<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-550/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0550</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:248">EU:C:2018:248</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180412">12.4.2018</DATE> – Kawża C-550/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">A u S</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>minuri mhux akkumpanjat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(3)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> tal-persuna kkonċernata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑550/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20161031">31 ta’ Ottubru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal A u S, minn N. C. Blomjous u S. Wierink, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, M. A. M. de Ree u M. H. S. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-parti inizjali tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE> dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn A u S, ċittadini Eritrej, u l-istaatssecretaris van Veiligheid en Justitie (is-Segretarju tal-Istat għas-Sigurtà u għall-Ġustizzja, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Segretarju tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħtihom kif ukoll lit-tliet subien minuri tagħhom awtorizzazzjoni ta’ residenza provviżorja għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja ma’ binthom il-kbira.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/86</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/86 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja li għandhom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 6 u 8 sa 10 tad-Direttiva 2003/86 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(2)</NO.P><TXT>Miżuri dwar riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu adottati b’konformità ma’ l-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u ir-rispett għall-ħajja tal-familja minquxa f’ħafna strumenti tal-liġi internazzjonali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rrikonoxxuti b’mod partikulari fl-Artikolu 8 tal-[Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>] u [fi]l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Ir-riunifikazzjoni tal-familja hija mezz neċessarju biex il-ħajja tal-familja ssir. Hija tgħin biex toħloq stabbilita soċjokulturali li tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri, li sservi wkoll biex tippromwovi koeżjoni ekonomika u soċjali, għan fundamentali tal-Komunita ddikjarat fit-Trattat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Biex tkun protetta l-familja u tkun stabbilita u ppreżervata l-ħajja tal-familja, il-kondizzjonijiet materjali biex ikun eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kriterji komuni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Attenzjoni speċjali għandha tingħata lis-sitwazzjoni ta’ refuġjati minħabba r-raġunijiet li jobbligawhom jaħarbu pajjiżhom u jimpeduhom milli jgħixu ħajja tal-familja normali hemm. Kondizzjonijiet iktar favorevoli għandhom għalhekk ikunu preskritti għall-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Ir-riunifikazzjoni tal-familja għandha tapplika f’kull każ għall-membri tal-familja nukleari, jiġifieri l-konjugi u t-tfal minorenni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Huwa għall-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jixtiequx jawtorizzaw riunifikazzjoni tal-familja għal qraba f’linja diretta axxendenti, tfal adulti mhux miżżewġa, […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ċittadin ta’ pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull persuna li mhux ċittadin ta’ l-Unjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat li jgawdi status ta’ refuġjat fit-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Ginevra dwar l-istatus ta’ refuġjati tat-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>, kif emendata mill-Protokoll iffirmat fi New York fil-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>sponsor<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li joqgħod legalment fi Stat Membru u li japplika jew il-membri tal-familja tiegħu japplikaw għal riunifikazzjoni tal-familja biex jingħaqdu miegħu/magħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser id-dħul ġewwa u residenza fi Stat Membru minn membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li joqogħdu legalment f’dak l-Istat Membru biex tkun ippreżervata l-għaqda tal-familja, kemm jekk ir-relazzjoni mal-familja kien ikkawżat qabel kemm wara d-dħul tar-resident;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>minorenni mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni bla stat taħt l-età tmintax, li jaslu fit-territorju ta’ l-Istati Membri mhux akkompanjati minn adulti responsabbli bil-liġi jew b’użanza, u sakemm ma jittiħdux effettivament fir-reponsabbilta ta’ persuna tali, jew minorenni li jibqgħu mhux akkompanjati wara li jkunu daħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/86 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika fejn l-isponsor għandu permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru għal perjodu ta’ validita ta’ sena jew iktar li għandu prospetti raġonevoli li jikseb id-dritt ta’ residenza permanenti, jekk il-membri tal-familja tiegħu jew tagħha huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi ta’ status ikun xi jkun.