<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0600557301.case.xml"><NO.CASE>C-399/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0399</NO.CELEX><NO.SEQ>0023.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5576</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5595</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C-399/09</LEFT><RIGHT>LANDTOVÁ</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Wara x-xoljiment u mbagħad id-diviżjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, iż-żewġ Stati ġodda maħluqa fuq it-territorju tagħha, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka, ikkonkludew ftehim internazzjonali għall-koordinazzjoni ta’ diversi aspetti relatati mal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tal-persuni marbuta ma’ dawn iż-żewġ Stati. Il-kriterju magħżul sabiex ikunu ddeterminati l-iskema applikabbli u l-awtorità kompetenti biex tagħti dawn il-benefiċċji huwa dak tal-pajjiż ta’ residenza tal-persuna li tħaddem fil-waqt tax-xoljiment, jiġifieri fil-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Minħabba l-applikazzjoni ta’ din l-iskema, iċ-ċittadini Ċeki li qabel id-diviżjoni kienu jaħdmu għal persuni li jħaddmu li kellhom id-domiċilju tagħhom fit-territorju ta’ dik li issa hija r-Repubblika Slovakka ġew suġġetti għal-leġiżlazzjoni u għall-kompetenza tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ dak il-pajjiż. Dan wassal għal diversi kawżi li taw lok għal ġurisprudenza issa ferm stabbilita tal-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali Ċeka), fejn jingħad, fi ftit kliem, li ċ-ċittadini Ċeki suġġetti għall-iskema Slovakka jistgħu jitolbu, abbażi tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għall-benefiċċji soċjali, li jirċievu suppliment għall-benefiċċju mħallas mill-awtoritajiet Ċeki u li jkopri d-differenza li jista’ jkun hemm bejn il-benefiċċju Slovakk u l-benefiċċju li kien ikollhom dritt għalih li kieku kienu suġġetti għas-sistema Ċeka.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet li ppreżenta fil-kuntest ta’ din il-proċedura għal deċiżjoni preliminari, il-Gvern Ċek jikkunsidra li din id-duttrina tal-Ústavní soud tikser id-dritt tal-Unjoni. Fil-fehma tiegħu, hija timplika, minn naħa, li perijodu kontributorju wieħed jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn, bi ksur tar-Regolament Nru 1408/71<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), issostitwit bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, is-suppliment għall-benefiċċju li għandhom dritt għalih iċ-Ċeki rtirati jingħata b’mod selettiv, abbażi ta’ kriterju kumulattiv ibbażat fuq in-nazzjonalità u r-residenza,<?PAGE NO="I-5577"?> bi ksur tal-Artikoli 3 u 10 tar-Regolament Nru 1408/71, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 39 KE (li sar l-Artikolu 45 TFUE).</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>In-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema Ċeka), li tikkondividi d-dubji mqajma mill-Gvern Ċek, għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja ż-żewġ domandi preliminari li wasslu għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Essenzjalment, din hija l-problema li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab issolvi fil-kuntest ta’ din il-kawża. Ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>regola nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> mistħarrġa mill-qorti tar-rinviju tirriżulta xejn inqas minn ġurisprudenza tal-Ústavní soud u anki minn ġurisprudenza li testendi ċerti drittijiet taċ-ċittadini Ċeki residenti fir-Repubblika Ċeka, fil-kuntest ta’ proċess storiku ta’ diviżjoni ta’ Stat segwit mill-ħolqien ta’ żewġ Stati ġodda. Min-naħa l-oħra, ċirkustanza xejn użwali, il-kwistjoni ma tinvolvix individwu li qed jitlob li jiġi assimilat ma’ grupp privileġġjat, imma ta’ membru ta’ dan il-grupp li l-amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali qed tippretendi li tiċħadlu l-benefiċċju tat-trattament privileġġjat. Huwa b’hekk li din il-kawża ta’ diskriminazzjoni qed tiġi ppreżentata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>fl-invers<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, b’ċertu mod, f’kuntest istituzzjonali kemm kunfliġġenti kif ukoll delikat.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Din il-kawża b’hekk qed tagħti l-possibbiltà li tiġi eżaminata l-kwistjoni, dejjem problematika, tal-kumpens għall-effetti ta’ sitwazzjonijiet diskriminatorji u, b’mod iktar partikolari, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, dik tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-qorti f’dan il-kuntest.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest leġiżlattiv tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 KE (li sar l-Artikolu 18 TFUE) jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[f]il-kamp ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati, u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni hija speċifikatament prevista għall-ħaddiema fl-Artikolu 39 KE, li jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="039.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5578"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 42 KE (li sar l-Artikolu 48 TFUE), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadottaw, fil-qasam tas-sigurtà soċjali, il-miżuri meħtieġa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sabiex jipprovdu l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema; għal dan l-għan, għandhom jagħmlu arranġamenti sabiex jassiguraw il-ħaddiema migranti impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u d-dipendenti tagħhom:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċju u fil-kalkolu ta’ l-ammont tal-benefiċċju, tal-perijodi kollha li hu meħud kont tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali differenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-pagament tal-benefiċċju lil persuni residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-miżuri li jsemmi l-Artikolu 42 KE jsibu l-espressjoni tagħhom fir-Regolament Nru 1408/71, li fl-Artikolu 3 tiegħu, jipprevedi klawżola ta’ nondiskriminazzjoni li tipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="042.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Suġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ dan ir-Regolament, persuni li għalih japplika dan ir-Regolament jkunu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jgawdu l-istess benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="042.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għajr kif pprovdut fl-Anness III, id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jibqgħu fis-seħħ <HT TYPE="ITALIC">insegwitu</HT> għall-Artikolu 7[(2)](ċ), jkunu japplikaw għall-persuni kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Wara li ppreċiża, fl-Artikolu 4(1), li d-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw għall-benefiċċji tal-invalidità u tax-xjuħija, ir-Regolament iżid fl-Artikolu 6 tiegħu li għandu jieħu l-post tad-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe konvenzjoni tas-sigurtà soċjali li torbot lil żewġ Stati Membri jew iktar esklużivament. L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola tinsab fl-Artikolu 7(2), li jiggarantixxi l-applikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ċerti dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali konklużi mill-Istati Membri qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kemm-il darba jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarji jew jekk jinħolqu minn ċirkostanzi storiċi speċifiċi u l-effett tagħhom hu limitat fiż-żmien jekk dawn id-dispożizzjonijiet huma elenkati fl-Anness III<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Parti A tal-Anness III, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jibqgħu applikabbli minkejja l-Artikolu 6 tar-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, iżżid dan fil-paragrafu 9 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>9.