|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1426 |
30.6.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1426
tal-25 ta’ Ġunju 2026
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2026) 4549)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva fl-għasafar li tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam, u dan jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-istabbilimenti li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI fl-istabbilimenti li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered fi stabbilimenti oħra bħal dawn. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, fosthom l-HPAI. B’mod partikolari, l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti trid minnufih tistabbilixxi żona ristretta li tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 2, il-punt (a), l-Artikolu 3, il-punt (a), u l-Artikolu 4, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu, rispettivament, li wara tifqigħat tal-HPAI, iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 iridu jkunu jinkludu mqar iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri f’dak l-Anness. L-Artikolu 2, il-punt (b), l-Artikolu 3, il punt (b), u l-Artikolu 4, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat, iridu jinżammu mqar sad-dati stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1239 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fi Franza, fin-Netherlands u fil-Polonja fi stabbilimenti li kienu jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1239, il-Litwanja u l-Iżvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-HPAI f’dawk l-Istati Membri fi stabbilimenti li kienu jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. B’mod partikolari, dawn in-notifiki kienu jikkonċernaw tifqigħa waħda fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-muniċipalità distrettwali ta’ Širvintos fil-Litwanja, u tifqigħa waħda fil-pollam fil-muniċipalità ta’ Helsingborg fl-Iżvezja. |
|
(7) |
Wara dawk it-tifqigħat ġodda, il-Litwanja u l-Iżvezja ħadu l-miżuri meħtieġa tal-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri tal-kontroll tal-mard li ħadu il-Litwanja u l-Iżvezja, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri rispettivi għat-tifqigħat deskritti huma f’distanza suffiċjenti mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(9) |
Biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u kull tfixkil mhux ġustifikat għall-kummerċ impost minn pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Litwanja u mal-Iżvezja, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, bħalissa m’hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal-Litwanja u għas-Slovakkja. Għalhekk, iż-żoni kkonċernati issa jenħtieġ li jiġu elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Litwanja u fis-Slovakkja, biex jitqiesu l-konfini ta’ dawk iż-żoni stabbiliti minn dawk l-Istati Membri, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi malajr kemm jista’ jkun. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1239 tal-4 ta’ Ġunju 2026 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2026/1239, 9.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1239/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
Département : Dordogne (24) |
||
|
FR-HPAI(P)-2026-00020 |
VAL DE LOUYRE ET CAUDEAU SAINTE FOY DE LONGAS SAINT MICHEL DE VILLADEIX SAINT MARCEL DE PERIGORD |
19.6.2026 |
Stat Membru: Il-Litwanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
LT-HPAI(NON-P)-2026-00015 |