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma tapplikax fejn l-isponsor ikun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qiegħed japplika għal status ta’ refuġjat li l-applikazzjoni tiegħu tkun għadha ma kkawżatx deċiżjoni finali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>awtorizzat li joqgħod fi Stat Membru fuq il-bażi ta’ protezzjoni temporanja jew qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni biex joqgħod fuq dik il-bażi u qiegħed jistenna deċiżjoni dwar l-istatus tiegħu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>awtorizzat li joqgħod fi Stat Membru fuq il-bażi ta’ forma sussidjarja ta’ protezzjoni skond obbligi internazzjonali, leġislazzjoni nazzjonali jew prattika ta’ l-Istati Membri jew qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni biex joqgħod fuq dik il-bażi u qiegħed jistenna deċiżjoni dwar l-istatus tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandiex taffettwa l-possibilità għall-Istati Membri li jadottaw jew iżommu disposizzjonijiet iktar favorevoli.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/86 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Istati Membri jistgħu, b’liġi jew regolament, jawtorizzaw id-dħul u residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, tal-membri tal-familja li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qraba ta’ l-ewwel grad fil-linja diretta axxendenti ta’ l-isponsor jew il-konjugi tagħha jew tiegħu, fejn huma dipendenti fuqhom u ma jgawdux appoġġ xieraq tal-familja fil-pajjiż ta’ oriġini;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/86 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk, biex ikun eżerċitat id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja, applikazzjoni tad-dħul u residenza għandhiex tkun issottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew mill-isponsor jew mill-membru jew membri tal-familja.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jagħtu lill-persuna, li ssottomettiet l-applikazzjoni, notifika bil-miktub tad-deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux iktar tard minn disa’ xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata.</ALINEA><ALINEA>F’ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-komplessita ta’ l-eżami ta’ l-applikazzjoni, il-limitu ta’ żmien li jirreferi għalih l-ewwel paragrafu jista’ jkun estiż.</ALINEA><ALINEA>Għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni. Kull konsegwenzi [tal-assenza] ta’ deċiżjoni […] sa tmiem il-perjodu li jipprovdi għalih l-ewwel paragrafu għandhom ikunu ddeterminati mil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru relevanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tkun eżaminata applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta għall-aħjar interessi ta’ tfal minorenni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/86 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu mill-persuna li tkun ippreżentat l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja prova li l-isponsor għandu akkomodazzjoni, assigurazzjoni għall-mard u riżorsi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li telenka l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kapitolu V tad-Direttiva 2003/86, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi l-Artikoli 9 sa 12 tagħha. L-Artikolu 9(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprevedu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-Kapitolu għandu japplika għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjati rrikonoxxuti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għal refuġjati li r-relazzjonijiet familjali tagħhom jkunu bdew qabel id-dħul tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/86 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 4 għandu japplika għad-definizzjoni ta’ membri tal-familja ħlief li t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu ma’ għandux japplika għat-tfal ta’ refuġjati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw riunifikazzjoni tal-familja ta’ membri oħra tal-familja li ma jirreferix għalihom l-Artikolu 4, jekk huma dipendenti fuq ir-refuġjat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk ir-refuġjat huwa minorenni mhux akkompanjat, l-Istat Membru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jawtorizza d-dħul u residenza għall-għanijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tal-qraba ta’ l-ewwel grad tiegħu/tagħha fil-linja diretta axxendenti mingħajr ma japplika l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 