li jinsabu fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tagħha jistgħux jiġu applikati għal UO, fil-kwalità tiegħu ta’ membru tal-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija, sa fejn l-attività kkonċernata hija differenti minn attivitajiet eżerċitati f’ċirkustanzi ordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tad-Direttiva 2003/88 huwiex iddeterminat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391. Fl-affermattiv, hija tistaqsi jekk l-attività ta’ membru tal-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija għandhiex karatteristiċi inerenti għal ċerti attivitajiet speċifiċi tas-servizz pubbliku, li jipprekludu b’mod inevitabbli l-applikazzjoni tad-Direttiva 89/391 u tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, dan huwa l-każ fil-kawża ineżami. Fil-fatt, hija tosserva li l-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija hija korp speċjali tal-forzi tal-pulizija li tiżgura missjonijiet ta’ żamma ta’ ordni partikolari, kif iddefiniti mil-liġi, għalkemm huwa ammess li, f’dan il-każ, UO kellu jwettaq ukoll missjonijiet ta’ żamma ta’ ordni ġenerali. Hija żżid li UO jagħmel parti mill-persunal ta’ dawn l-unitajiet speċjali u li, f’dan il-kuntest, kien jeżerċita huwa stess attività ta’ żamma ta’ ordni speċifika fis-servizz pubbliku, b’tali mod li d-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 ma għandhomx ikunu jistgħu jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Miskolci Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Miskolc, l-Ungerija) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tad-[Direttiva 2003/88] għandu jiġi interpretat, fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni [<HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT>] ta’ din id-direttiva huwa ddeterminat mill-Artikolu 2 tad-[Direttiva 89/391]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 2(2) tad-[Direttiva 89/391] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-[Direttiva 2003/88] ma għandhomx japplikaw għal uffiċjali tal-pulizija li huma membri tal-persunal professjonali tal-Pulizija ta’ Intervent Rapidu?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ungeriż, id-domandi magħmula huma inammissibbli minħabba li t-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna r-remunerazzjoni tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, ħlief għal eċċezzjoni fir-rigward tal-każ partikolari tal-leave annwali mħallas, prevista fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, din id-direttiva tirregola biss ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, b’tali mod li, bħala prinċipju, ma hijiex applikabbli għar-remunerazzjoni tal-ħaddiema (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, din il-konstatazzjoni ma timplikax li ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tqis li għandha bżonn l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 sabiex tkun tista’ taqta’ t-tilwima li għandha quddiemha. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk membri tas-servizzi tal-pulizija li jiżguraw funzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88, sabiex tkun tista’ tiddetermina jekk il-klassifikazzjoni tal-perijodi ta’ servizz fi stat ta’ disponibbiltà mwettqa<?PAGE NO="7"?> minn UO, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ħin ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, għandhiex titwettaq fid-dawl tad-definizzjonijiet li jinsabu fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, qabel ma tiffissa l-iskala tas-salarju li għandha tiġi applikata għall-imsemmija perijodi. Minn dan isegwi li l-kwistjoni ta’ jekk l-imsemmija direttiva hijiex applikabbli għat-tilwima pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, l-istess bħall-kwistjoni ta’ jekk din l-applikabbiltà tiddependix mid-Direttiva 89/391, għandha tiġi eżaminata qabel il-kwistjoni dwar l-eżistenza ta’ dritt għall-ħlas ta’ remunerazzjoni addizzjonali, li għandha tiġi deċiża mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li d-domandi magħmula huma rilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, b’tali mod li dawn id-domandi huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva japplikaw għall-membri tal-forzi tal-ordni li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ sorveljanza mal-fruntieri esterni ta’ Stat Membru, fil-każ ta’ wasla ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-imsemmija fruntieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju u mis-seduta li nżammet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna r-remunerazzjoni tal-perijodi ta’ servizz fi stat ta’ disponibbiltà mwettqa minn UO bejn Lulju 2015 u April 2017. Bejn dawn iż-żewġ dati, UO eżerċita funzjonijiet ta’ sorveljanza mal-fruntieri li l-Ungerija tikkondividi kemm mar-Repubblika tas-Serbja u kemm mar-Repubblika tal-Kroazja u mar-Rumanija, li ma jagħmlux parti miż-żona ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha b’riferiment għall-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/931, din tal-aħħar tapplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>għas-setturi ta’ attività kollha, kemm pubbliċi u kemm privati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fosthom l-attivitajiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/931 jirriżulta li din tal-aħħar ma tapplikax meta l-karatteristiċi partikolari inerenti għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizz pubbliku, b’mod