Širvintų r. sav.: Gelvonų sen.: Mantinionių k., Dabužynės k.; Musninkų sen.: Antanošos k., Santariškių k., Vinkšnabrasčio k., Pigašių k., Šafarnės vs., Standviliškio k., Narvydiškio k., Ulšiškių k., Gataukiškio k., Pažydės k., Rusteikiškių k., Paširvinčio k., Juodonių k.; Širvintų sen.: Šilelių k., Prienų k., Vindeikių k., Grinių k., Dubių k., Mažutiškio k., Vebronių k., Sapnų vs., Ivanavos k., Gudeliškių k. |
29.6.2026 |
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
PL-HPAI(P)-2026-00144 |
W województwie wielkopolskim, w powiecie kaliskim, części gmin: Opatówek, Koźminek, Szczytniki znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: 51.7534,18.233233 |
19.6.2026 |
Stat Membru: L-Iżvezja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
SE-HPAI(P)-2026-00002 |
Those parts of the municipality of Helsingborg and Höganäs contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 56.14295 and E 12.66211 |
6.7.2026 |
Parti B
Żoni ta’ protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
Département: Dordogne (24) |
||
|
FR-HPAI(P)-2026-00020 |
BEAUREGARD ET BASSAC CAUSES DE CLERANS CLERMONT DE BEAUREGARD FOULEIX LALINDE LIORAC SUR LOUYRE MAUZAC ET GRAND CASTAING PAUNAT PEZULS PRESSIGNAC VICQ SAINT AMAND DE VERGT SAINT AVIT DE VIALARD SAINT FELIX DE VILLADEIX SAINT GEORGES DE MONTCLARD SAINT MARCEL DU PERIGORD SAINT MARTIN DES COMBES SAINT MAYME DE PEREYROL SAINT MICHEL DE VILLADEIX SAINTE FOY DE LONGAS SALON TREMOLAT VERGT VEYRINES DE VERGT |
28.6.2026 |
|
VAL DE LOUYRE ET CAUDEAU SAINTE FOY DE LONGAS SAINT MICHEL DE VILLADEIX SAINT MARCEL DE PERIGORD |
20.6.2026-28.6.2026 |
|
|
Département: Haute-Garonne (31) |
||
|
FR-HPAI(P)-2026-00019 FR-HPAI(NON-P)-2026-00050 |
BONDIGOUX BOULOC (territoire situé au Nord des axes D77 et D30) CASTELNAU-D’ESTRÉTEFONDS(territoire situé à l’Est de l’A62 et Nord de la D77) LA MAGDELAINE-SUR-TARN LE BORN VACQUIERS VILLAUDRIC VILLEMATIER VILLENEUVE-LES-BOULOC (territoire situé au Nord de l’axe D30) |
21.6.2026 |
|
FRONTON VILLEMUR SUR TARN |
13.6.2026-21.6.2026 |
|
|
Département: Tarn-et-Garonne (82) |
||
|
FR-HPAI(P)-2026-00018 |
CAMPSAS CANALS CORBARIEU FABAS LABASTIDE-SAINT-PIERRE MONTAUBAN (TERRITOIRE SITUE ENTRE LE TARN A L'OUEST, A62 AU NORD, ET LE TESCOU A L'EST). POMPIGNAN REYNIES SAINT-NAUPHARY VARENNES VERLHAC-TESCOU VILLEBRUMIER |
21.6.2026 |
|
NOHIC ORGUEIL |
13.6.2026-21.6.2026 |
|
Stat Membru: Il-Litwanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
LT-HPAI(NON-P)-2026-00015 |
Širvintų r. sav.: Čiobiškio sen.: Rusių Rago k., Strazdų k., Burniškių k., Valakėlės vs., Armoniškių vs., Čiobiškio k., Ustronės k., Nesteriškio vs., Brazelių k., Darvydų k., Liaukiškių k., Kamaikos vs., Pigonių k., Malinavos k., Petruvkos vs., Janionių k., Lapelių k., Grebliaučiznos k., Boruvkos vs., Astruvkos k., Spietiškių k., Bartasiūniškio k., Skruzdėlių k., Pamusių k., Užukamajo vs., Pakerpės k., Kaimenkos vs., Stepanavos k., Ilgojaus k., Markučių k., Sporų vs., Aleksandravos k., Padvarių k., Dembuvkos vs., Toliotiškio k.; Gelvonų sen.: Gelvonų k., Zubelių k., Raudonkos vs., Sedūnų k., Lemantaučiznos vs., Boleslavos vs., Markūnų k., Moliupės vs., Pyplių k., Bagaslaviškio k., Žieveliškių k., Davonių k., Senadvarių k., Šeiniūnų k., Maskoliškių k., Garliaučiznos k., Laplierių k., Išeriškių k., Stavarygalos k., Pasodninkų k., Bagaslaviškio mstl., Cegelnės k., Žičkų k., Pagojo vs., Liukonių k., Pociūniškio k., Neveronių k., Bagaslaviškio vs., Pagojo vs., Gurų vs., Lapšių k., Markeliškio vs., Gelvankos vs., Bagdyšių k., Gelvonų mstl., Juodagalviškių vs., Pramislavos k., Sabališkių k., Mikalajūnų k., Lapiškių I k., Savingės vs., Januvkos vs., Palionės vs., Lesčiūnų k., Maželių k., Pusilgiškių k., Karališkių k., Tilvikų k.; Jauniūnų sen.; Skėterių k., Paspėrių k., Sasnuvkos