4(2)(a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jista’ jawtorizza d-dħul u residenza għall-għanijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tal-kustodju legali tiegħu/tagħha jew kull membru ieħor tal-familja, fejn ir-refuġjat m’għandu ebda qraba fil-linja diretta axxendenti jew qraba bħal dawn (tali) ma jkunux jistgħu jinstabu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/86 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 5 għandu japplika għas-sottomissjoni u eżami ta’ l-applikazzjoni, suġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn refuġjat ma jistax jipprovdi xiehda dokumentarja uffiċjali tar-relazzjoni familjali, l-Istati Membri għandhom iqisu xiehda oħra, li għandha tkun stmata skond il-liġi nazzjonali, ta’ l-eżistenza ta’ din ir-relazzjoni. Deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni tista’ ma tkunx ibbażata biss fuq il-fatt li provi dokumentati jkunu nieqsa.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/86 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7, l-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li r-refuġjat u/jew il-membri tal-familja jipprovdu, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet dwar dawk il-membri tal-familja li jirreferi għalihom l-Artikolu 4(1), ix-xiehda li r-refuġjat jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati fl-Artikolu 7.</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal obbligi internazzjonali, fejn riunifikazzjoni tal-familja hija possibbli f’pajjiż terz li miegħu l-isponsor u/jew il-membru tal-familja għandu rabtiet speċjali, Stati Membri jistgħu jirrikjedu provvvediment tax-xiehda li jirreferi għaliha l-ewwel subparagrafu.</ALINEA><ALINEA>Stati Membri jistgħu jirrikjedu li r-refuġjat jissodisfa l-kondizzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 7(1) jekk l-applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ma tkunx issottomessa fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara l-għoti ta’ l-istatus ta’ refuġjat.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/95/UE</HT> </P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-premessi 18, 19 u 21 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>(18)</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>aħjar interessi tat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>, għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-evalwazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom<?PAGE NO="6"?> partikolarment jikkunsidraw b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minuri u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minuri skont l-età u l-maturità tiegħu/jew tagħha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Hu meħtieġ li wieħed iwessa’ l-kunċett ta’ membri tal-familja, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi differenti partikolari tad-dipendeza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>L-għarfien ta’ status ta’ refuġjat huwa att dikjaratorju.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> ifisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikat li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba dan il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’dan il-biża’, ma tixtieqx tirritorna lejha, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>status ta’ refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> ifisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bħala refuġjat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/95, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>L-għoti ta’ status ta’ refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[l]-Istati Membri għandhom jagħtu status ta’ refuġjat lil ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, li tikkwalifika bħala refuġjat bi qbil mal-Kapitoli II u III.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> Dawn il-kapitoli jirrigwardaw, rispettivament, l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u l-kundizzjonijiet sabiex persuna titqies bħala refuġjat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/32/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-premessa 33 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>), tipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>L-aħjar interessi tat-tfal, għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta japplikaw din id-Direttiva, f’konformità mal-[Karta tad-Drittijiet Fundamentali] u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-ivvalutar tal-aħjar interess tat-tfal, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jieħdu kont dovut tal-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, inkluż l-ambjent fejn jgħixu/jitrabbew.