<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑667/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0667</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:151">EU:C:2015:151</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150305">5.3.2015</DATE> – KAWŻA C‑667/13</P><P>BANCO PRIVADO PORTUGUÊS U MASSA INSOLVENTE DO BANCO PRIVADO PORTUGUÊS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2011/346/UE</KEYWORD><KEYWORD>Domandi dwar il-validità</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(3)(b) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Perturbazzjoni gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑667/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20131216">16 ta’ Diċembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Estado português</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Banco Privado Português SA</HT>, fi stralċ,</P><P><HT TYPE="BOLD">Massa Insolvente do Banco Privado Português SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u J. L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Banco Privado Português SA, fi stralċ u l-Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, minn M. Ferreira Santos u R. Leandro Vasconcelos, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u A. Cunha, bħala aġenti, assistiti minn M. Pena Machete u G. Reino Pires, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. França u L. Flynn kif ukoll minn M. Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, minn naħa, il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-<DATE ISO="20100720">20 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="95" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 159, p. 95</REF.DOC.OJ>) u, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Estado português (Stat Portugiż) u Banco Privado Português SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>BPP<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fi stralċ, kif ukoll il-Massa Insolvente do Banco Privado Português SA (massa ta’ kredituri ta’ BPP), dwar ir-reġistrazzjoni tal-kreditu ta’ dan l-Istat fil-passiv tal-istralċ sa ammont ta’ EUR 24 462 921.24, miżjuda bl-interessi dovuti, li jirrappreżenta l-ammont tal-irkupru tal-għajnuna li ngħatat illegalment lil BPP flimkien ma’ self ta’ ammont ta’ EUR 450 000 000 lil dan il-bank ta’ garanzija tal-Istat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>garanzija<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 659/1999</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(f) tar-Regolament Nru 659/1999 jiddefinixxi l-għajnuna illegali bħala l-għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Rkupru tal-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (iktar ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ ir-rkupru ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi [tal-Unjoni].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna li ser tkun rikuperata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi l-imgħax f’rata xierqa ffissata mill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jkun pagabbli mid-data li fiha l-għajnuna llegali kienet fid-disposizzjoni tal-benefiċjarju sad-data li fiha kienet irkuprata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-ebda ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea] skont l-Artikolu [278 TFUE], ir-rkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu għall-esekuzzjoni mmedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal dan l-effett u fl-eventwalità ta’ proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri proviżjonali, mingħajr preġudizzju għall-liġi [tal-Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C (2009) 1892 finali, tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 71/08 – Portugal, Auxílio estatal ao Banco Privado Português – BPP (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="174" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU C 174, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), il-Kummissjoni, bħala miżura ta’ emerġenza, iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-Estado Português fil-forma ta’ garanzija, li tkopri self ta’ EUR 450 miljun li kien ingħata minn sitt banek Portugiżi lil BPP fil-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>. Din il-garanzija ġiet awtorizzata abbażi tal-Artikolu 87(3)(b)KE, li sar l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, għal perijodu ta’ sitt xhur, jiġifieri sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-premessa 34 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta l-evalwazzjoni tal-għajnuna li saret mill-Kummissjoni kienet mingħajr preġudizzju għal dik li hija kienet tagħmel kieku l-miżura ġiet estiża lil hinn mill-iskadenza msemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 39 tal-imsemmija direttiva tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Minkejja l-valur għoli tal-garanziji offruti, ir-remunerazzjoni tal-garanzija [...] kienet sostanzjalment inferjuri għal dak li normalment jitqies bħala adegwat fil-każ ta’ banek f’diffikultà. Il-Kummissjoni tqis li din ir-remunerazzjoni tista’, eċċezzjonalment, tiġi kklassifikata bħala adegwata sa fejn din tiżgura s-sopravvivenza ta’ [BPP], u dan madankollu biss għal perijodu qasir ta’ salvataġġ. Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni ta’ dan il-livell ta’ remunerazzjoni huwa bil-kundizzjoni li jiġi ppreżentat pjan ta’ ristrutturazzjoni. Il-Kummissjoni tistenna li l-ispejjeż tal-għajnuna pubblika favur BPP jkunu riflessi, fit-tul, fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni intiż li jistabbilixxi l-vijabbiltà tagħha [...] u li l-impatt kompetittiv tal-għajnuna mogħtija jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ miżuri kompensatorji. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoniu tfakkar ukoll u pożittivament tirrikonoxxi l-impenn tal-awtortijiet Portugiżi li jippreżentaw pjan ta’ ristrutturazzjoni f’terminu ta’ sitt xhur mid-data tal-għoti tal-miżura ta’ għajnuna lil [BPP], jiġifieri sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar, fil-premessa 41 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, li kwalunkwe estensjoni eventwali tal-għajnuna, li t-tul huwa limitat għal sitt xhur, trid tiġi nnotifikata lilha għall-approvazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni 2011/346</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 12, 13 u 19 sa 24 tad-Deċiżjoni 2011/346 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(9)</NO.P><TXT>BPP hija istituzzjoni finanzjarja bbażata fil-Portugall li tipprovdi servizzi bankarji privati, konsulenza korporattiva u ekwità privata. BPP huwa preżenti fil-Portugall, Spanja u sa ċertu punt fil-Brażil u fl-Afrika t’Isfel.