</NO.P><TXT>Repubblika Ceka – Slovakkja</TXT><P>Artikoli 12, 20 u 33 tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tad- <DATE ISO="19921029">29 ta’ Ottubru 1992</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5579"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali tar-Repubblika Ċeka jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>iċ-ċittadini għandhom id-dritt għal sigurtà materjali adegwata fix-xjuħija u f’każ li ma jkunux jistgħu jaħdmu kif wkoll f’każ li jitilfu s-sostenn tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-Liġi 155/1995 Coll., dwar il-benefiċċji tax-xjuħija, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>l-assigurat għandu dritt għal pensjoni tal-irtirar jekk jikkompleta l-perijodu tal-assigurazzjoni mitlub u jekk ikun laħaq l-età tal-irtirar, jekk ikun il-każ, jekk ikun issodisfa kundizzjonijiet oħrajn stabbiliti minn din il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni bilaterali bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka, li ġiet konkluża fid-<DATE ISO="19921029">29 ta’ Ottubru 1992</DATE>, fl-Artikolu 20 tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-perijodi tal-assigurazzjoni kkompletati qabel id-data tad-diviżjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka jiġu kkunsidrati bħala perijodi tal-assigurazzjoni kkompletati fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna li tħaddem lill-parti kkonċernata jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew meta seħħet id-diviżjoni, jew fl-aħħar jum qabel din id-data<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont din il-konvenzjoni, il-ħaddiema Ċeki u Slovakki li kienu residenti fit-territorju Ċek, imma li l-persuna li tħaddimhom kellha d-domiċilju tagħha fit-territorju Slovakk, kienu suġġetti għall-iskema u kienu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet Slovakki. Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema Ċeki u l-ħaddiema Slovakki li kienu residenti fit-territorju Ċek, imma li kienu jaħdmu għal persuna li tħaddem li kellha d-domiċilju tagħha fit-territorju Ċek, kienu suġġetti għad-dispożizzjonijiet u kienu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet Ċeki.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050125">25 ta’ Jannar 2005</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Deċiżjoni Nru III. ÚS 252/04 (Vol. 36, Nru 16, p. 173).</P></NOTE>, l-Ústavní soud ikkonfermat ġurisprudenza preċedenti anki għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Nru II. ÚS 405/02 (Vol. 30, Nru. 80, p. 245).</P></NOTE>, li tistabbilixxi li ċ-ċittadini Ċeki li jaqgħu taħt l-iskema u taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet Slovakki jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali tar-Repubblika Ċeka<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-Karta tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali tar-Repubblika Ċeka huwa test awtonomu, li ġie adottat fl-1991, kien irratifikat b’riżoluzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali Ċek (Nru 2/1993 Ġabra), u li l-Artikolu 112 tal-Kostituzzjoni Ċeka tagħtih status kostituzzjonali.</P></NOTE>, jitolbu li jingħataw benefiċċju supplimentari għall-pensjoni tal-irtirar li għaliha għandhom dritt, skont il-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19921029">29 ta’ Ottubru 1992</DATE>. Skont l-Ústavní soud, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>meta ċittadin Ċek jissodisfa l-kundizzjonijiet legali għall-kisba tad-dritt tal-pensjoni li l-ammont iffissat tiegħu skont id-dritt nazzjonali (Ċek) jaqbeż dak previst mill-Konvenzjoni [bilaterali], għandha tkun [l-istituzzjoni Ċeka tas-sigurtà soċjali] li tiżgura ruħha li l-pensjoni tal-irtirar tilħaq l-ammont li jikkorrispondi għall-ogħla dritt iffissat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li tiddeċiedi li tikkompleta<?PAGE NO="I-5580"?> l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar imħallas mill-parti kontraenti l-oħra, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-pensjoni tal-irtirar imħallsa minn dik il-parti kontraenti l-oħra skont il-Konvenzjoni [bilaterali] b’tali mod li tevita li wieħed jirċievi żewġ pensjonijiet tal-irtirar tal-istess xorta, mogħtija għall-istess raġunijiet minn żewġ [istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali] distinti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Minn din id-deċiżjoni jirriżulta wkoll li l-ħlas li jkollu jagħmel il-korp Ċek tas-sigurtà soċjali jista’ jiġi riċevut biss mill-persuni, li b’mod kumulattiv, ikollhom in-nazzjonalità Ċeka u r-residenza tagħhom fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura quddiem il-qorti nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Marie Landtovà, li għandha nazzjonalità Ċeka, ħadmet fit-territorju ta’ dik li kienet ir-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka mill-1964 sal-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE>. Minn dik l-aħħar data, li tikkorrispondi għax-xoljiment u mbagħad għad-diviżjoni taċ-Ċekoslovakkja, u sal-<DATE ISO="19930831">31 ta’ Awwissu 1993</DATE>, hija ħadmet fit-territorju tar-Repubblika Slovakka. Imbagħad, hija marret fit-territorju tar-Repubblika Ċeka biex baqgħet taħdem hemmhekk sakemm irtirat mix-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl-2002, il-korp Slovakk tas-sigurtà soċjali ta lil M. Landtovà pensjoni tal-invalidità parzjali li kienet tkopri, skont il-Konvenzjoni bilaterali tad-<DATE ISO="19921029">29 ta’ Ottubru 1992</DATE>, il-perijodu kontributorju ta’ bejn l-1964 u l-<DATE ISO="19930831">31 ta’ Awwissu 1993</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fl-2006, l-awtoritajiet Ċeki tas-sigurtà soċjali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>CSSA<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) taw lir-rikorrenti pensjoni tal-irtirar li kienet tkopri l-perijodu tal-assigurazzjoni li beda fil-<DATE ISO="19930831">31 ta’ Awwissu 1993</DATE>, data minn meta M. Landtovà bdiet tirrisjedi fit-territorju Ċek. Iċ-CSSA rrifjutat espliċitament li tagħti s-suppliment għall-benefiċċju li l-ġurisprudenza tal-Ústavní soud tiggarantixxi liċ-ċittadini Ċeki li jirrisjedu fil-pajjiż tagħhom. Fid-deċiżjoni amministrattiva tagħhom, l-awtoritajiet Ċeki b’hekk limitaw irwieħhom għall-applikazzjoni stretta tal-kriterju tal-kalkolu previst fl-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka tad-<DATE ISO="19921029">29 ta’ Ottubru 1992</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Wara rikors, il-Městský soud ta’ Praga (il-Qorti tal-belt ta’ Praga) annullat id-deċiżjoni taċ-CSSA u ordnat lill-awtoritajiet biex jikkonformaw irwieħhom mal-ġurisprudenza tal-Ústavní soud. Skont il-qorti tal-ewwel’istanza, iċ-CSSA kellha tiżgura ruħha li kull ċittadin Ċek li jirrisjedi fil-pajjiż jirċievi benefiċċju supplimentari li jkopri d-differenza bejn l-ammont tal-benefiċċju Slovakk li għandu dritt għalih u l-ammont tal-benefiċċju li kien ikollu dritt għalih li kieku kien suġġett għall-iskema Ċeka tas-sigurtà soċjali. Din kienet is-sitwazzjoni<?PAGE NO="I-5581"?> ta’ M. Landtovà. B’hekk, il-Městský soud ta’ Praga kkonkludiet li l-benefiċċju tax-xjuħija mogħti miċ-CSSA lir-rikorrenti kellu jiġi kkompletat b’mod li jintlaħaq l-ammont li kien ikollha dritt għalih li kieku kkompletat il-perjodu tal-assigurazzjoni kollu, sal-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE>, taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali tar-Repubblika Ċeka.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Iċ-CSSA ppreżentat appell quddiem in-Nejvyšší správní soud, kontra s-sentenza tal-Městský soud ta’ Praga. Insostenn tal-appell tagħha, hija invokat ir-Regolament Nru 1408/71 u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif inhu stabbilit fit-trattati kostituttivi. In-Nejvyšší správní soud laqgħet ir-rikors, ikkonfermat l-argumenti mressqa miċ-CSSA u rrinvijat il-kawża quddiem il-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni ġdida dwar ir-rikors, il-Městský soud ta’ Praga madankollu kkonfermat l-ewwel sentenza tagħha, u skartat l-interpretazzjoni tan-Nejvyšší správní soud. Iċ-CSSA ppreżentat appell ieħor quddiem in-Nejvyšší správní soud u invokat l-argumenti diġà esposti fil-kuntest tal-ewwel appell. Fil-kuntest ta’ dan it-tieni appell, in-Nejvyšší správní soud iddeċidiet li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20091016">16 ta’ Ottubru 2009</DATE>, tirrigwarda żewġ domandi, li jistabbilixxu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>(1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6 tal-Parti A tal-Anness III, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE[E]) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, li jżommu fis-seħħ l-applikabbiltà tal-kriterju intiż sabiex jiġi ddeterminat l-Istat suċċessur kompetenti sabiex jikkwantifika l-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati mill-ħaddiema impjegati qabel il-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE> taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-ex Repubblika Federattiva Ċeka u Slovakka, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet tal-għoti tad-dritt għal benefiċċju u tal-iffissar tal-ammont ta’ dan il-benefiċċju, l-istituzzjoni ta’ sigurtà soċjali Ċeka għandha tieħu integralment inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ assigurazzjoni kkompletat fit-territorju tal-ex Repubblika Federattiva Ċeka u Slovakka qabel il-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE>, anki jekk, skont il-kriterju ċċitat iktar ’il fuq, hija l-istituzzjoni ta’ sigurtà soċjali Slovakka li għandha l-kompetenza sabiex tikkwantifika dan il-perijodu?