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Proċedura ta’ eżami<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprevedi fil-paragrafu 7 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>L-Istati Membri jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn l-applikant ikun vulnerabbli fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/33/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- <DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="96" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 96</REF.DOC.OJ>)], jew ikollu bżonn garanziji proċedurali speċjali, partikolarment minorenni mhux akkumpanjati[.]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-parti inizjali tal-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 29(2)(f) tal-Vreemdelingenwet 2000 (il-Liġi tal-2000 dwar il-Barranin), il-missier u l-omm ta’ ċittadin barrani li huwa minuri mhux akkumpanjat fis-sens tal-parti inizjali tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 jistgħu jingħataw permess ta’ residenza temporanju għall-finijiet tal-ażil imsemmi fl-Artikolu 28 ta’ dik il-liġi, jekk, fil-mument tal-wasla taċ-ċittadin barrani kkonċernat, kienu jagħmlu parti min-nukleu familjari tiegħu u jkunu waslu fl-istess ħin bħal dak iċ-ċittadin fil-Pajjiżi l-Baxxi jew ikunu ngħaqdu ma’ dan tal-aħħar fi żmien tliet xhur wara l-għoti, lil dak iċ-ċittadin, ta’ permess ta’ residenza temporanju skont l-imsemmi Artikolu 28.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bint A u S waslet mhux akkumpanjata fil-Pajjiżi l-Baxxi meta kienet għadha minuri. Fis-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, hija ppreżentat applikazzjoni għall-ażil. Fit-<DATE ISO="20140602">2 ta’ Ġunju 2014</DATE>, hija saret maġġorenni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, is-Segretarju tal-Istat ta lill-persuna kkonċernata permess ta’ residenza għall-finijiet tal-ażil għal perijodu ta’ ħames snin, b’effett mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20141223">23 ta’ Diċembru 2014</DATE>, l-organizzazzjoni VluchtelingenWerk Midden-Nederland ressqet f’isem bint A u S talba għal permess ta’ residenza temporanju għall-ġenituri tagħha kif ukoll għat-tliet aħwa minuri tagħha għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150527">27 ta’ Mejju 2015</DATE>, is-Segretarju tal-Istat ċaħad din it-talba għar-raġuni li, fid-data tal-preżentazzjoni tagħha, bint A u S kienet maġġorenni. L-ilment imressaq kontra din id-deċiżjoni ġie ddikjarat infondat permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150813">13 ta’ Awwissu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, A u S ippreżentaw rikors kontra din iċ-ċaħda quddiem ir-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, A u S isostnu li mill-parti inizjali tal-Artikolu 2 u mill-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 jirriżulta li, sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna tistax tingħata l-istatus ta’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>minuri mhux akkumpanjat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija d-data tad-dħul tal-persuna kkonċernata fl-Istat Membru kkonċernat li hija deċiżiva. Għall-kuntrarju, is-Segretarju tal-Istat iqis li hija d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja li hija determinanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li r-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċieda, permezz ta’ żewġ sentenzi tat-<DATE ISO="20151123">23 ta’ Novembru 2015</DATE>, li l-fatt li ċittadin barrani jkun sar maġġorenni wara l-wasla tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-parti inizjali tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, f’dan ir-rigward, li mill-parti inizjali tal-Artikolu 2 u mill-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 jirriżulta li, bħala prinċipju, l-istatus ta’ minuri mhux akkumpanjat għandu jiġi evalwat b’riferiment għad-dħul tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Membru. Huwa minnu li din id-dispożizzjoni tipprevedi żewġ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, jiġifieri dik tal-minuri li inizjalment ikun akkumpanjat u li sussegwentement jitħalla waħdu u dik tal-minuri li mal-wasla tiegħu ma jkunx akkumpanjat u li sussegwentement jieħu ħsiebu adult li jkun responsabbli għalih. Madankollu, iċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ ma jaqgħu taħt l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet u ma hemm xejn fit-test ta’ din id-dispożizzjoni li jikkorrobora l-idea li din tippermetti eċċezzjonijiet oħra għall-imsemmi prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja tar-refuġjati, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>minorenni mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> fis-sens [tal-parti inizjali tal-Artikolu 2 u] tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva [2003/86] għandha wkoll tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat taħt it-tmintax-il sena, li tidħol fit-territorju ta’ Stati Membru mhux akkompanjata minn adulti responsabbli għaliha bil-liġi jew b’użanza, u li:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>titolb l-ażil,</P></ITEM><ITEM><P>tagħlaq it-tmintax-il sena matul il-proċedura ta’ ażil, fit-territorju tal-Istat Membru,</P></ITEM><ITEM><P>tingħata l-ażil b’effett retroattiv mid-data tat-talba, u</P></ITEM><ITEM><P>titlob sussegwentement ir-riunifikazzjoni tal-familja?