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20081124">24 ta’ Novembru 2008</DATE>, BPP informa lill-Bank Ċentrali Portugiż (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Bank tal-Portugall<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) li huwa kien qiegħed jirriskja li ma jissodisfax l-obbligi ta’ ħlas tiegħu. BPP imbagħad tħalla jissospendi l-ħlasijiet tiegħu kollha mill-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>, BPP irċeva self ta’ EUR 5 miljun appoġġat b’garanzija [...]. Is-self u l-garanzija kienu jkopru biss l-obbligazzjonijiet ta’ BPP kif irreġistrati fil-karta tal-bilanċ fl-<DATE ISO="20081124">24 ta’ Novembru 2008</DATE> u s-self kellu jintuża biss għar-rimbors lid-depożitanti u kredituri oħrajn u mhux biex ikopri l-obbligazzjonijiet ta’ entitajiet oħrajn tal-grupp.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami mill-Kummissjoni tal-miżura ta’ għajnuna ta’ emerġenza [għal salvataġġ], il-Portugall impenja ruħu li jipprovdi pjan ta’ ristrutturar għal BPP fi żmien sitt xhur mill-intervent tal-Istat (jiġifieri sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>).</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Kummissjoni approvat il-miżura għal perjodu ta’ sitt xhur mill-għoti tal-garanzija [...], jiġifieri sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll is-sottomissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE> bħala neċessarja minħabba l-livell eċċezzjonalment baxx ta’ remunerazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Sabiex itawlu l-validità tal-garanzija lil hinn mill-perjodu inizjali ta’ sitt xhur, l-awtoritajiet Portugiżi impenjaw ruħhom li jissottomettu notifika speċifika lill-Kummissjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Il-Portugall ma ssodisfax l-impenji msemmija hawn fuq.</TXT><P>[...]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Permezz ta’ e-Mail datata t-<DATE ISO="20090623">23 ta’ Ġunju 2009</DATE>, il-Portugall informa lill-Kummissjoni li kien ħa d-deċiżjoni li jestendi l-garanzija [...] għal perjodu ieħor ta’ sitt xhur (Despacho Nru 13364-A/2009 tal-Ministru tal-Finanzi tal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>). Madankollu, il-Portugal la nnotifika dik l-estensjoni u lanqas fittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Minħabba li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni approvat l-għajnuna biss sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, l-għajnuna ta’ salvataġġ saret illegali fis-<DATE ISO="20090606">6 ta’ Ġunju 2009</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Dwar il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE tal-garanzija, il-premessi 57 sa 60 tad-Deċiżjoni 2011/346 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(57)</NO.P><TXT>Kif stabbilit [...] fid-Deċiżjoni [...] tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE> [...], il-garanzija [...] tippermetti lil BPP jikseb kundizzjonijiet finanzjarji aħjar għas-self miksub milli dawk normlament disponibbli fis-suq għall-kumpaniji f’ċirkostanzi simili, fil-każ improbabbli, kif ammess mill-awtoritajiet Portugiżi, li t-tali self kien ikun attwalment disponibbli. F’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni [tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>] diġà ddikjarat li t-tariffa [remunerazzjoni] ta’ 20 punt bażi kienet ferm iżjed baxxa mil-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-<DATE ISO="20081020">20 ta’ Ottubru 2008</DATE>. Minkejja l-livell għoli ta’ kollateralizzazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħlas għall-garanzija [...] kien ferm iżjed baxx minn dak li ġeneralment jitqies bħala xieraq għal banek f’diffikultà finanzjarja. Dan il-ħlas kien meqjus xieraq biss għall-fażi ta’ salvataġġ, soġġett għas-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar qabel il-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(58)</NO.P><TXT>B’differenza minn banek oħra, li ma bbenefikawx mill-garanzija [...] fuq is-self, BPP kiseb vantaġġ ekonomiku fis-sens li t-tariffa mitluba għall-garanzija [...] kienet b’mod evidenti iżjed baxxa mil-livell tas-suq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(59)</NO.P><TXT>L-argument imressaq mill-awtoritajiet Portugiżi li BPP ma kienx qed jopera fis-suq wara l-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE> ma tistax tiġi aċċettata. Minħabba li l-liċenzja bankarja ta’ BPP ġiet revokata biss mill-Bank tal-Portugall fil-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, BPP seta’ daħal jew daħal mill-ġdid fis-suq fi żmien qasir. Tabilħaqq, il-pjanijiet ta’ rkupru għal BPP sottomessi bejn Diċembru 2008 u April 2009 juru l-potenzjal tal-bank li jkompli jeżerċita attività ekonomika bħala konsegwenza tal-miżura ta’ salvataġġ. Minħabba l-attivitajiet u l-pożizzjoni ta’ BPP fis-swieq finanzjarji internazzjonali, dan il-vantaġġ potenzjalment jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Huwa biss mill-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, mar-revoka tal-liċenzja bankarja, li BPP tilef kwalunkwe kapaċità li jidħol mill-ġdid fis-suq u biex potenzjalment ifixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(60)</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ssemma’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija [...] tat vantaġġ ekonomiku lil BPP permezz tal-użu tar-riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Portugall. Dan il-vantaġġ jista’ jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-miżura għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Dwar l-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern, il-premessi 65, 67, 68 u 70 sa 72 ta’ din id-deċiżjoni huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(65)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali attwali tista’ toħloq tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw lill-banek jistgħu jitqiesu xierqa biex jirrimedjaw għal dan it-tfixkil. Ara l-[komunikazzjoni tal-Kummissjoni – L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="270" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2010">ĠU C 270, p.8</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Komunikazzjoni dwar il-Banek<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>)] [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(67)</NO.P><TXT>Filwaqt li ma ssottomettiex il-pjan ta’ ristrutturar, minkejja t-talbiet ripetuti u l-mandat [inġunzjoni] ta’ [għal] informazzjoni, [...] il-Portugall estenda l-garanzija darbtejn mingħajr ma ta notifika minn qabel lil u mingħajr ma ħa l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(68)</NO.P><TXT>[...] Id-Deċiżjoni [tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>] għamlet konnessjoni bejn l-approvazzjoni tal-garanzija [...] u l-implimentazzjoni tal-impenn mill-awtoritajiet Portugiżi biex jippreżentaw il-pjan ta’ ristrutturar fi żmien sitt xhur. L-awtoritajiet Portugiżi ma kkonformawx ma’ dan l-impenn.