partikolari fil-forzi armati jew fil-pulizija, jew għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, jipprekludu l-applikazzjoni tagħha b’mod inevitabbli. Minkejja dan, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva jispeċifika li, f’dan il-każ, is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom jiġu żgurati sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tal-għanijiet tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk funzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391, li għandha tingħata interpretazzjoni li tillimita l-portata tagħha għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi li hija tippermetti lill-Istati Membri jipproteġu (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li s-sorveljanza mal-fruntieri esterni ta’ Stat Membru, f’kuntest ta’ wasla ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, tikkostitwixxi attività li tagħmel parti mis-servizz pubbliku, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat li tali attività jista’ jkollha ċerti karatteristiċi speċifiċi fil-konfront ta’ attivitajiet oħra li jagħmlu parti mis-servizz pubbliku, b’mod ġenerali, jew fil-konfront taż-żamma tal-ordni, b’mod partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fit-tielet lok, għandu jiġi ddeterminat jekk karatteristiċi partikolari inerenti għal din l-attività speċifika tas-servizz pubbliku jipprekludux b’mod inevitabbli, minħabba l-ħtieġa assoluta li tiġi ggarantita protezzjoni effettiva tas-soċjetà, li d-Direttiva 2003/88 tiġi applikata għall-imsemmija attività (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Ungeriż isostni li ma kienx possibbli li l-ħin tax-xogħol tal-membri tal-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija assenjati mal-fruntieri esterni jiġi ppjanat minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati preżenza u servizz kontinwi u minħabba li kien impossibbli li tiġi antiċipata l-portata tal-missjonijiet li kellhom jiġu żgurati minn dan is-servizz. Matul is-seduta li nżammet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija sostniet, essenzjalment, l-istess pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-fatt li ċerti attivitajiet speċifiċi li jagħmlu parti mis-servizz pubbliku ma jippermettux, min-natura tagħhom, ippjanar tal-ħin tax-xogħol huwa wieħed mill-karatteristiċi partikolari inerenti għal tali attivitajiet, li jiġġustifikaw, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391, eċċezzjoni għar-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391 jippermetti, għalhekk, li titħares l-effettività ta’ tali attivitajiet speċifiċi, li l-kontinwità tagħhom hija indispensabbli sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet essenzjali tal-Istat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ kontinwità għandu jiġi evalwat fid-dawl tan-natura speċifika tal-attività kkunsidrata (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, fl-ewwel lok, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rekwiżit ta’ kontinwità tas-servizzi attivi fl-oqsma tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku ma jipprekludix li, meta jseħħu f’kundizzjonijiet normali, l-attivitajiet ta’ dawn is-servizzi jkunu jistgħu jiġu organizzati, inkluż fir-rigward tal-ħin tax-xogħol tal-impjegati tagħhom, b’tali mod li l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391 tkun applikabbli għal tali servizzi fil-każ biss li jkun hemm ċirkustanzi ta’ gravità u ta’ portata eċċezzjonali (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:18">EU:C:2006:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-Direttiva 2003/88 tapplika għal attivitajiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku, anki meta jiġu eżerċitata mill-forzi tal-intervent fuq il-post u meta jkunu intiżi li jipprovdu l-ewwel għajnuna, f’sitwazzjoni fejn jitwettqu f’kundizzjonijiet abitwali, konformement mal-missjoni mogħtija lis-servizz ikkonċernat, u dan anki meta l-interventi li għalihom jistgħu jagħtu lok dawn l-attivitajiet ikunu, min-natura tagħhom, imprevedibbli u ta’ natura li jesponu lill-ħaddiema li jwettquhom għal ċerti riskji fir-rigward tas-sigurtà tagħhom jew tas-saħħa tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Personalrat der Feuerwehr Hamburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:467">EU:C:2005:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391 għas-servizzi attivi fl-oqsma tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku hija ġġustifikata biss minn avvenimenti eċċezzjonali, bħalma huma katastrofi naturali jew teknoloġiċi, attenti jew inċidenti maġġuri, li l-gravità u l-portata tagħhom jeħtieġu l-adozzjoni ta’ miżuri indispensabbli għall-protezzjoni tal-ħajja, tas-saħħa kif ukoll tas-sigurtà tas-soċjetà, u li l-eżekuzzjoni<?PAGE NO="9"?