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-5582"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva, id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 12 tat-Trattat KE, tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 10 u tal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE[E]) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-perijodu ta’ assigurazzjoni kkompletat qabel il-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE> taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-ex Repubblika Federattiva Ċeka u Slovakka, li diġà ttieħed inkunsiderazzjoni bl-istess mod għall-finijiet tal-benefiċċji fil-kuntest tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tar-Repubblika Slovakka, bis-saħħa tar-regola nazzjonali ċċitata iktar ’il fuq, jittieħed integralment inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-għoti tad-dritt għal benefiċċju ta’ xjuħija kif ukoll għall-iffissar tal-ammont ta’ dan il-benefiċċju fir-rigward taċ-ċittadini Ċeki li jirrisjedu fit-territorju tar-Repubblika Ċeka biss?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>M. Landtovà, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea lkoll ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-aġent tal-Gvern tar-Repubblika Ċeka kif ukoll dak tal-Kummissjoni kienu preżenti waqt is-seduta li saret fil-<DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Slovakka tikkunsidra li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli għaliex dan huwa rinviju ipotetiku. Sa fejn din il-kawża tikkonċerna l-kompatibbiltà tal-iskema Ċeka mal-prinċipju tal-Unjoni li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, ir-Repubblika Slovakka tikkunsidra li M. Landtovà ma hijiex il-vittma imma l-benefiċjarja tal-allegata diskriminazzjoni. Il-ġurisprudenza tal-Ústavní soud tabilħaqq tiggarantixxi liċ-ċittadini Ċeki, bħar-rikorrenti, l-għoti ta’ suppliment għall-benefiċċju tal-irtirar. Issa, dan huwa anki l-każ tar-rikorrenti. Skont il-Gvern Slovakk, il-kwistjoni mqajma f’dan il-każ b’hekk għandha interess biss fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn individwu li <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> jistax jibbenefika mis-suppliment għall-benefiċċju li attwalment jistgħu jitolbu l-persuni li qegħdin fis-sitwazzjoni ta’ M. Landtovà.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet kemm-il darba li f’ċirkustanzi eċċezzjonali, hija għandha teżamina l-kuntest li fih tressqet kawża quddiemha mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni dwar talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali biss fejn ikun pjuttost ovvju li d-deċiżjoni mitluba minn dik il-qorti dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ma għandha l-ebda relazzjoni mal-fatti effettivi tal-kawża prinċipali jew<?PAGE NO="I-5583"?> mal-iskop tagħha jew fejn il-problema tkun waħda ipotetika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, f’dan is-sens, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19811216">16 ta’ Diċembru 1981</DATE>, Foglia (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="244/80" PAGE.ECR="3045" YEAR="1981">244/80, Ġabra p. 3045</REF.DOC.ECR>, punt 21); tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, PreussenElektra (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-379/98" PAGE.ECR="I-2099" YEAR="2001">C-379/98, Ġabra p. I-2099</REF.DOC.ECR>, punt 39), u tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Rüffler (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-544/07" PAGE.ECR="I-3389" YEAR="2009">C-544/07, Ġabra p. I-3389</REF.DOC.ECR>, punt 37).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Minkejja li M. Landtovà ma hijiex eskluża mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, imma tibbenefika minnha, għandu jitfakkar li r-regola li fuqha hija bbażata t-talba tagħha ġiet ikkontestata ferm, kemm miċ-CSSA kif ukoll min-Nejvyšší správní soud. F’dan il-każ, il-kwistjoni ma tirrigwardax rikorrenti li ħadet azzjoni legali b’mod astratt jew qorti li qed tagħmel mistoqsijiet dwar punti ta’ liġi mingħajr relazzjoni mal-fatti tal-każ. Anzi, il-proċedura li wasslet għat-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda t-tieni appell, riżultat ta’ nuqqas ta’ qbil bejn żewġt iqrati Ċeki – kif jixhdu tliet deċiżjonijiet diverġenti – fil-kuntest ta’ ġurisprudenza konsistenti u, kif ingħad iktar ’il fuq, kontroversjali tal-Ústavní soud. Jidher ċar li n-Nejvyšší správní soud qed tressaq it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha sabiex ikun deċiż punt ta’ liġi li wassal għal proċedura ġudizzjarja twila bejn M. Lantovà u l-awtoritajiet tal-pajjiż tagħha u wieħed jista’ leġittimament jaħseb li hemm proċeduri oħrajn li jirrigwardaw l-istess problema.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma suffiċjenti biex jiċħdu n-natura ipotetika ta’ din il-kawża, indipendentement mill-konklużjonijiet li għandhom jinġibdu mill-mod partikolari li bih din it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda magħmula min-Nejvyšší správní soud tirrigwarda l-kompatibbiltà tal-ġurisprudenza tal-Ústavní soud mar-Regolament Nru 1408/71. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi jekk l-għoti ta’ suppliment għal benefiċċju lill-benefiċjarju ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali jwassalx biex l-istess perijodu kontributorju jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn, xi ħaġa li hija pprojbita mill-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fatt, dik id-dispożizzjoni tiffissa metodu ta’ kalkolu bbażat fuq il-kalkolu <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tal-ammont totali tal-benefiċċju abbażi tal-iskemi differenti tas-sigurtà soċjali li kien suġġett għalihom il-benefiċjarju matul is-snin kontributorji tiegħu. Sabiex tkun evitata sopravalutazzjoni jew sottovalutazzjoni tal-benefiċċju totali, l-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi li kull perijodu kontributorju f’kull Stat Membru jittieħed inkunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, mingħajr mal-istess perijodu jkun jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fl-istess ħin minn żewġ skemi nazzjonali jew iktar. L-applikazzjoni ta’ diversi skemi matul perijodu kontributorju jippermetti, b’mod ċar, kalkolu <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> oġġettiv.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5584"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka tikkunsidra li, billi tiggarantixxi liċ-ċittadini Ċeki li jirrisjedu fil-pajjiż tagħhom l-għoti ta’ suppliment għall-benefiċċju li jippermetti li tiġi koperta d-differenza bejn il-benefiċċju Slovakk u l-benefiċċju Ċek, l-Ústavní soud qed tobbliga liċ-CSSA biex tieħu inkunsiderazzjoni darbtejn l-istess perijodu kontributorju, xi ħaġa li hija inkompatibbli mal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 1408/71. Barra minn hekk, dan is-suppliment, fil-fehma tagħha, ikollu l-effett li jbiddel ir-regola prevista fl-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka tad-<DATE ISO="19921029">29 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li tiddetermina l-iskema applikabbli u l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1408/71, dik il-Konvenzjoni hija kkonfermata fil-Parti A tal-Anness III. L-Ústavní soud b’hekk biddlet l-ammont finanzjarju li jista’ jitlob il-benefiċjarju skont il-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka (peress li, f’dan il-każ, din hija kwistjoni li jingħata dritt għal suppliment minbarra l-ammont finali) u l-kriterju tal-kompetenza (peress li f’każ fejn, bħal dan inkwistjoni, l-awtoritajiet Slovakki jkollhom il-kompetenza sabiex jagħtu l-benefiċċju, huma biss l-awtoritajiet Ċeki, min-naħa l-oħra, li jistgħu jagħtu s-suppliment).