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(70)</NO.P><TXT>[...] il-fatt jibqa’ li [dan i]l-pjan [...] ma ġiex ippreżentat fil-perjodu meħtieġ stabbilit fid-Deċiżjoni [tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>] u għalhekk il-bażi li fuqu ngħatat l-approvazzjoni ma ġiex milqugħ.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(71)</NO.P><TXT>Isegwi li l-ipprezzar [r-remunerazzjoni] tal-garanzija kien taħt il-livell normalment meħtieġ taħt il-Komunikazzjoni Bankarja biex tiġi meqjusa bħala għajnuna kompatibbli, u li l-Kummissjoni awtorizzat biss dak il-livell ta’ prezzar fid-Deċiżjoni [tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>] abbażi ta’ impenn mill-Portugall li jissottometti pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni li jiminimizza f’mod xieraq it-tfixkil tal-kompetizzjoni. L-ebda pjan bħal dan ma ġie ppreżentat sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li la l-garanzija [...] u lanqas il-kontinwazzjoni tagħha wara l-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE> ma huma kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(72)</NO.P><TXT>Għalkemm il-Portugall ma ppreżentax pjan ta’ ristrutturar għal BPP, l-awtoritajiet Portugiżi pprovdew informazzjoni li turi li l-proċedura ta’ likwidazzjoni li bdiet fil-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE> bir-revoka tal-liċenzja bankarja ta’ BPP għandha twassal għal-likwidazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-ebda kumpens ma huwa sejjer jingħata lill-azzjonisti ta’ BPP minbarra kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-proċedura ta’ likwidazzjoni stess. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li ma għandux ikun hemm riskju ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni fil-futur fir-rigward ta’ BPP. Madankollu, din il-konklużjoni ma tirrimedjax l-inkompatibilità tal-miżura mogħtija mill-Portugall għall-perjodu bejn il-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE> u l-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/346 jiddikjara <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[l]-għajnuna mill-Istat involuta fil-garanzija relatata mas-self ta’ EUR 450 miljun mogħti illegalment mill-Portugall, bi ksur tal-Artikolu 108(3) [TFUE], favur [BPP] hija inkompatibbli mas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[i]l-Portugall għandu jirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija deċiżjoni jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[l]-irkupru tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(2) tal-Kodiċi tal-Insolvenza u tal-Irkupru ta’ Impriżi (Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas), approvat bid-Digriet Liġi Nru 53/2004, tat-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE> (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>CIRE<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Kwalunkwe obbligu li għadu ma huwiex dovut fid-data tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza li għalih interessi kumpensatorji ma humiex dovuti jew li għalih interessi iktar baxxi mir-rata ta’ interess legali ta’ interessi huma dovuti jitqies imnaqqas għall-ammont li, jekk jiżdied bl-interessi kkalkulati fuq dan l-ammont, rispettivament bir-rata legali jew b’rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata legali u r-rata konvenzjonali, għall-perijodu ta’ avvanz tal-iskadenza, jikkorrispondi għall-ammont tal-obbligu inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100909">9 ta’ Settembru 2010</DATE>, l-Estado português ressaq talba quddiem il-qorti tar-rinviju skont id-dispożizzjonijiet taċ-CIRE, għar-reġistrazzjoni u l-ammissjoni għall-passiv tal-istralċ tal-kreditu tiegħu li jirriżulta mill-irkupru ordnat bid-Deċiżjoni 2011/346.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Massa Insolvente do Banco Privado Português SA oġġezzjonat għal din it-talba billi sostniet li d-Deċiżjoni 2011/346 kellha natura illegali u li, b’hekk, il-kreditu tal-Estado Português ma kellu ebda bażi legali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li fid-<DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ressqu rikors quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea għall-annullament tad-Deċiżjoni 2011/346, li ġiet miċħuda minn din tal-aħħar fit-<DATE ISO="20141212">12 ta’ Diċembru 2014</DATE> (sentenza Banco Privado Português u Massa u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni, T‑487/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1077">EU:T:2014:1077</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sadanittant, minħabba r-rikors pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali, il-qorti nazzjonali ssospendiet il-proċeduri, sakemm tittieħed deċiżjoni li tikkonferma jew li tiċħad il-legalità tad-Deċiżjoni 2011/346. L-Estado Português, madankollu appella minn din id-deċiżjoni ta’ sospensjoni quddiem it-Tribunal da Relação de Lisboa (Qorti tal-Appell ta’ Lisbona), li ordnat il-kontinwazzjoni tal-proċeduri billi fakkret il-possibbiltà, għall-qorti tar-rinviju, li tindirizza talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346. Fl-ewwel lok, dwar il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, din il-qorti tfakkar li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jipprovdux li l-kummerċ bejn l-Istati Membri għandu jkun sempliċiment jista’ jiġi affettwat mill-miżura inkwistjoni, iżda li għandu jkun effettivament affettwat. Issa, il-motivi tad-Deċiżjoni 2011/346 ma jippermettux li jiġi konkluż li l-Kummissjoni kkonstatat li l-garanzija effettivament affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, skont l-imsemmija qorti, il-fatti mhux neċessarjament jiddeduċu l-eżistenza ta’ tali effett. Din il-qorti tfakkar, f’dan ir-rigward, li, kif jirriżulta mill-premessa 77 tad-Deċiżjoni 2011/346, il-garanzija ngħatat lil BPP sabiex tkopri self li ntuża għar-rimbors lill-kredituri li l-krediti tagħhom kienu dovuti jew li BPP waqfet milli topera fis-suq mill-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, il-qorti tar-rinviju tfakkar li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE> kienet ikkonkludiet li l-garanzija tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data attwali li fiha l-garanzija ngħatat, jiġifieri l-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>, sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, peress li n-nuqqas ta’ BPP li<?PAGE NO="7"?