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT> </P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li għandu jingħata l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil f’dan l-Istat, iżda li, matul il-proċedura ta’ ażil, issir maġġorenni u, sussegwentement, jingħatalha l-ażil b’effett retroattiv għad-data tal-applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>A u S iqisu li din id-domanda għandha tingħata risposta affermattiva, filwaqt li l-Gvern Olandiż u dak Pollakk kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jiddefendu l-argument oppost. B’mod iktar preċiż, il-Gvern Olandiż isostni li huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu liema huwa l-mument rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk refuġjat għandux jitqies bħala minuri mhux akkumpanjat, fis-sens tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86. Għall-kuntrarju, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni jqisu li dan il-mument jista’ jiġi ddeterminat abbażi ta’ din id-direttiva. Skont il-Kummissjoni, dan il-mument huwa dak tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, filwaqt li, għall-Gvern Pollakk, huwa dak meta tiġi adottata d-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-għan tad-Direttiva 2003/86 huwa, skont l-Artikolu 1 tagħha, li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja li għandhom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessa 8 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din tipprevedi għar-refuġjati kundizzjonijiet iktar favorevoli għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, peress li s-sitwazzjoni tagħhom titlob attenzjoni partikolari minħabba raġunijiet li ġegħluhom jaħarbu minn pajjiżhom u li jwaqqfuhom milli jgħixu ħajja tal-familja normali hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet iktar favorevoli tirrigwarda r-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendenti diretti fl-ewwel grad tar-refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li, skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/86, il-possibbiltà li tali riunifikazzjoni hija, bħala prinċipju, fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru u suġġetta b’mod partikolari għall-kundizzjoni li l-axxendenti diretti fl-ewwel grad ikunu dipendenti fuq l-isponsor u li jkunu mċaħħda mill-appoġġ xieraq tal-familja fil-pajjiż ta’ oriġini, l-Artikolu 10(3)(a) ta’ din id-direttiva jipprevedi, b’eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, għar-refuġjati minuri mhux akkumpanjati, dritt għal tali riunifikazzjoni, li la ma huwa suġġett għal marġni ta’ diskrezzjoni min-naħa tal-Istati Membri u lanqas għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(a).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>minuri mhux akkumpanjat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li, fil-kuntest tad-Direttiva 2003/86, jintuża biss fl-Artikolu 10(3)(a), huwa ddefinit fil-parti inizjali tal-Artikolu 2 u fl-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont din l-aħħar dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>minuri mhux akkumpanjat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tfisser, għall-finijiet tad-Direttiva 2003/86, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni bla stat taħt l-età tmintax, li jaslu fit-territorju ta’ l-Istati Membri mhux akkompanjati minn adulti responsabbli bil-liġi jew b’użanza, u sakemm ma jittiħdux effettivament fir-reponsabbilta ta’ persuna tali, jew minorenni li jibqgħu mhux akkompanjati wara li jkunu daħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tipprevedi żewġ kundizzjonijiet, jiġifieri li l-persuna kkonċernata tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>mhux akkumpanjata<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalkemm, għal dak li jirrigwarda din it-tieni kundizzjoni, l-imsemmija dispożizzjoni tirreferi għall-mument tad-dħul tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jirriżulta madankollu minn din l-istess dispożizzjoni li ċirkustanzi sussegwenti għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, u dan f’żewġ każijiet. Għalhekk, minuri mhux akkumpanjat fil-mument tad-dħul tiegħu, li sussegwentement jieħu ħsiebu adult li jkun responsabbli għalih skont il-liġi jew b’użanza, ma jissodisfax din it-tieni kundizzjoni, filwaqt li minuri li inizjalment ikun akkumpanjat u li sussegwentement jitħalla waħdu jitqies bħala mhux akkumpanjat u, għalhekk, jissodisfa tali kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, li hija l-unika waħda inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 jindikaw biss li l-persuna kkonċernata għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>taħt l-età ta’ 18-il sena<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, mingħajr ma jispeċifikaw meta