</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Anki jekk il-mod kif tesprimi ruħha l-Ústavní soud jista’ jagħti lil wieħed x’jifhem li s-suppliment għall-benefiċċju inkwistjoni jbiddel il-metodu tal-kalkolu previst fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 1408/71, huwa evidenti, għar-raġunijiet spjegati iktar ’il quddiem, li dan is-suppliment ma għandux tali effett.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-ewwel nett u mil-lat formali, għandu jiġi nnotat li s-suppliment li jistgħu jitolbu ċ-ċittadini Ċeki li jirrisjedu fil-pajjiż tagħhom ma huwiex benefiċċju li jiġi kkalkulat meta jitħallas il-benefiċċju ġenerali, imma jiġi kkalkulat wara li jingħata. Fi kliem ieħor, kull min jibbenefika minn benefiċċju suġġett għar-Regolament Nru 1408/71 u għall-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka, l-ewwel nett, għandu jagħmel it-talba tiegħu lill-awtoritajiet innominati f’dak ir-regolament u għandu jikkalkula l-ammont korrispondenti, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti. Il-kwistjoni tad-dritt eventwali għas-suppliment għall-benefiċċju, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Ústavní soud, tinqala’ biss wara li tkun twettqet dik l-operazzjoni. Konsegwentement, dan huwa suppliment għal benefiċċju fis-sens strett tat-terminu jew, fi kliem ieħor, ta’ <HT TYPE="ITALIC">reviżjoni</HT> ’l fuq tal-ammont tal-benefiċċju, li ma għandux l-għan li jbiddel il-metodu tal-kalkolu, imma s-sitwazzjoni ġuridika tal-benefiċjarju. Dan is-suppliment għall-benefiċċju inċidentalment ma jingħatax <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, imma fuq talba tal-persuna kkonċernata, għaliex dan huwa dritt anċillari li jakkumpanja l-benefiċċju ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jekk tiġi kkunsidrata minn din il-perspettiva, il-ġurisprudenza inkwistjoni ma tmurx kontra r-regoli tal-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka, għaliex dawn jiġu applikati kollha flimkien. Is-suppliment għall-benefiċċju la għandu l-effett li jqiegħed f’dubju l-iskema applikabbli u lanqas li jqiegħed f’dubju l-kompetenza tal-awtoritajiet innominati fil-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka; huwa sempliċement jippermetti, ladarba tiġi applikata l-Konvenzjoni, li ssir talba għal benefiċċju anċillari minbarra l-benefiċċju ġenerali mingħand korp ieħor tas-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, soluzzjoni kuntrarja kieku twassal għal tnaqqis fl-ammont<?PAGE NO="I-5585"?> tal-benefiċċju minħabba l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, xi ħaġa li diffiċli li tkun kompatibbli mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19640609">9 ta’ Ġunju 1964</DATE>, Nonnenmacher (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="92/63" PAGE.ECR="557" YEAR="1964">92/63, Ġabra p. 557</REF.DOC.ECR>); tad-<DATE ISO="19800709">9 ta’ Lulju 1980</DATE>, Gravina <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="807/79" PAGE.ECR="2205" YEAR="1980">807/79, Ġabra p. 2205</REF.DOC.ECR>, punt 7); tal-<DATE ISO="19860225">25 ta’ Frar 1986</DATE>, De Jong (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="254/84" PAGE.ECR="671" YEAR="1986">254/84, Ġabra p. 671</REF.DOC.ECR>, punt 15); tal-<DATE ISO="19880705">5 ta’ Lulju 1988</DATE>, Borowitz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="21/87" PAGE.ECR="3715" YEAR="1988">21/87, Ġabra p. 3715</REF.DOC.ECR>, punt 24); tal-<DATE ISO="19891214">14 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Dammer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/88" PAGE.ECR="4553" YEAR="1989">C-168/88, Ġabra p. 4553</REF.DOC.ECR>, punt 21); tas-<DATE ISO="19910207">7 ta’ Frar 1991</DATE>, Rönfeldt (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-227/89" PAGE.ECR="I-323" YEAR="1991">C-227/89, Ġabra p. I-323</REF.DOC.ECR>, punt 26); tas-<DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, Singh (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/90" PAGE.ECR="I-4265" YEAR="1992">C-370/90, Ġabra p. I-4265</REF.DOC.ECR>, punt 23); tat-<DATE ISO="19940428">28 ta’ April 1994</DATE>, Hoorn (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-305/92" PAGE.ECR="I-1525" YEAR="1994">C-305/92, Ġabra p. I-1525</REF.DOC.ECR>, punt 16); u tal-<DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE>, Kaske (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-277/99" PAGE.ECR="I-1261" YEAR="2002">C-277/99, Ġabra p. I-1261</REF.DOC.ECR>, punt 37).</P></NOTE>. Konsegwentement, nikkunsidra li l-ġurisprudenza tal-Ústavní soud ma tmurx kontra l-iskema tal-ħlas tal-benefiċċju prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 1408/71, u lanqas kontra dak li tipprevedi l-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka. Is-suppliment għall-benefiċċju li jistgħu eventwalment jitolbu ċ-ċittadini Ċeki li jirrisjedu fil-pajjiż tagħhom, anzi, huwa suppliment pekunjarju li ma jippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement, għar-raġunijiet spjegati iktar ’il fuq, nikkunsidra li r-Regolament Nru 1408/1971 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix ġurisprudenza nazzjonali li tgħid li korp tas-sigurtà soċjali għandu jagħti, liċ-ċittadini residenti fil-pajjiż li jressqu talba għalih, suppliment għall-benefiċċju li l-ammont tiegħu huwa daqs id-differenza bejn il-benefiċċju li jistgħu jitolbu fi Stat Membru ieħor u dak li huma kien ikollhom dritt jitolbu fl-Istat Membru li huma ċ-ċittadini tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju, fl-aħħar mill-aħħar, qed tistaqsi dwar il-konformità tal-ġurisprudenza tal-Ústavní soud msemmija iktar ’il fuq mal-prinċipju tal-Unjoni li jipprojbixxu kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u r-residenza. Minkejja li s-suppliment għall-benefiċċju inkwistjoni ma jimplikax li l-istess perijodu kontributorju jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn, il-fatt huwa – kif diġà ġie spjegat iktar ’il fuq – li l-ġurisprudenza tal-Ústavní soud tagħmilha ta’ bażi għalih billi tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personæ</HT> għaċ-ċittadini Ċeki residenti fil-pajjiż tagħhom. Dawk kollha li għandhom nazzjonalità Ċeka biss, u li barra minn hekk huma residenti fit-territorju Ċek, konsegwentement jibbenefikaw minn dan is-suppliment għall-benefiċċju, filwaqt li ċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Unjoni huma esklużi minn dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, biħsiebni nittratta suċċessivament iż-żewġ aspetti tat-trattament diskriminatorju u diġà nista’ nħabbar li se nikkonkludi li hemm id-diskriminazzjoni pprojbita. Imbagħad, sabiex nagħti risposta utli għall-qorti tar-rinviju, biħsiebni nittratta l-kwistjoni impliċita, imma essenzjali,<?PAGE NO="I-5586"?> tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha meta tiġi biex tiġbed il-konklużjonijiet mir-riposta eventwali tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Kif se jintwera iktar ’il quddiem, il-fatt li s-suppliment għall-benefiċċju huwa rriżervat għal grupp ta’ ċittadini nazzjonali jqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 39 KE. Jekk id-diskriminazzjoni tiġi kkonfermata, ikollha tiġi ddikjarata l-inkompatibbiltà tas-suppliment għall-benefiċċju mad-dritt tal-Unjoni. Il-kuntest li fih saret din il-kawża madankollu jeħtieġlu iktar preċiżazzjonijiet. Is-suppliment għall-benefiċċju jirriżulta minn ġurisprudenza tal-Ústavní soud li tinterpreta hija stess dritt fundamentali li jestendi l-kamp ta’ protezzjoni tad-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu dan inkunsiderazzjoni u b’hekk nipproponi risposta adattata għall-kuntest ta’ dan il-każ, fid-dawl b’mod partikolari tal-konsegwenzi negattivi li risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħal dik li se nindika, jista’ jkollha fuq is-sitwazzjoni ġuridika ta’ M. Landtovà.