> twettaq l-obbligi finanzjarji tagħha jista’ jkollu impatt negattiv serju fuq is-settur finanzjarju Portugiż. Fi tmiem id-Deċiżjoni 2011/346, il-Kummissjoni madankollu kkonkludiet li l-għajnuna hija inkompatibbli, peress li l-Estado Português ma kienx issottometta pjan ta’ ristrutturazzjoni qabel it-tmiem tat-terminu msemmi iktar ’il fuq ta’ sitt xhur, li fuqu kienet bbażata l-approvazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna. Il-qorti tar-rinviju tqis li d-Deċiżjoni 2011/346 ma tispeċifikax il-motivi li għalihom il-fatt li l-Estado Português ma ppreżentax pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ BPP li jaffettwa l-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata li tinsab fid-Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, b’mod partikolari matul il-perijodu mill-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE> sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, hemm, skont il-qorti tar-rinviju, kontradizzjoni bejn il-motivi tad-Deċiżjoni 2011/346, kif ukoll bejn il-motivi u d-dispożittiv tagħha, rigward il-mument minn meta l-garanzija titqies bħala illegali. Fil-fatt, mill-premessa 24 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li l-għajnuna saret illegali mis-<DATE ISO="20090606">6 ta’ Ġunju 2009</DATE>. Il-premessa 72 tal-imsemmija deċiżjoni, madankollu, tiċċara li l-għajnuna kienet inkompatibbli mas-suq intern bejn il-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE> u l-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>. Fir-rigward tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni 2011/346, jiddikjara biss li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-kwistjoni tal-mument minn meta l-imsemmija garanzija għandha titqies illegali għandu jiddetermina l-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-raba’ lok, il-qorti tar-rinviju ssostni li l-applikazzjoni, f’din il-kawża, tal-Artikolu 91(2) taċ-CIRE tista’ twassal għal tnaqqis tal-ammont li għandu jiġi rrimborsat lill-Estado Português. Għalhekk għandu jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludix li, jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet, l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat jista’ jitnaqqas skont l-Artikolu 91(2) taċ-CIRE.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, it-Tribunal do Comércio de Lisboa (Qorti tal-Kummerċ ta’ Lisbona) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja l-erba’ domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni [2011/346] hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>nuqqas ta’ indikazzjoni tar-raġuni għalfejn il-garanzija pprovduta mill-[Estado português] taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>nuqqas ta’ kjarifika [spejgazzjoni] tar-raġuni għalfejn l-għajnuna mogħtija taħt il-forma ta’ garanzija li inizjalment ġiet kkunsidrata li taqa’ taħt l-Artikolu 107(3) [TFUE] issa ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq [intern]?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni [2011/346] hija vvizzjata b’kontradizzjoni bejn il-motivazzjoni tad-deċiżjoni u d-dispożittiv tad-deċiżjoni fir-rigward tal-mument li minnu [l-għajnuna] hija kkunsidrata illegali: <DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE> jew <DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni [2011/346] tmur kontra d-dispożizzjonijet tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn l-għajnuna mogħtija ma affetwatx il-kummerċ bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fid-dawl tal-għan tas-self u tal-użu effettiv tal-istess self u tal-fatt li sa mill-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE> il-benefiċjarju ma jeżerċitax l-attività tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni [2011/346] tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3) TFUE sa fejn l-għajnuna mogħtija kienet intiża sabiex tirrimedja perturbazzjoni serja tal-ekonomija ta’ Stat Membru u, f’dan is-sens, hija kompatibbli mas-suq [intern]?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B’mod sussidjarju, it-Tribunal do Comércio de Lisboa għamel ukoll id-domanda ta’ interpretazzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>5)</NO.P><TXT>Sussidjarjament: [l-Artikolu 14](1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludi l-applikazzjoni, fil-każ inkwistjoni, tat-tnaqqis tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, meta l-istess regola hija applikabbli, b’mod mhux diskriminatorju, għall-kredituri kollha tal-kumpannija insolventi?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari għandha ħames domandi, l-ewwel erba’ dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346 u l-ħames waħda dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999. Hemm lok li tiġi eżaminata separatament l-ammissibbiltà, minn naħa, tal-ewwel erba’ domandi u, min-naħa l-oħra, tal-ħames domanda.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż isostni li d-domandi dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346 huma inammissibbli. B’riferiment għas-sentenza TWD Textilwerke Deggendorf (C‑188/92, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:90">EU:C:1994:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dan il-gvern isostni li peress li qatt ma ġie ppreżentat rikors għal annullament kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, dan tal-aħħar għandu natura definittiva fir-rigward tiegħu, b’tali mod li l-validità tagħha ma tistax tkun iktar ikkontestata quddiem qorti nazzjonali. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2011/346 ma kinitx suġġetta għal talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni. Għaldaqstant din għandha tiġi implementata b’mod li tippermetti l-irkupru immedjat u effettiv tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tagħha TWD Textilwerke Deggendorf (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:90">EU:C:1994:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija eskluża l-possibbiltà, għall-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata direttament lill-Istat Membru li taħtu jaqa’ taħt il-benefiċjarju, li seta’ mingħajr dubju jikkontesta din id-deċiżjoni u li ħalla jgħaddi t-terminu imperattiv previst f’dan ir-rigward fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li jikkontesta l-legalità ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-qrati nazzjonali (ara, ukoll, is-sentenzi Nachi Europe, C‑239/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:101">EU:C:2001:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30, u Lucchini, C‑119/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:434">EU:C:2007:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55). Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt ikkunsidrat li jekk tadotta soluzzjoni kuntrarja hija twassal sabiex tirrikonoxxi lill-benefiċjarju tal-għajnuna l-fakultà li jevita n-natura definittiva li, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, hija marbuta ma’ deċiżjoni wara l-iskadenza tat-termini għall-preżentata ta’ rikors (sentenza Nachi Europe, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:101">EU:C:2001:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni li fuqu hija bbażata din il-ġurisprudenza ma tikkorripondix ma’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, il-benefiċjarju tal-għajnuna inkwistjoni f’din l-aħħar kawża li ppreżenta, fit-terminu prefiss mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, rikors għal annullament tad-Deċiżjoni 2011/346 quddiem il-Qorti Ġenerali, li tat lok għas-sentenza Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1077">EU:T:2014:1077</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma jistax jitqies bħala li jrid jevita n-natura definittiva marbuta ma’ din id-deċiżjoni peress li jikkontesta l-validità tagħha quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 18 tas-sentenza TWD Textilwerke Deggendorf (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:90">EU:C:1994:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija bbażata fuq ir-riskju li tiġi evitata n-natura definittiva ta’ att tal-Unjoni, din tal-aħħar tapplika biss fir-rigward ta’ parti li tinvoka l-illegalità ta’ att tal-Unjoni Ewropea quddiem qorti nazzjonali minkejja li din setgħet – mingħajr ebda dubju – tippreżenta rikors għal annullament taħt l-Artikolu 263 TFUE kontra dan l-att, iżda naqset li tagħmel dan fit-termini prefissi. Konsegwentement, il-fatt li l-Estado Português, li ma jikkontestax il-legalità<?PAGE NO="9"?> tad-Deċiżjoni 2011/346 quddiem il-qorti nazzjonali, ma ppreżentax rikors għal annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti Ġenerali huwa irrilevanti għall-evalwazzjoni tad-domandi relatati mal-validità tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jirriżultax ċar mis-sentenza TWD Textilwerke Deggendorf (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:90">EU:C:1994:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li l-ammissibbiltà ta’ deċiżjoni preliminari dwar il-validità ta’ att tal-Unjoni hija suġġetta għall-fatt li dan tal-aħħar kien is-suġġett ta’ applikazzjoni għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni abbażi tal-Artikolu 278 TFUE. Din is-sentenza fil-fatt ma tirreferix għall-inforzabbiltà tal-att tal-Unjoni li l-validità tiegħu hija kkontestata, iżda hija bbażata fuq ir-riskju li n-natura definittiva tiegħu tiġi evitata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel erba’ domandi preliminari, dwar il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346, huma ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tad-domanda relatata mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tagħtix motivi għar-rilevanza ta’ din il-mistoqsija. Hija għaldaqstant tqis li din hija inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar illi, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 KE, hija biss il-qorti nazzjonali li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġuridika, li għandha tevalwa, fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress illi d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju għandha l-obbligu li tagħti deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Kamberaj, C‑571/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll id-digriet Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit, C‑24/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom il-kawża hija adita mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess. Fil-fatt, l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li għandu jkun preżenti fl-iżvolġiment ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari jimplika li, min-naħa tagħha, il-qorti nazzjonali tirrispetta l-funzjoni fdata lill-Qorti tal-Ġustizzja, li hija dik li tikkontribwixxi fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri u mhux dik li tesprimi opinjonijiet konsultattivi dwar domandi ġenerali jew ipotetiċi (ara s-sentenza Kamberaj, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll id-digriet Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, iċ-ċaħda ta’ domanda ppreżentata minn qorti nazzjonali ma hijiex possibbli ħlief meta jidher manifestament li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex x’taqsam mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew inkella meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara s-sentenza Kamberaj, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata kif ukoll id-digriet Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999 sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-Artikolu 91(2) taċ-CIRE ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, ebda parti mill-proċess prodott quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma turi li l-Artikolu 91(2) taċ-CIRE huwa applikabbli għall-kawża prinċipali. L-imsemmija dispożizzjoni hija relatata, fil-fatt, mal-krediti li għadhom mhux dovuti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fid-data tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza li [għalihom] interessi kumpensatorji ma humiex dovuti jew li [għalihom] interessi iktar baxxi mir-rata ta’ interess legali ta’ interessi huma dovuti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, il-kreditu tal-Estado português inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien dovut qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ stralċ ta’ BPP, fil-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>. Fil-fatt, kif tfakkar fil-premessa 24 tad-Deċiżjoni 2011/346, l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni għandha fi kwalunkwe każ titqies bħala illegali, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, mis-<DATE ISO="20090606">6 ta’ Ġunju 2009</DATE>, peress li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE> iddikjarat din l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern biss għal perijodu ta’ sitt xhur, jiġifieri sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti nazzjonali tesprimi ruħha biss f’termini ipotetiċi dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 91(2) taċ-CIRE għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li l-ħames domanda preliminari ma tirrigwardax interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tilħaq ħtieġa oġġettiva għad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju għandha tieħu (ara digrieti Abt <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑194/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:182">EU:C:2011:182</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames domanda preliminari, li tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999, hija inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>–Fuq l-ewwel