> tajba tagħhom tkun kompromessa jekk ikollhom jiġu osservati r-regoli kollha stabbiliti fid-Direttiva 2003/88. Tali każijiet jiġġustifikaw li tiġi rrikonoxxuta prijorità assoluta lill-għan ta’ protezzjoni tal-popolazzjoni, għad-detriment tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva tal-aħħar, li b’mod provviżorju jistgħu ma jittieħdux inkunsiderazzjoni fi ħdan l-imsemmija servizzi (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Personalrat der Feuerwehr Hamburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:467">EU:C:2005:467</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-ġurisprudenza msemmija fil-punti 40 sa 42 ta’ din is-sentenza ma tistax tiġi interpretata fis-sens li huwa eskluż li ċerti attivitajiet partikolari tas-servizz pubbliku jkollhom, anki meta jiġu eżerċitati f’kundizzjonijiet normali, karatteristiċi tant speċifiċi li n-natura tagħhom tipprekludi, b’mod inevitabbli, ippjanar tal-ħin tax-xogħol li josserva r-rekwiżiti imposti mid-Direttiva 2003/88 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-missjonijiet ta’ sorveljanza mal-fruntieri esterni mwettqa mill-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija għandhom karatteristiċi tant speċifiċi. B’hekk, ma ġiex stabbilit li l-fatt li membru tal-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija ikollu jingħata, f’intervalli regolari, id-dritt għal sigħat jew għal jiem ta’ mistrieħ wara li jkun wettaq ċertu numru ta’ sigħat jew ta’ jiem ta’ xogħol jippreġudika aspett essenzjali tal-missjonijiet li dan il-ħaddiem huwa meħtieġ jeżerċita b’mod abitwali, għar-raġuni li dawn il-missjonijiet jistgħu jitwettqu biss, minħabba karatteristiċi speċifiċi inerenti għalihom, b’mod kontinwu u unikament minn dan il-ħaddiem biss. Għandu jingħad ukoll li l-ispejjeż li jirriżultaw, għall-persuna li timpjega, mill-ħtieġa li l-imsemmi ħaddiem jiġi ssostitwit matul il-perijodi ta’ mistrieħ li dan il-ħaddiem għandu jingħata skont id-Direttiva 2003/88 ma jistgħux jikkostitwixxu ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Jaeger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑151/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk il-missjonijiet eżerċitati minn UO, matul il-perijodu kontenzjuż, ġewx eżerċitati f’ċirkustanzi ta’ gravità u ta’ portata eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni fil-konfront tagħhom tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, b’mod partikolari l-fatt li l-missjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet damet għal diversi xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk wasla ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-fruntieri esterni tal-Ungerija pprekludietx li s-sorveljanza mal-imsemmija fruntieri titwettaq, matul il-perijodu kontenzjuż kollu, f’ċirkustanzi abitwali, konformement mal-missjoni mogħtija lill-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni, minn naħa, il-fatt li, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, dan is-servizz inħoloq preċiżament sabiex jipparteċipa fit-twettiq ta’ missjonijiet ta’ urġenza u, min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, fis-sens li d-Direttiva 2003/88 tapplika għall-attivitajiet tal-forzi tal-ordni mwettqa f’kundizzjonijiet abitwali, konformement mal-missjoni mogħtija lilhom, anki meta l-interventi li għalihom jistgħu jagħtu lok dawn l-attivitajiet ikunu, min-natura tagħhom, imprevedibbli u jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha tiżgura ruħha li ma kienx possibbli, fid-dawl tal-gravità u tal-portata taċ-ċirkustanzi, li s-servizz ikkonċernat jiġi organizzat b’tali mod li kull wieħed mill-membri tiegħu seta’ jibbenefika minn ħin ta’ mistrieħ skont ir-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, hija għandha tiddetermina jekk kienx impossibbli li jiġi previst, minn tal-inqas b’effett minn mument partikolari matul il-perijodu kontenzjuż, mekkaniżmu ta’ rotazzjoni tal-persunal li kien jippermetti li kull ħaddiem jiġi ggarantit ħin ta’ mistrieħ b’mod konformi ma’ dak li tirrikjedi d-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jingħad ukoll li, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-karatteristiċi partikolari inerenti għall-missjonijiet imwettqa mill-membri tal-Iskwadra ta’ Intervent tal-Pulizija bejn Lulju 2015 u April 2017 ma setgħux ikunu s-suġġett, min-natura tagħhom, ta’ ppjanar tal-ħin tax-xogħol, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391 jipprevedi li, anki f’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema sa fejn ikun possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva japplikaw għall-membri tal-forzi tal-ordni li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ sorveljanza mal-fruntieri esterni ta’ Stat Membru fil-każ ta’ wasla ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-imsemmija fruntieri, ħlief fil-każ li jkun jidher, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, li l-missjonijiet imwettqa huma mwettqa fil-kuntest ta’ avvenimenti eċċezzjonali, li l-gravità u l-portata tagħhom jeħtieġu l-adozzjoni ta’ miżuri indispensabbli għall-protezzjoni tal-ħajja, tas-saħħa kif ukoll tas-sigurtà tas-soċjetà, u li l-eżekuzzjoni tajba tagħhom tkun kompromessa jekk ikollhom jiġu osservati r-regoli kollha stabbiliti mill-imsemmija direttiva, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva japplikaw għall-membri tal-forzi tal-ordni li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ sorveljanza mal-fruntieri esterni ta’ Stat Membru fil-każ ta’ wasla ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-imsemmija fruntieri, ħlief fil-każ li jkun jidher, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, li l-missjonijiet imwettqa huma mwettqa fil-kuntest ta’ avvenimenti eċċezzjonali, li l-gravità u l-portata tagħhom jeħtieġu l-adozzjoni ta’ miżuri indispensabbli għall-protezzjoni tal-ħajja, tas-saħħa kif ukoll tas-sigurtà tas-soċjetà, u li l-eżekuzzjoni tajba tagħhom tkun kompromessa jekk ikollhom jiġu osservati r-regoli kollha stabbiliti mill-imsemmija direttiva, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>