vs., Kernavės sen. Sutkiškių k., Kunigiškių I k., Vičiūnų k., Kalnynų k., Ardiškio k., Dailidžių vs., Ramoniškių I k., Pakalniškių k., Kunigiškių II k.; Musninkų sen.: Katūniškių k., Virvyčių k., Kaimynėlių k., Liuliškių k., Pagojo vs., Užušilių k., Trakų vs., Svietiškių k., Kaukiškio k., Stanislavuvkos vs., Musninkų mstl., Mikailiškio k., Plotų vs., Sakalninkų k., Musninkėlių k., Svietiškių vs., Smailių k., Taučiulių k., Mantagališkių k., Krunų k., Stakaučiznos vs., Padubės k., Minčiukų k., Bareikiškių k., Rusokų k., Paberžės k., Daubariškio k., Vyšnialaukio k., Varnalėšų k., Kaimynų k., Limarninko k., Žadžių k., Aleksandravos vs., Vileikiškių k., Viršuliškių k., Bajoriškio k., Daubariškio vs., Gojaus vs., Krapiliškių k., Bilotų k.; Širvintų sen.: Lipuvkos vs., Degučių k., Pikūnų k., Zasino k., Grigaliūnų k., Jakūbonių k., Varanavos k., Šniponių k., Kairionių k., Surgėliškių vs., Daciūnų k., Jasiškių k., Dailidžionių k., Gorupės vs., Gelvonėlių k., Trejokų k., Liūnų II k., Levainių k., Aukštųjų Viesų k., Saveikiškio I k., Šeipūnų k., Vaiškūnų k., Darmožarų k., Vytinės k., Motiejūnų II k., Kančiūnų k., Širvintėlių k., Kelpšiškių vs., Surgėlių k., Ūdaros k., Padaciūnų k., Družų k., Beržės k., Spadviliškių k., Banišonių k., Akmenių k., Šiaulių k., Barzdžių k., Žemųjų Viesų k., Meižių k., Rimučių k., Žvirblių k., Senųjų Viesų k., Paširvinčio vs., Dainių k., Vėjelkos k., Raistalindžių k., Grigiškių k., Lapšių k., Liūnų I k., Girelės vs., Vaidžiuliškių k., Alekniškio vs., Dembuvkos k., Koltynės k., Nartakų k., Saveikiškio II k., Bredėnų k., Širvintų k., Kaišiadorių r. sav.: Paparčių sen.: Bilotų k., Pakalniškių k., Panerių k., Mičiūnų k., Kmitų k., Antakalnio k., Neravų k., Niauriškių k., Žaslių sen.: Padalių k., Budelių k. |
8.7.2026 |
|
Širvintų r. sav.: Gelvonų sen.: Mantinionių k., Dabužynės k.; Musninkų sen.; Antanošos k., Santariškių k., Vinkšnabrasčio k., Pigašių k., Šafarnės vs., Standviliškio k., Narvydiškio k., Ulšiškių k., Gataukiškio k., Pažydės k., Rusteikiškių k., Paširvinčio k., Juodonių k.; Širvintų sen.: Šilelių k., Prienų k., Vindeikių k., Grinių k., Dubių k., Mažutiškio k., Vebronių k., Sapnų vs., Ivanavos k., Gudeliškių k. |
30.6.2026-8.7.2026 |
Stat Membru: In-Netherlands
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
NL-HPAI(P)-2026-00018 |
Those parts of the Province Friesland beyond the area described in the protection zone and within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates Latitude 53.32 / Longitude 5.78 |
22.6.2026 |
|
Those parts of the Province Friesland contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates Latitude 53.32 / Longitude 5.78 |
14.6.2026 – 22.6.2026 |
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-HPAI(P)-2026-00066 PL-HPAI(P)-2026-00067 PL-HPAI(P)-2026-00068 PL-HPAI(P)-2026-00069 PL-HPAI(P)-2026-00081 PL-HPAI(P)-2026-00082 PL-HPAI(P)-2026-00107 PL-HPAI(P)-2026-00112 PL-HPAI(P)-2026-00116 PL-HPAI(P)-2026-00121 PL-HPAI(P)-2026-00122 PL-HPAI(P)-2026-00123 PL-HPAI(P)-2026-00127 PL-HPAI(P)-2026-00133 PL-HPAI(P)-2026-00137 PL-HPAI(P)-2026-00138 PL-HPAI(P)-2026-00139 PL-HPAI(P)-2026-00141 |
W województwie wielkopolskim:
|
28.6.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
|
1.5.2026-28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
|
8.5.2026-28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
|
22.5.2026-28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
|
31.5.2026-28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
|
30.5.2026-28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim w powiecie ostrowskim w części gminy Raszków i Ostrów Wielkopolski znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość 51.7470769 i długość 17.7583547 |