parti tal-ewwel domanda u fuq it-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>B’dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, l-ewwel nett, jekk il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tal-garanzija hijiex suffiċjentement motivata fid-dawl tal-fatt li d-Deċiżjoni 2011/346 ma tindikax għaliex din il-garanzija tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Min-naħa l-oħra, din il-qorti tistaqsi jekk il-Kummissjoni setgħetx ġustament tikkonstata li l-garanzija taffettwa dan il-kummerċ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, fid-dawl tas-self li din il-garanzija kienet assoċjata miegħu u peress li BPP ma għadhiex teżerċita din l-attività mill-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-motivazzjoni mitluba mill-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’tali mod li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu bil-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u l-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza Nuova Agricast, C‑390/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:224">EU:C:2008:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Ladarba l-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE tirrikjedi li l-kundizzjonijiet kollha msemmija f’din id-dispożizzjoni jkunu ssodisfatti (sentenzi Il-Kummissjoni vs Deutsche Post, C‑399/08 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:481">EU:C:2010:481</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll il-Ministerio de Defensa u Navantia, C‑522/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2262">EU:C:2014:2262</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19), id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm din tali klassifika għandha tispjega l-motivi li għalihom din l-istituzzjoni tqis li l-miżura tal-Istat ikkonċernata tissodisfa dawn l-imsemmija kundizzjonijiet kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ jekk il-Deċiżjoni 2011/346 hijiex motivata b’mod suffiċjenti fid-dritt fid-dawl tal-kundizzjoni tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE, huwa importanti li jitfakkar li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata li turi li miżura tal-Istat għandha<?PAGE NO="11"?> impatt reali fuq dawn l-iskambji, u lanqas li dan joħloq distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni. Hija marbuta biss li tistabbilixxi li l-imsemmija miżura tista’ tipproduċi tali effetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Unicredito Italiano, C‑148/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:774">EU:C:2005:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54; Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑222/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 140; Libert <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑197/11 u C‑203/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:288">EU:C:2013:288</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 76, kif ukoll Eventech, C‑518/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ddikjarat li hemm elementi tali li jindikaw li l-vantaġġ li minnu tgawdi BPP seta’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirreferi f’dan ir-rigward, għall-premessa 58 tad-Deċiżjoni 2011/346, għat-tisħiħ tal-pożizzjoni kompetittiva ta’ BPP fir-rigward tal-istituzzjonijiet l-oħra fis-settur bankarju. Hija tfakkar ukoll, fil-premessa 59 tal-imsemmija deċiżjoni, l-attivitajiet ta’ BPP u l-pożizzjoni ta’ din tal-aħħar fis-swieq finanzjarji domestiċi u internazzjonali. Il-premessa 9 tal-imsemmija deċiżjoni tispeċifika li BPP hija attiva f’żewġ Stati Membri u tipprovdi servizzi bankarji privati, konsulenza korporattiva u ekwità privata.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 44 sa 46 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li d-Deċiżjoni 2011/346 hija mmotivata b’mod suffiċjenti fid-dritt sa fejn tidher b’mod ċar u inekwivoku r-raġuni għaliex l-istituzzjoni, awtriċi tal-att, iddeċidiet fil-premessa 60 tad-Deċiżjoni 2011/346 li l-kundizzjoni marbuta mal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, hija vverifikata f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Rigward il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni setgħetx ġustament tikkonstata li l-garanzija affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, mill-punt 46 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, huwa biżżejjed li jiġi eżaminat jekk din il-miżura tistax taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-għan tas-self li l-garanzija hija assoċjata miegħu, li, kif jirriżulta mill-premessa 13 tad-Deċiżjoni 2011/346, jista’ jintuża biss sabiex jirrimborsa lid-depożitanti u lill-kredituri l-oħra ta’ BPP, ma jostakolax li l-garanzija tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-kriterju ta’ effett fuq l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ġie deċiż li, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, dawn tal-aħħar jeħtieġ li jitqiesu li ntlaqtu minn dik l-għajnuna. F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li settur ekonomiku, bħal dak tas-servizzi finanzjarji, ikun suġġett għal proċess importanti ta’ liberalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li aċċenwa l-kompetizzjoni li tista’ tirriżulta diġà miċ-ċirkulazzjoni libera tal-kapital prevista mit-Trattat, hija ta’ natura li tikkaratterizza effett reali jew potenzjali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 141, 142 u l-ewwel inċiż tal-punt 145).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, il-garanzija tat vantaġġ lil BPP, li, kif jirriżulta mill-premessa 57 tad-Deċiżjoni 2011/346, setgħet kisbet is-self bl-aħjar kundizzjonijiet finanzjarji minn dawk li kieku normalment jinkisbu minn impriżi oħra fis-suq fl-istess ċirkustanzi, jekk fil-fatt tali self kien ukoll disponibbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa ġustament li l-premessa 59 ta’ din id-deċiżjoni tikkonstata li l-imsemmi vantaġġ jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri rigward l-attivitajiet ta’ BPP u l-pożizzjoni tagħha fis-swieq domestiċi u internazzjonali. Fil-fatt, kif irrilevat mill-Kummissjoni, mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital li setgħet issir grazzi għall-garanzija, il-klijenti ta’ BPP probabbilment kienu jagħżlu bank kompetitur mill-mument fejn BPP kienet uriet sinjali ta’ diffikultajiet finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-allegat waqfien tal-attività kummerċjali ta’ BPP ma huwiex tali li jikkontesta din il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fil-premessa 59 tad-Deċiżjoni 2011/346.