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-diskriminazzjonijiet allegati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ċek u dak Slovakk kif ukoll il-Kummissjoni jaqblu li jikkunsidraw suppliment għall-benefiċċju bħal dak ta’ dan il-każ, limitat għaċ-ċittadini u għar-residenti Ċeki biss, bħala li jmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-Unjoni. Huma jibbażaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod iktar partikolari fuq l-Artikoli 3 u 10 tar-Regolament Nru 1408/71, li jistabbilixxi prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 39 KE, li jipprojbixxi kull ostakolu diskriminatorju għall-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Id-diskriminazzjoni tkun doppja, sa fejn il-ġurisprudenza tal-Ústavní soud tissuġġetta l-kisba tas-suppliment għall-benefiċċju għall-kundizzjonijiet kumulattivi tan-nazzjonalità Ċeka u tar-residenza fit-territorju Ċek. Kif biħsiebni nuri, minkejja li huma suġġetti għal regoli differenti, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ukoll imorru kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71, il-persuni li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jibbenefikaw mil-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru fl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru. Fl-aħħar mill-aħħar, din hija manifestazzjoni tan-nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità li tippreċiża, għas-sigurtà soċjali, idea li tinsab diġà fl-Artikolu 39 KE. Kif osservat ġustament il-Kummissjoni, din ir-regola tfisser li l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw miżuri li jistabbilixxu distinzjoni mhux iġġustifikata bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni. B’hekk, dan ma huwiex każ li jiġu<?PAGE NO="I-5587"?> preklużi d-differenzi kollha fit-trattament ibbażati fuq in-nazzjonalità, imma biss dawk li ma humiex iġġustifikati minn raġunijiet speċifiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19780628">28 ta’ Ġunju 1978</DATE>, Kenny (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="1/78" PAGE.ECR="1489" YEAR="1978">1/78, Ġabra p. 1489</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, Laurin Effing (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/02" PAGE.ECR="I-553" YEAR="2005">C-302/02, Ġabra p. I-553</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, Celozzi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-332/05" PAGE.ECR="I-563" YEAR="2007">C-332/05, Ġabra p. I-563</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li s-suppliment ikkontestat huwa benefiċċju rriżervat biss għaċ-ċittadini Ċeki. Konsegwentement, il-miżura inkwistjoni twassal b’mod ċar għal differenza fit-trattament. It-tieni nett, għandu jiġi ddeterminat jekk id-differenza fit-trattament hijiex iġġustifikata minn raġuni oġġettiva u raġonevoli. F’dan ir-rigward, minkejja li diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, minnha nnifisha, tista’ tiġi ġġustifikata biss f’ċirkustanzi ferm partikolari, il-partijiet għall-kawża prinċipali, ma pproduċewx, l-istess bħall-Gvern Slovakk jew il-Kummissjoni, elementi rilevanti insostenn ta’ argument wieħed jew l-ieħor. Il-Kummissjoni biss għamlet ħilitha biex tanalizza n-natura diskriminatorja tal-kundizzjoni tan-nazzjonalità li għandu jissodisfa l-benefiċjarju tas-suppliment għall-benefiċċju, imma kulma għamlet kien li ssostni li l-miżura ma kinitx iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Ústavní soud donnha qed tibbaża l-kundizzjoni tan-nazzjonalità fuq id-diċitura tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali tar-Repubblika Ċeka, li jirreferi biss għaċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan it-terminu għandu bħala effett li jillimita għaċ-ċittadini Ċeki biss il-benefiċċju tad-dritt fundamentali għall-benefiċċji soċjali, li jispjega għaliex is-suppliment għall-benefiċċju kkontestat, li l-bażi legali tiegħu hija msejsa fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tirrigwarda biss grupp ta’ persuni. Issa din il-ġurisprudenza għandha l-effett legali immedjat li tintroduċi diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, xi ħaġa li hija aċċettata mid-dritt Komunitarju biss meta din tkun debitament iġġustifikata. L-interpretazzjoni litterali, ibbażata fuq id-diċitura tal-Karta Ċeka, mogħtija mill-Ústavní soud, ma jidhirx li hija suffiċjentement rilevanti biex tkun iġġustifikata differenza fit-trattament bħal dik inkwistjoni, mill-inqas fil-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nikkunsidra li, fin-nuqqas ta’ argumenti oħrajn introdotti fil-proċess, il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personæ</HT> assenjat lis-suppliment għall-benefiċċju inkwistjoni jikkostitwixxi diskriminazzjoni nieqsa minn ġustifikazzjoni oġġettiva u raġonevoli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-residenza</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif ġie spjegat iktar ’il fuq, l-għoti ta’ suppliment għall-benefiċċju inkwistjoni jippreżumi li l-benefiċjarji jissodisfaw kundizzjoni supplimentari: fil-fatt, huma għandu jkollhom ir-residenza permanenti tagħhom fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.<?PAGE NO="I-5588"?> Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-konformità ta’ din it-tieni kundizzjoni mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jissuġġetta l-kundizzjonijiet tar-residenza għal regoli differenti minn dawk applikabbli għall-klawżoli tan-nazzjonalità. Huwa minnu li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprojbixxi li l-Istati Membri jorbtu l-għoti ta’ benefiċċju soċjali mal-fatt li l-benefiċjarju jkun residenti fit-territorju tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-residenza ġew ikkunsidrati bħala inqas stretti mill-klawżoli tan-nazzjonalità, kemm mid-dritt sekondarju kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, l-approċċ ivarja skont it-tip ta’ benefiċċju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-326/90" PAGE.ECR="I-5517" YEAR="1992">C-326/90, Ġabra p. I-5517</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="20010531">31 ta’ Mejju 2001</DATE>, Leclere u Deaconescu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/99" PAGE.ECR="I-4265" YEAR="2001">C-43/99, Ġabra p. I-4265</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="20011016">16 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Stallone (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/00" PAGE.ECR="I-7625" YEAR="2001">C-212/00, Ġabra p. I-7625</REF.DOC.ECR>); u tas-<DATE ISO="20020207">7 ta’ Frar 2002</DATE>, Kauer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/00" PAGE.ECR="I-1343" YEAR="2002">C-28/00, Ġabra p. I-1343</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’hekk, l-ewwel nett, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 jippreċiża li l-projbizzjoni tal-klawżoli tar-residenza tapplika, sakemm ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, għall-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija jew tas-superstiti, għall-benefiċċji għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard ikkawżat mix-xogħol u għall-benefiċċji għall-imwiet. Meta l-kundizzjonijiet ta’ residenza eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja ġew applikati għal benefiċċji differenti minn dawk elenkati fl-imsemmi Artikolu 10, bħall-benefiċċji mhux kontributorji, il-kuntest ġuridiku ta’ referenza u l-intensità tal-kontroll varjaw.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-suppliment ikkontestat jikkostitwixxi benefiċċju fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, sa fejn, l-ewwel nett, jingħata abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita, indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, u fejn, it-tieni nett, jirrigwarda wieħed mir-riskji espressament elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament, jiġifieri x-xjuħija. Issa, dan huwa eżattament wieħed mir-riskji msemmija fl-Artikolu 10, li abbażi tiegħu huma pprojbiti l-klawżoli ta’ residenza marbuta mal-benefiċċji li huma elenkati fih.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, jista’ jiġi sostnut li l-kundizzjoni tar-residenza imposta mill-ġurisprudenza tal-Ústavní soud tikkostitwixxi miżura diskriminatorja, li l-legalità tagħha hija ammessa biss meta tkun iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u raġonevoli. Madankollu, kif ġie spjegat fil-punti 45 u 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-ebda element tal-proċess ma jippermetti li din il-miżura tiġi ġġustifikata. Barra minn hekk, l-elementi disponibbli fir-rigward tal-kundizzjoni tar-residenza huma saħansitra iktar inkonsistenti. Barra minn hekk, il-proċess tal-kawża ma jikkontribwix preċiżazzjonijiet dwar l-argumenti li wasslu lill-Ústavní soud biex tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha b’dan il-mod.