din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, bl-ebda mod ma jirriżulta minn din l-aħħar ċirkustanza li huwa f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi l-mument li huwa jkun jixtieq jagħżel sabiex jevalwa jekk din il-kundizzjoni hijiex sodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, hemm lok li jitfakkar li, konformement mar-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha għandha normalment tingħata, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ouhrami</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:590">EU:C:2017:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li la l-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 u lanqas l-Artikolu 10(3)(a) tagħha ma jinkludu riferiment għad-dritt nazzjonali jew għall-Istati Membri, u dan għad-differenza ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ din l-istess direttiva, bħall-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 11(2), liema fatt jissuġġerixxi li, jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kien xtaq iħalli fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru r-responsabbiltà li jiddetermina sa liema mument il-persuna kkonċernata għandha tkun minuri sabiex tibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tagħha, huwa kien jinkludi tali riferiment ukoll f’dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 jimponi fuq l-Istati Membri obbligu pożittiv preċiż, li għalih jikkorrispondi dritt iddefinit b’mod ċar. Dan jobbligahom, fl-ipoteżi stabbilita f’din id-dispożizzjoni, jawtorizzaw ir-riunifikazzjoni tal-familja tal-axxendenti diretti fl-ewwel grad tal-isponsor mingħajr ma jkollhom marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, id-Direttiva 2003/86 tipprova tilħaq mhux biss, b’mod ġenerali, l-għan li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja u li tingħata protezzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari lil minuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda l-Artikolu 10(3)(a) tagħha huwa intiż speċifikament li jiżgura protezzjoni addizzjonali għar-refuġjati li għandhom l-istatus ta’ minuri mhux akkumpanjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għalkemm id-Direttiva 2003/86 ma tiddeterminax b’mod espliċitu sa liema mument refuġjat għandu jkun minuri sabiex ikun jista’ jgawdi mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja previst fl-Artikolu 10(3)(a) tagħha, mill-għan ta’ din id-dispożizzjoni u mill-fatt li din ma tħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri, kif ukoll mill-assenza ta’ kwalunkwe riferiment għad-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward, jirriżulta madankollu li d-determinazzjoni ta’ dan il-mument ma tistax titħalla fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex, f’dan ir-rigward, paragunabbli għal dik, invokata mill-Gvern Olandiż, li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Noorzia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2092">EU:C:2014:2092</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u li kienet tirrigwarda l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86, li jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[b]iex tkun żgurata integrazzjoni aħjar u jkunu impeduti żwiġijiet furzati[,] Stati Membri jistgħu jirrikjedu l-isponsor u l-mara tiegħu/r-raġel tagħha li jkunu ta’ età minima, u għal massimu ta’ 21 sena [li ma tistax taqbeż il-21 sena], qabel ma l-konjugi ikun jista’ jingħaqad miegħu/magħha<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, għad-differenza tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86, l-Artikolu 4(5) tagħha għandu natura fakultattiva u barra minn hekk iħalli espliċitament lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddeterminaw l-età minima tal-isponsor u tal-konjuġi tiegħu li jixtiequ, fejn xieraq, jirrikjedu bl-għan leġittimu li jiżguraw integrazzjoni aħjar u jipprevjenu żwiġijiet furzati. Għaldaqstant, id-differenzi li jirriżultaw mill-fatt li kull Stat Membru huwa liberu li jiddefinixxi d-data li għaliha l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu għandhom jirreferu sabiex jiddeterminaw jekk il-kundizzjoni dwar l-età hijiex issodisfatta huma perfettament kompatibbli man-natura u mal-għan tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86, kuntrarjament għal dak li huwa l-każ għall-Artikolu 10(3)(a) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda iktar preċiżament il-kwistjoni ta’ liema huwa, fl-aħħar mill-aħħar, il-mument li fih għandha tiġi evalwata l-età ta’ refuġjat sabiex ikun jista’ jitqies bħala minuri u b’hekk ikun jista’ jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja msemmi fl-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86, għandha tingħata risposta b’riferiment għall-kliem, għall-istruttura u għall-għan ta’ din id-direttiva, fid-dawl tal-kuntest leġiżlattiv li fih hija taqa’ kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-punti 38 u 39 ta’ din is-sentenza jirriżulta li la l-kliem tal-parti inizjali tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86 u lanqas l-Artikolu 10(3)(a) ta’ din id-direttiva ma jippermettu fihom infushom li tingħata risposta għall-imsemmija kwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-istruttura tad-Direttiva 2003/86, hemm lok li jiġi osservat li, skont l-Artikolu 3(2)(a) tagħha, din ma tapplikax meta l-isponsor ikun ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat u li l-applikazzjoni tiegħu ma tkunx għada s-suġġett ta’ deċiżjoni definittiva. L-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva jippreċiża, min-naħa tiegħu, li l-Kapitolu V tagħha, li minnu jagħmel parti l-Artikolu 10(3)(a), għandu japplika għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjati rrikonoxxuti bħala tali mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalkemm il-possibbiltà għal applikant għall-ażil li jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/86 hija għalhekk suġġetta għall-kundizzjoni li l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil tkun diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni finali pożittiva, jeħtieġ madankollu li jiġi kkonstatat li din il-kundizzjoni tista’ tiġi spjegata faċilment permezz tal-fatt li, qabel l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, huwa impossibbli li wieħed ikun jaf b’ċertezza jekk il-persuna kkonċernata tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tingħata l-istatus ta’ refuġjat, liema fatt jaffettwa min-naħa tiegħu d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-istatus ta’ refuġjat għandu jingħata lil persuna meta din tissodisfa r-regoli minimi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/95, l-Istati Membri għandhom jagħtu dan l-istatus lil kull ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew lil kull persuna mingħajr Stat li tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex titqies li hija refuġjat konformement mal-Kapitoli II u III ta’ din id-direttiva, mingħajr ma għandhom setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>H. T.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑373/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:413">EU:C:2015:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-premessa 21 tad-Direttiva 2011/95 tippreċiża, barra minn hekk, li r-rikonoxximent tal-istatus ta’ rifuġjat huwa att dikjaratorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>B’hekk, wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-Kapitolu II tad-Direttiva 2011/95, kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew kull persuna mingħajr Stat li tissodisfa l-kundizzjonijiet materjali previsti mill-Kapitolu III ta’ din id-direttiva tgawdi minn dritt suġġettiv li jiġi rrikonoxxut l-istatus tagħha ta’ refuġjat, u dan anki qabel ma tkun ġiet adottata deċiżjoni formali f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja msemmi fl-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 ikun jiddependi fuq meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tadotta formalment id-deċiżjoni li tirrikonoxxi l-istatus ta’ refuġjat lill-persuna kkonċernata u, għaldaqstant, fuq kemm din l-awtorità tipproċessa malajr jew bil-mod l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jqiegħed inkwistjoni l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni u jmur kontra mhux biss l-għan ta’ din id-direttiva, li huwa li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja u li tingħata, f’dan ir-rigward, protezzjoni partikolari lir-refuġjati, b’mod partikolari lill-minuri mhux akkumpanjati, iżda wkoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li żewġ refuġjati minuri mhux akkumpanjati tal-istess età li jippreżentaw fl-istess ħin applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jistgħu, għal dak li jirrigwarda d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, jiġu ttrattati b’mod differenti skont it-tul ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet, li fuqu huma normalment ma jkollhom l-ebda influwenza u li, lil hinn mill-kumplessità tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni, jista’ jiddependi fuq kemm ikollhom xogħol l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll fuq l-għażliet politiċi li jkunu saru mill-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-persunal imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet u l-każijiet li jittrattaw bi prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li t-tul ta’ proċedura ta’ ażil jista’ jkun sinjifikattiv u li, partikolarment f’perijodi ta’ influss kbir ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali, it-termini previsti f’dan ir-rigward mid-dritt tal-Unjoni ħafna drabi jinqabżu, il-fatt li d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja jkun jiddependi fuq meta din il-proċedura tintemm ikun jista’ jċaħħad parti kbira mir-refuġjati li<?PAGE NO="12"?