30.5.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim w powiecie ostrowskim w części gminy Nowe Skalmierzyce i Ostrów Wielkopolski i części gminy Gołuchów w powiecie pleszewskim znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość 51.76211625 i długość 17.90741444 |
7.6.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim w powiecie jarocińskim w części gmin Kotlin, Jarocin, Dobrzyca znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość 51.9187634 i długość 17.6197289 |
7.6.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim, w powiecie pleszewskim, część gmin Pleszew i Gołuchów znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość 51.8614 i długość 17.84643056 |
9.6.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim, część miasta Ostrów Wielkopolski, części gmin Raszków, Ostrów Wielkopolski znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość 51.6855165 i długość 17.7615671 |
7.6.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
|
13.6.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-HPAI(P)-2026-00112 PL-HPAI(P)-2026-00117 PL-HPAI(P)-2026-00118 PL-HPAI(P)-2026-00135 PL-HPAI(P)-2026-00142 |
W województwie lubelskim
W województwie mazowieckim w powiecie łosickim:
|
23.6.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie lubelskim: powiat bialski:
W województwie mazowieckim powiecie łosickim w gminie Huszlew, miejscowości: Dziadkowskie, Dziadkowskie– Folwark, Wygoda, Żurawlówka, Krasna–Kolonia, Krasna, Waśkowólka. |
14.6.2026 – 23.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-HPAI(P)-2026-00143 |
W województwie wielkopolskim części gmin Mycielin, Ceków-Kolonia, Malanów, Turek, Kawęczyn Goszczanów, Lisków i Koźminek położone poza obszarem określonym jako strefa ochronna i mieszczące się w okręgu o promieniu 10 kilometrów, wyznaczonym wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość geograficzna 51.907355,18.3984W województwie wielkopolskim:
W województwie łódzkim, w powiecie sieradzkim, część gminy Goszczanów znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 10 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: szerokość 51.907355,18.398489 i położone poza obszarem opisanym jako obszar zapowietrzony |
28.6.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim:
znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: 51.907355,18.398489 |
18.6.2026 – 28.6.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL-HPAI(P)-2026-00144 |
W województwie wielkopolskim:
|
28.6.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
W województwie wielkopolskim, w powiecie kaliskim, części gmin: Opatówek, Koźminek, Szczytniki znajdujące się w obrębie okręgu o promieniu 3 kilometrów, wyznaczonego wokół punktu o współrzędnych geograficznych WGS84: 51.7534,18.233233 |
20.6.2026 – 28.6.2026 |
Stat Membru: L-Iżvezja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
SE-HPAI(P)-2026-00002 |
The area of the parts of the municipalities of Helsingborg, Höganäs and Ängelholm extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of 10 kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 56.14295 and E 12.66211 |
15.7.2026 |
|
Those parts of the municipalities of Helsingborg and Höganäs contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 56.14295 and E 12.66211 |
7.7.2026 – 15.7.2026 |
Parti C
Żoni ristretti ulterjuri kif imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: Il-Polonja
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
28.6.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1426/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)