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fin-nuqqas ta’ raġunijiet u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li fihom ġiet introdotta l-kundizzjoni tar-residenza, nikkunsidra li s-suppliment għall-benefiċċju<?PAGE NO="I-5589"?> inkwistjoni f’dan il-każ jikkostitwixxi miżura diskriminatorja, nieqsa minn ġustifikazzjoni oġġettiva u raġonevoli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-konsegwenzi ta’ dikjarazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-Unjoni fuq id-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-qorti tar-rinviju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ir-risposta li qed nipproponi li tingħata lit-tieni domanda ma tkunx sħiħa jekk hija ma tkunx ikkompletata b’xi preċiżazzjonijiet dwar il-kuntest ferm speċifiku ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Qabel xejn, bħala introduzzjoni, għandu jiġi nnotat li, kif diġà ġie spjegat, dan il-każ huwa bbażat fuq ġurisprudenza tal-Ústavní soud relatata mal-interpretazzjoni tad-dritt fundamentali għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. L-għan ta’ din il-ġurisprudenza kien biss li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi prattiċi tal-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka tal-1992, li tistabbilixxi li ċ-ċittadini Ċeki li fid-data tad-diviżjoni kienu qed jaħdmu għal persuna li tħaddem Slovakka jaqgħu taħt l-iskema u taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali tar-Repubblika Slovakka. Id-dannu ekonomiku b’relazzjoni għaċ-ċittadini Ċeki li jaqgħu taħt l-iskema u taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet Ċeki kien manifestament evidenti, b’tali mod li seta’ jidher iġġustifikat li l-portata tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali tar-Repubblika Ċeka tiġi interpretata b’mod li dik is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata. Is-soluzzjoni li waslet għaliha l-Ústavní soud kienet ukoll il-konsegwenza tal-eżistenza ta’ trattat internazzjonali, jiġifieri l-Konvenzjoni Ċeka u Slovakka, li diġà ssemmiet kemm-il darba. Is-suppliment għall-benefiċċju finalment rikonoxxut b’hekk jirriżulta minn kompromess interpretattiv bejn il-garanzija ta’ dritt fundamentali u l-osservanza tal-obbligi internazzjonali tar-Repubblika Ċeka.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-problema li għandha tiġi trattata hawnhekk madankollu hija direttament marbuta mad-dilemma tradizzjonali tar-regoli kkunsidrati diskriminatorji. Il-qorti inkarigata mill-istħarriġ tar-regola tista’ tkun direttament obbligata tistabbilixxi mill-ġdid, fi ħdan sistema legali unika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara f’dan ir-rigward, M. González Beilfuss, <HT TYPE="ITALIC">Tribunal Constitucional y reparación de la discriminación normativa,</HT> Centro de Estudios Polítiċos y Constitucionales, Madrid, 2000.</P></NOTE>, sitwazzjoni leġiżlattiva konformi mal-prinċipju ta’ ugwaljanza jew mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Din il-qorti tista’ – u din hija d-dilemma – tipprattika kemm ekwiparazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>’il fuq<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, billi tagħti l-benefiċċju tas-sitwazzjoni l-iktar favorevoli lil kulħadd, jew ekwiparazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>’l isfel<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> billi ma tagħtih lil ħadd. Barra minn hekk, fuq il-livell nazzjonali, dan l-istabbiliment mill-ġdid jista’, fil-prinċipju, jirriżulta anki f’intervent tal-leġiżlatur li jintroduċi regola <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jiġifieri differenti, miż-żewġ każijiet preċedenti, filwaqt li tkun konformi mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5590"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE tirrigwarda, madankollu, l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li l-implementazzjoni mill-ġdid effettiva tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, bil-portata kkonferita lilu mill-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sistema legali tal-Istat Membru, skont il-każijiet, hija tal-qrati jew tal-korpi leġiżlattivi tiegħu. Imma, f’kull każ, fil-bidu dejjem ikun hemm kawża konkreta li tkun tat lok għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari u li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun utli għaliha. Għalhekk, ir-risposta għad-domanda, fil-prinċipju, għandha tkun tali li tinfluwenza d-deċiżjoni tal-qorti li se tingħata meta jkun xieraq.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Id-diffikultà ta’ din il-kawża diġà ġiet imħabbra fl-oġġezzjoni tar-Repubblika Slovakka fir-rigward tan-natura ipotetika ta’ dan ir-riviju, oġġezzjoni li, huwa minnu, ipproponejt li tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-fatt li tingħata risposta, kif qed nipproponi, li r-regola inkwistjoni hija diskriminatorja, f’kull każ, se jkollu konsegwenzi ta’ portata ġenerali fuq is-sistema legali tal-Istat Membru. Huwa tabilħaqq fil-kuntest ta’ din is-sistema legali u billi jiġu segwiti l-proċeduri xierqa li għandha tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni leġiżlattiva kkunsidrata diskriminatorja. Ir-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju ma jistax ikollha l-għan li tiddeċiedi l-kwistjoni jekk humiex biss il-qrati li għandhom jintervjenu jew jekk il-leġiżlatur, jew anki l-Ústavní soud, għandhomx jiġu involuti.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-konsegwenzi immedjati li r-risposta li se tingħata se jkollha fuq is-soluzzjoni tal-kawża prinċipali huma, madankollu, importanti anki peress li minn din ir-risposta jiddependi l-ħlas lil ċittadina tal-Unjoni ta’ benefiċċju tax-xjuħija li, skont il-motivi tad-deċiżjoni tal-Ústavní soud li wasslet għall-ħolqien ġudizzjarju tar-regola inkwistjoni, jista’ jikkundizzjona l-kisba ta’ dħul minimu deċenti. Id-dritt tal-Unjoni huwa bbażat fuq grupp ta’ valuri li jispirawh u jiggwidawh u li l-influwenza tagħhom jista’ jkollha effett fuq id-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari d-deċiżjonijiet tal-qrati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/05" PAGE.ECR="I-9045" YEAR="2007">C-403/05, Ġabra p. I-9045</REF.DOC.ECR>, punt 56); tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-91/05" PAGE.ECR="I-3651" YEAR="2008">C-91/05, Ġabra p. I-3651</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/05 P+C-415/05 P" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="2008">C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>, punt 303); u tat-<DATE ISO="20100302">2 ta’ Marzu 2010</DATE>, Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-175/08+C-176/08+C-178/08+C-179/08" PAGE.ECR="I-1493" YEAR="2010">C-175/08, C-176/08, C-178/08 u C-179/08, Ġabra p. I-1493</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Ir-risposta li qed nipproponi li tingħata lit-tieni domanda magħmula, b’hekk, kif ġie enfasizzat, se jkollha impatt ġenerali u dirett fuq is-sistema legali tal-Istat Membru. Madankollu, għandu jingħad li hija ma jistax ikollha bħala effett dirett li tilqa’ t-talba tal-istituzzjoni Ċeka tas-sigurtà soċjali. Bl-ebda mod ma qed nissuġġerixxi li l-qorti tar-rinviju hawnhekk tapplika regola li inċidentalment qed jiġi sostnut li hija diskriminatorja. Min-naħa l-oħra, dak li qed nissuġġerixxi fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ talba għal deċiżjoni preliminari bħal din, huwa li l-qorti tar-rinviju<?PAGE NO="I-5591"?> ma tkunx tista’ tikkunsidra r-risposta li se tingħata lid-domanda tagħha bħala suffiċjenti biex jintlaqgħu t-talbiet taċ-CSSA.