6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9234 — Harris Corporation/L3 Technologies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 154/05)

1.   

Fis-26 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Harris Corporation (“Harris”) (l-Istati Uniti)

—

L3 Technologies, Inc. (“L3”) (l-Istati Uniti)

Harris takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ ta’ L3.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Harris: fornitur internazzjonali ta’ teknoloġija ajruspazjali u ta’ difiża li jissupplixxi prodotti, sistemi u servizzi għad-difiża, għall-gvern ċivili u għal applikazzjonijiet kummerċjali,

—   għal L3: kumpanija internazzjonali ajruspazjali u ta’ difiża li tforni sistemi ta’ intelliġenza, sorveljanza u rikonoxxenza, ta’ komunikazzjoni u sistemi elettroniċi għal klijenti fil-qasam tal-militar, is-sigurtà interna u l-avjazzjoni kummerċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9234 — Harris Corporation/L3 Technologies

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).