> jkunu ppreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali bħala minuri mhux akkumpanjati mill-benefiċċju ta’ dan id-dritt u mill-protezzjoni li l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 huwa intiż li jagħtihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minflok ma tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jipproċessaw bi prijorità l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati minn minuri mhux akkumpanjati sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom, liema possibbiltà issa hija espressament mogħtija mill-Artikolu 31(7)(b) tad-Direttiva 2013/32, tali interpretazzjoni jista’ jkollha l-effett oppost, b’mod li tmur kontra l-għan imfittex kemm minn din id-direttiva kif ukoll mid-Direttivi 2003/86 u 2011/95 li jiġi żgurat li, konformement mal-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-aħjar interessi tal-minuri jkunu effettivament kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li tirrendi assolutament imprevedibbli għal minuri mhux akkumpanjat li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali l-fatt dwar jekk huwa ser jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu, li jista’ jkollu impatt negattiv fuq iċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jekk id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali titqies li hija dik li għandu jsir riferiment għaliha sabiex tiġi evalwata l-età ta’ refuġjat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86, dan jippermetti li jiġi żgurat trattament identiku u prevedibbli għall-applikanti kollha li jinsabu kronoloġikament fl-istess sitwazzjoni, billi jiġi żgurat li s-suċċess tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja jkun jiddependi prinċipalment fuq ċirkustanzi imputabbli lill-applikant u mhux lill-amministrazzjoni, bħat-tul tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Noorzia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2092">EU:C:2014:2092</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Ċertament, sa fejn, kif sostnew il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni, ikun inkompatibbli mal-għan tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 il-fatt li refuġjat li kellu l-istatus ta’ minuri mhux akkumpanjat fil-mument tal-applikazzjoni tiegħu iżda li jkun sar maġġorenni matul il-proċedura jkun jista’ jinvoka l-benefiċċju ta’ din id-dispożizzjoni mingħajr ebda limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, l-applikazzjoni tiegħu intiża għal tali riunifikazzjoni għandha ssir f’terminu raġonevoli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ tali terminu raġonevoli, is-soluzzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest simili tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) ta’ din id-direttiva għandha valur indikattiv b’tali mod li hemm lok li jitqies li l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familji magħmula abbażi tal-Artikolu 10(3)(a) tal-imsemmija direttiva għandha, bħala prinċipju, f’tali sitwazzjoni, tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mill-jum li fih il-minuri kkonċernat jingħata l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dati l-oħra li ġew proposti fil-kuntest ta’ din il-proċedura sabiex jiġi evalwat jekk refuġjat jistax jitqies li huwa minuri, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li d-data tad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru ma tistax, bħala prinċipju, titqies bħala determinanti f’dan ir-rigward, minħabba r-rabta intrinsika li teżisti bejn id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja previst fl-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 u l-istatus ta’ refuġjat, li r-rikonoxximent tiegħu jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja u d-data ta’ deċiżjoni dwarha, biżżejjed jitfakkar li mill-punt 55 ta’ din is-sentenza jirriżulta b’mod partikolari li d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja previst fl-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 ma jistax jiddependi fuq il-mument meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tadotta formalment deċiżjoni li tirrikonoxxi l-istatus ta’ refuġjat lill-isponsor. Issa, dan ikun preċiżament il-każ li kieku waħda minn dawn id-dati titqies li hija deċiżiva, peress li, kif<?PAGE NO="13"?> ġie osservat fil-punti 50 u 51 ta’ din is-sentenza, l-isponsor jista’ jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja biss wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tirrikonoxxi l-istatus tiegħu ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jingħata l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil f’dan l-Istat, iżda li, matul il-proċedura ta’ ażil, issir maġġorenni u, sussegwentement, jiġi rrikonoxxut l-istatus tagħha ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE> dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jingħata l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil f’dan l-Istat, iżda li, matul il-proċedura ta’ ażil, issir maġġorenni u, sussegwentement, jiġi rrikonoxxut l-istatus tagħha ta’ refuġjat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>