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie ppreċiżat, is-sistema legali tal-Unjoni hija bbażata fuq ċertu numru ta’ valuri li jingħataw importanza suffiċjentement ċentrali biex tkun eskluża kwalunkwe konsegwenza bħal dik li se nsemmi. Wieħed ma jistax jiċħad li l-Qorti tal-Ġustizzja ilha ħafna tispira ruħha minn dawn il-valuri biex tistabbilixxi mill-ġdid ir-rigorożità kollha tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti indikazzjonijiet sodi f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-politiki fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi b’hekk taw lill-Qorti tal-Ġustizzja l-okkażjoni li tipprevedi l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-kumpens għal diskriminazzjoni. Fis-sentenza Nederlandse Vakbeweging<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19861204">4 ta’ Diċembru 1986</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="71/85" PAGE.ECR="3855" YEAR="1986">71/85, Ġabra p. 3855</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tad-direttivi dwar ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà soċjali, li n-nisa li jkunu vittmi ta’ trattament diskriminatorju għandhom id-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/><HT TYPE="ITALIC">li jiġu ttrattati bl-istess mod u li tiġi applikata fil-konfront tagħhom l-istess skema bħall-irġiel li jinsabu fl-istess sitwazzjoni</HT>, skema li, fin-nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ [direttiva], tibqa’ l-unika sistema ta’ referenza valida<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>, punt 23 (enfasi miżjuda).</P></NOTE>. Din is-soluzzjoni, adottata fil-każ ta’ Stat li ma kienx ittraspona direttiva, tobbliga lill-qorti nazzjonali tikkumpensa għad-diskriminazzjoni f’sens preċiż, billi tqiegħed lin-nisa fuq l-istess livell tal-grupp li jibbenefika mid-diskriminazzjoni. Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja estendiet din id-duttrina għal każijiet ta’ diskriminazzjoni indiretta, ukoll ibbażata fuq is-sess. Fil-kawża Ruzius-Wilbrink<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19891213">13 ta’ Diċembru 1989</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-102/88" PAGE.ECR="4311" YEAR="1989">C-102/88, Ġabra p. 4311</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk enfasizzat li, b’mod simili għal dak li jsir fil-każ ta’ diskriminazzjoni diretta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>f’każ ta’ diskriminazzjoni indiretta […] il-membri tal-grupp żvantaġġjat, irġiel jew nisa, għandhom id-dritt <HT TYPE="ITALIC">li fil-konfront tagħhom tiġi applikata l-istess skema bħall-benefiċjarji l-oħra</HT><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>, punt 20 (enfasi miżjuda).</P></NOTE> <HT TYPE="ITALIC">.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li din il-ġurisprudenza ngħatat impetu kunsiderevoli fl-1991, minħabba mhux biss id-direttivi dwar l-ugwaljanza imma anki t-Trattat. B’mod parallel, il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat ir-regoli li għandhom jiġu segwiti mill-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża prinċipali. Fis-sentenza Nimz, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’kawża li kienet tirrigwarda l-Artikolu 141 KE (li sar l-Artikolu 157 TFUE), li l-vittma ta’ diskriminazzjoni għandha tibbenefika mill-istess status bħall-benefiċjarju; qalet ukoll li l-qorti nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għandha l-obbligu li tiżgura l-effett sħiħ ta’ dawn il-miżuri filwaqt li tħalli, jekk dan ikun meħtieġ, inapplikata, fuq l-awtorità tagħha stess, kwalunkwe dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, mingħajr ma jkollha titlob jew tistenna l-eliminazzjoni<?PAGE NO="I-5592"?> ta’ din id-dispożizzjoni b’mezz leġiżlattiv jew bi kwalunkwe proċedura kostituzzjonali oħra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19910207">7 ta’ Frar 1991</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/89" PAGE.ECR="I-297" YEAR="1991">C-184/89, Ġabra p. I-297</REF.DOC.ECR>, punt 19).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Illum, din hija ġurisprudenza ferm stabbilita<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19940928">28 ta’ Settembru 1994</DATE>, Avdel Systems (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-408/92" PAGE.ECR="I-4435" YEAR="1994">C-408/92, Ġabra p. I-4435</REF.DOC.ECR>, punti 16 u 17); tat-<DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Rodríguez Caballero (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/00" PAGE.ECR="I-11915" YEAR="2002">C-442/00, Ġabra p. I-11915</REF.DOC.ECR>, punti 42 u 43); tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Cordero Alonso (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/05" PAGE.ECR="I-7569" YEAR="2006">C-81/05, Ġabra p. I-7569</REF.DOC.ECR>, punti 45 u 46), u anki d-digrieti, skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura, bħad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, Molinari, (C-128/07), Galeota (C-129/07), Barbagallo (C-130/07), Ciampi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-128/07+C-129/07+C-130/07+C-131/07" PAGE.ECR="I-4" YEAR="2008">C-128/07 sa C-131/07, Ġabra p. I-4</REF.DOC.ECR>, punt 23).</P></NOTE>. Hija tista’ tinġabar fil-qosor hekk: meta qorti tikkonstata li miżura nazzjonali tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-Unjoni bbażat fuq is-sess, hija għandha testendi l-benefiċċju tal-istatus legali tal-benefiċjarji għal kull min ġarrab trattament mhux ugwali. Xejn ma jwaqqaf lill-Istat inkwistjoni milli jagħżel soluzzjoni oħrajn filwaqt li jelimina l-vantaġġ għal kulħadd, biex b’hekk jikkumpensa għad-diskriminazzjoni permezz ta’ ekwiparazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>’l isfel<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Madankollu, sakemm l-awtoritajiet ma jiħdux tali deċiżjoni, il-qrati għandhom iwettqu l-estensjoni msemmija iktar ’il fuq filwaqt li jibbażaw irwieħhom fuq id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Dwar il-ġurisprudenza Nimz, ara A. Adinolfi, <HT TYPE="ITALIC">Common Market Law Review</HT>, Vol. 29, 1992; G. Burragato, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>La discriminazione indiretta secondo la Corte di giustizia: oneri probatori e sanzioni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, <HT TYPE="ITALIC">Rivista italiana di diritto pubblico comunitario</HT>, 1993; S. Deakin, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Levelling Down Employee Benefits<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, <HT TYPE="ITALIC">The Cambridge Law Journal,</HT> Vol. 54, 1995 u G. More, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Seniority Pay for Part-time Workers<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, <HT TYPE="ITALIC">European Law Review</HT> 1991.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ikun diffiċli li jinħeba l-fatt li l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq tirrigwarda qasam speċifiku, li ma għandux relazzjoni ma’ dak ta’ dan il-każ, jiġifieri l-politiki fil-qasam tal-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari fil-qasam tax-xogħol. Madankollu, hija ma hijiex esklużivament ibbażata fuq il-politiki relatati mal-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel. Il-ġurisprudenza Nimz hija bbażata fuq raġunijiet li japplikaw ukoll għal oqsma oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, inklużi s-sigurtà soċjali u l-moviment liberu tal-ħaddiema, kif se jintwera iktar ’il quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza Nimz għandha bħala bażi legali l-Artikolu 141 KE, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ remunerazzjonijiet ugwali għall-ħaddiema rġiel u għall-ħaddiema nisa. Dik id-dispożizzjoni tirrifletti r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni biex jiġġieled tip ta’ diskriminazzjoni partikolarment odjuż, jiġifieri d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, f’qasam li jinvolvi interessi relatati mal-ħarsien soċjali, bħall-impjieg. Fuq l-istess keffa tal-miżien, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprojbixxi wkoll kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq raġuni ta’ serjetà partikolari għall-Unjoni, jiġifieri n-nazzjonalità. Taħt sura ta’ xhieda tat-trattament li għandu jingħata lil din ix-xorta ta’ diskriminazzjoni, l-Artikolu 12 KE jipprojbixxi espressament, bħad-dispożizzjonijiet kollha dwar il-moviment liberu, kwalunkwe miżura tal-Istat ibbażata direttament jew indirettament fuq kriterji ta’ nazzjonalità. Ma’ dan jiżdied il-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali [tal]-Unjoni Ewropea tikkonferma n-natura fundamentali tal-ġlieda kontra l-forom differenti ta’ diskriminazzjoni, li hija tipprojbixxi espressament u individwalment fl-Artikolu 31(2) u fl-Artikolu 23.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5593"?