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk wieħed jassumi li dan il-waqfien ta’ attività ġie stabbilit, BPP setgħet, sal-irtirar tal-liċenzja bankarja tagħha, fil-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, terġa’ tibda l-attività kummerċjali normali tagħha. Konsegwentement, huwa ġustament li l-Kummissjoni kkonstatat, fil-premessa 59 tad-Deċiżjoni 2011/346, li huwa biss fil-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE> li kwalunkwe riskju li BPP terġa’ tiġi lura fis-suq u tista’, b’hekk, taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri sparixxa.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżami tal-ewwel parti tal-ewwel domanda u dak tat-tielet domanda ma wera xejn li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni 2011/346.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tal-ewwel domanda u fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Deċiżjoni 2011/346 hijiex ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni, peress li l-għajnuna li kienet oriġinarjament iddikjarata kompatibbli mas-suq intern, fl-imsemmija deċiżjoni, ġiet iddikjarata inkompatibbli ma’ dan is-suq. Barra minn hekk, hija tistaqsi dwar jekk l-imsemmija deċiżjoni hijiex ibbażata fuq motivi kontradittorji fis-sens li hija tistabbilixxi, l-ewwel nett, fil-premessa 24 tagħha, li l-għajnuna saret illegali mis-<DATE ISO="20090606">6 ta’ Ġunju 2009</DATE>, u, min-naħa l-oħra, fil-premessi 71 u 72 tagħha, li din l-istess għajnuna għandha titqies li hija inkompatibbli mas-suq intern mill-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) KE jistabbilixxi, għall-Istati Membri, obbligu ta’ notifikazzjoni tal-proġetti intiżi sabiex jistabbilixxu jew jemendaw għajnuna. Skont l-aħħar sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, l-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jagħti għajnuna ma jistax jimplementa l-miżuri ppjanati qabel ma l-imsemmija proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali tal-Kummissjoni. Il-projbizzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiggarantixxi li l-effetti ta’ għajnuna ma jippreżentawx ruħhom qabel ma l-Kummissjoni jkollha terminu raġonevoli sabiex teżamina l-proġett fid-dettall, u, jekk ikun il-każ, tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Franza vs Il-Kummissjoni, C‑301/87, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:67">EU:C:1990:67</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17, kif ukoll CELF u ministre de la Culture et de la Communication, C‑199/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 33 sa 36).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-Artikolu 88(3) KE jistabbilixxi b’dan il-mod kontroll ta’ prevenzjoni fuq il-proġetti ta’ għajnuna ġodda (sentenzi Lorenz, 120/73, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:152">EU:C:1973:152</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 2; CELF u ministre de la Culture et de la Communication, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll Deutsche Lufthansa, C‑284/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li miżura ta’ għajnuna implementata bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 108(3) KE hija illegali. Barra minn hekk tali interpretazzjoni hija kkonfermata mill-Artikolu 1(f) tar-Regolament Nru 59/1999 (ara s-sentenza Residex Capital IV, C‑275/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija marbuta li teżamina l-kompatibbiltà tal-għajnuna proposta mas-suq intern, anki jekk l-Istat Membru jikser il-projbizzjoni fuq l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna u li l-għajnuna hija, għaldaqstant illegali. Issa, il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna ma taffettwax l-illegalità ta’ din tal-aħħar li tirriżulta mill-ksur tal-projbizzjoni prevista mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE. Kwalunkwe interpretazzjoni oħra twassal sabiex tiffavorixxi n-nuqqas ta’ osservanza tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE mill-Istat Membru kkonċernat u ċċaħħadha mill-effettività tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon, C‑354/90, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:440">EU:C:1991:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16, kif ukoll CELF u ministre de la Culture et de la Communication, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li d-Deċiżjoni 2011/346 issemmi dati differenti minn fejn l-għajnuna mill-Istat għandha titqies bħala illegali, minn naħa waħda, u inkompatibbli mas-suq intern, min-naħa l-oħra, ma juri ebda kontradizzjoni mal-motivi sottostanti għaliha.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessi 20, 21, 57 u 67 sa 71 tar-Deċiżjoni 2011/346 jispjegaw b’mod suffiċjenti fid-dritt ir-raġunijiet għaliex l-garanzija hija ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern anki jekk id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE> kienet ikkonstatat li l-għajnuna kienet kompatibbli magħha taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessi 20, 21, 57, 67, 68 u 70 tad-Deċiżjoni 2011/346 jirriżulta li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE> kienet provviżorja u kienet adottata fid-dawl tal-impenji magħmula mill-awtoritajiet Portugiżi, minn naħa, li ma jestendux il-garanzija lil hinn mill-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE> mingħajr notifika u ftehim minn qabel tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex jissottomettu pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ BPP fi żmien sitt xhur, jiġifieri għall-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE> l-iktar tard. Issa, il-premessa 67 tar-Deċiżjoni 2011/346 tikkonstata li l-awtoritajiet Portugiżi estendew il-garanzija darbtejn mingħajr ma informaw lill-Kummissjoni minn qabel jew talbu l-qbil tagħha u li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ BPP ma ġiex ippreżentat, anki wara li l-Kummissjoni bagħtet inġunzjoni lir-Repubblika Portugiża f’dan is-sens. Huwa, għaldaqstant, wara li fakkret il-kundizzjonijiet li għalihom kienet suġġetta l-approvazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna u kkonstatat li dawn ma kinux ġew osservati li l-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 71 tad-Deċiżjoni 2011/346 li l-garanzija kienet inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżami tat-tieni parti tal-ewwel domanda u tat-tieni domanda ma turi l-ebda elementi tali li jaffettwaw il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba’ domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Deċiżjoni 2011/346 tiksirx l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, ladarba tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern għajnuna li hija maħsuba <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. Barra minn hekk, hija tistaqsi wkoll jekk, skont din id-dispożizzjoni, il-garanzija għandhiex titqies bħala inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għajnuna li taqa’ fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE ma hijiex <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> kompatibbli mas-suq intern, iżda tista’ titqies kompatibbli mal-imsemmi suq mill-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni taqa’ fil-kompetenza esklużiva ta’ din l-istituzzjoni, li taġixxi taħt l-istħarriġ tal-qrati tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Deutsche Lufthansa, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3) TFUE jimplika evalwazzjonijiet kumplessi ta’ natura ekonomika u soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Deufil vs Il-Kummissjoni, 310/85, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:96">EU:C:1987:96</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18, u l-Italja vs Il-Kummissjoni, C‑372/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:234">EU:C:2004:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 83). B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-istħarriġ tagħha tal-legalità tal-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Spanja vs Il-Kummissjoni, C‑169/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:10">EU:C:1997:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll Unicredito Italiano, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:774">EU:C:2005:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali jsostnu li mill-premessi 64 sa 76 tad-Deċiżjoni 2011/346 jirriżulta li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni tal-inkompatibbiltà tal-garanzija mas-suq intern abbażi ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ motivi purament proċedurali, jiġifieri l-fatt li r-Repubblika Portugiża estendiet il-garanzija darbtejn mingħajr ma għarrfet minn qabel lill-Kummissjoni u lanqas fittxet l-approvazzjoni tagħha u l-fatt li dan l-Istat Membru ma ppreżentax pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ BPP f’terminu ta’ sitt xhur stabbilit fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>. Il-Kummissjoni b’hekk naqset milli tevalwa jekk l-għajnuna inkwistjoni kinitx intiża li tirrimedja perturbazzjoni serja fl-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, rigward l-evalwazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, ta’ garanziji tal-Istat mogħtija lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja mondjali, il-Kummissjoni tillimita ruħha fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha meta adottat il-Komunikazzjoni Bankarja. Il-Kummissjoni għaldaqstant ma tistax tmur kontra r-regoli stabbiliti f’din il-komunikazzjoni, mingħajr ma twettaq ksur, jekk ikun il-każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħal dawk tal-ugwaljanza fit-trattament jew tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (ara s-sentenza Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:408">EU:C:2005:408</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 211).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, mill-Komunikazzjoni Bankarja jirriżulta li l-għoti ta’ garanzija mill-Istat għandu jitqies bħala miżura ta’ emerġenza u, għaldaqstant, neċessarjament temporanju (punti 13 u 24). Tali garanzija għandha wkoll tkun akkumpanjata minn miżuri ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni tal-benefiċjarju (punti 29 sa 31).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Kummissjoni applikat il-kriterji tal-Komunikazzjoni Bankarja. Kif jirriżulta mill-punt 39 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni approvat il-garanzija għal perijodu ta’ sitt xhur, jiġifieri sal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, suġġett għall-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni għar-Repubblika Portugiża sa din id-data, konformement mal-impenn ta’ dan l-Istat Membru. Il-Kummissjoni speċifikat, fil-premessa 34 tal-imsemmija deċiżjoni, li l-evalwazzjoni tagħha tal-għajnuna kienet mingħajr preġudizzju għal dik li hija tagħmel kieku l-miżura ġiet estiża lil hinn mill-perijodu ta’ sitt xhur u fakkret, fil-punt 41 tal-istess deċiżjoni, li kwalunkwe estensjoni tal-garanzija kellha tiġi nnotifikata minn qabel.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Huwa wkoll b’osservanza lejn il-Komunikazzjoni Bankarja li l-Kummissjoni qieset, fil-premessi 67, 70 u 71 tad-Deċiżjoni 2011/346 li, fl-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt xhur msemmi fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-kriterji rilevanti li wasslu lil din l-istituzzjoni li toħroġ l-awtorizzazzjoni provviżorja tal-għajnuna inkwistjoni ma kinux issodisfatti, peress li, kuntrarjament għall-impenji tagħhom, minn naħa waħda, l-awtoritajiet Portugiżi naqsu milli jippreżentaw pjan ta’ ristrutturar ta’ BPP fit-terminu stabbilit u, min-naħa l-oħra, l-imsemmija awtoritajiet kienu estendew il-garanzija darbtejn lil hinn mill-perijodu massimu ta’ sitt xhur, mingħajr ma nnotifikaw formalment dawn l-estensjonijiet lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-premessa 39 tad-Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE> u mill-premessa 71 tad-Deċiżjoni 2011/346 jirriżulta li l-Kummissjoni ma setgħetx tawtorizza l-livell ta’ remunerazzjoni tal-garanzija, li kien b’mod sinjifikattiv taħt il-livell normalment meħtieġ mill-Komunikazzjoni Bankarja, għal perijodu qasir u sakemm ir-Repubblika Portugiża tippreżenta, f’terminu ta’ sitt xhur, pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni li jippermetti li tiġi llimitata b’mod xieraq kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, il-limitu ta’ żmien għall-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ garanzija tal-Istat u l-obbligu ta’ notifika ta’ kwalunkwe estensjoni tiegħu li tirriżulta minnu, kif ukoll l-obbligu għall-benefiċjarju tal-imsemmija garanzija li jippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni, jikkostitwixxu mhux sempliċi formalitajiet, iżda kundizzjonijiet neċessarji sabiex din l-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u strumenti sabiex jiżguraw li l-għajnuna ta’ emerġenza mogħtija lil impriża f’diffikultà ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni ikkonċernat, li jikkonsisti, f’dan il-każ, li tiġi evitata perturbazzjoni serja tal-ekonomija nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-eżami tar-raba’ domanda ma wera l-ebda fatturi li jaffettwaw il-validità tad-Deċiżjoni 2011/346.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-eżami tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni 2011/346.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-eżami tad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall) ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-<DATE ISO="20100720">20 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>