><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 141 KE, u miegħu l-ġurisprudenza Nimz, għandhom wieħed mill-għanijiet previsti mill-Artikolu 2 KE, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[i]l-Komunità għandu jkollha bħala l-kompitu tagħha […] dak li tippromwovi […] l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, għalkemm fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>livell għoli ta’ mpjieg u ta’ ħarsien soċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Hija ġustament din l-aħħar parti tas-sentenza li, filwaqt li tisħaq fuq in-neċessità li jintlaħaq ċertu grad ta’ ħarsien soċjali, tikkoinċidi mal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq in-nazzjonalità fil-qasam tas-sigurtà soċjali, bħad-diskriminazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, għalhekk hija bbażata fuq l-istess valuri ta’ ħarsien soċjali tal-ħaddiema pproklamati mill-Unjoni bħal dawk sottostanti l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-qasam tal-impjiegi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dwar dan il-punt, għandha ssir referenza għas-sentenzi tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Viking Line<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-438/05" PAGE.ECR="I-10779" YEAR="2007">C-438/05, Ġabra p. I-10779</REF.DOC.ECR>, punt 79) u tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Laval un Partneri (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/05" PAGE.ECR="I-11767" YEAR="2007">C-341/05, Ġabra p. I-11767</REF.DOC.ECR>, punti 104 u 105) u, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, wara li enfasizzat l-għanijiet soċjali tal-Komunità, li din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>m’għandhiex biss għan ekonomiku, iżda wkoll għan soċjali, id-drittijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapitali għandhom jiġu bbilinċjati ma’ l-għanijiet persegwiti mill-politika soċjali, fosthom, b’mod partikolari, kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 136 KE, it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, li jippermetti li dawn ikollhom l-istess progress, protezzjoni soċjali adegwata u d-djalogu soċjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Minkejja dak li ngħad iktar ’il fuq, huwa wkoll minnu li l-politika soċjali teżiġi dejjem li kull sitwazzjoni ġuridika tittieħed inkunsiderazzjoni b’mod globali u, b’mod iktar partikolari, li tingħata attenzjoni speċifika lill-karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji li jiddefinixxu s-sistemi tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u tal-għajnuna soċjali tal-Istati Membri. Fil-każ tad-dritt tal-Unjoni, din l-attenzjoni għad trid tissaħħaħ, jekk dan jista’ jsir, sa fejn il-politiki soċjali tal-Unjoni għandhom biss l-għan li jikkoordinaw, u mhux li junifikaw jew jarmonizzaw, is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali. Konsegwentement, għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jippermettu li jiġi stabbilit bilanċ bejn, minn naħa, il-valuri soċjali promossi minn prinċipju bħal dak tan-nondiskriminazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-awtonomija u tal-integrità finanzjarja tal-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali. Issa, din hija eżattament l-evalwazzjoni li twettqet mill-ġurisprudenza Nimz peress li, kif intwera fil-punt 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet, kulma għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja kien li eżiġiet li l-qorti tikkumpensa għad-diskriminazzjoni f’dak il-każ partikolari, filwaqt li ħalliet f’idejn il-leġiżlatur jew il-korp kostituzzjonali tal-Istat inkwistjoni l-kompitu li jsib soluzzjoni ġenerali, tkun xi tkun. B’hekk, is-sentenza Nimz tiggarantixxi ċertu livell ta’ protezzjoni lill-parti għall-kawża li tat lok għar-risposta tal-qorti, filwaqt li tħalli f’idejn kull Stat Membru l-kompitu li jsib soluzzjoni għall-problema b’mod ġenerali u finali. Jekk wieħed isegwi dan ir-raġunament, diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità fil-qasam tas-sigurtà soċjali – fejn għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest globali ta’ kull sistema nazzjonali tas-sigurtà soċjali – tista’ wkoll tinstabilha soluzzjoni fil-każ inkwistjoni, filwaqt li l-Istat Membru jkollu l-kompitu li jsib soluzzjoni iktar ġenerali, permezz tal-proċeduri leġiżlattivi jew kostituzzjonali previsti mis-sistema legali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, bla ħsara għal dak li se jiġi spjegat iktar ’il quddiem,<?PAGE NO="I-5594"?> nikkunsidra li r-risposta għal din id-domanda preliminari, li tqajjem il-problema tan-natura diskriminatorja ta’ benefiċċju supplimentari tas-sigurtà soċjali, għandha tkun ispirata mill-ġurisprudenza Nimz. Billi l-bażi legali, l-għanijiet, il-valuri u l-evalwazzjoni tal-interessi huma komuni għaż-żewġ kawżi, ma narax x’hemm xi jwaqqaf l-applikazzjoni ta’ approċċ bħal dak imsemmi iktar ’il fuq f’kawża bħal din inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ngħad iktar ’il fuq, jeħtieġ li terġa’ tiġi ttrattata s-sitwazzjoni partikolari ta’ dan il-każ sa fejn għandu jiġi ddeterminat jekk il-fatt li l-problema tqajmet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>bil-maqlub<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandux effett fuq ir-risposta proposta. Kif intwera fil-punti 28 sa 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-persuna li ressqet il-kawża quddiem il-qrati biex jinġieb fi tmiemu trattament inugwali ma hijiex il-vittma tad-diskriminazzjoni. Anzi M. Landtovà hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>benefiċjarja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tagħha u kienet obbligata tieħu azzjoni legali għaliex l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali rrifjutaw li jagħtuha suppliment għall-benefiċċju.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-kawża Nimz, bħal fil-parti l-kbira tal-kawżi minħabba diskriminazzjoni, huwa individwu li, billi jkun vittma ta’ trattament diskriminatorju pprojbit mid-dritt tal-Unjoni, iressaq il-każ tiegħu quddiem il-qrati u l-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk tobbliga lill-qorti tar-rinviju tapplika fir-rigward tar-rikorrent l-istess skema li jibbenefika minnha l-grupp privileġġjat. F’każ bħal dak ta’ M. Landtovà, fejn ir-rikorrenti tibbenefika mill-miżura diskriminatorja, il-qorti tar-rinviju ma tistax testendi l-vantaġġ tas-suppliment għall-benefiċċju lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, biss biss għaliex dawn ma humiex partijiet għall-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Dak li għandu jsir f’dan il-każ huwa kemm iktar modest kif ukoll inqas użwali: fil-fatt għandu jiġi evitat li l-konstatazzjoni tan-natura diskriminatorja tad-dispożizzjoni nazzjonali jkollha bħala effett immedjat li tiġġustifika s-soppressjoni, fil-każ konkret, tal-vantaġġ li l-liġi tirrikonoxxi lill-persuna li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personæ</HT> ta’ din id-dispożizzjoni. Dan, naturalment, għandu jiġi applikat biss sakemm ir-Repubblika Ċeka tistabbilixxi liġi ġenerali dwar dan il-qasam, billi ssegwi l-proċeduri leġiżlattivi jew kostituzzjonali li tipprevedi s-sistema legali tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5595"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IX —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lin-Nejvyšší správní soud bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/1971, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità għandu jiġi interpetat fis-sens li ma jipprekludix ġurispurdenza nazzjonali li abbażi tagħha korp tas-sigurtà soċjali għandu jagħti, meta jintalab jagħmel dan, lil ċerti persuni suppliment għal benefiċċju li l-ammont tiegħu huwa daqs id-differenza bejn il-benefiċċju li huma jistgħu jitolbu fi Stat Membru ieħor u dak li huma kieku setgħu jitolbu fl-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 3 u 10 tar-Regolament Nru 1408/71, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 39 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludi l-għoti ta’ suppliment għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali, bil-karatteristiċi msemmija iktar ’il fuq, liċ-ċittadini Ċeki li jirrisjedu fit-territorju tar-Repubblika Ċeka biss. Madankollu, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, ir-risposta għad-domanda preċedenti ma għandhiex tagħmilha ta’ bażi għall-pretensjonijiet taċ-CSSA fil-kuntest tal-proċedura prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>