KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
RICHARD DE LA TOUR
ippreżentati fil-15 ta’ Lulju 2021 ( 1 )
Kawża C‑431/20 P
Carlo Tognoli,
Emma Allione,
Luigi Alberto Colajanni,
Claudio Martelli,
Luciana Sbarbati,
Carla Dimatore, bħala eredi ta’ Mario Rigo,
Roberto Speciale,
Loris Torbesi, bħala eredi ta’ Eugenio Melandri,
Luciano Pettinari,
Pietro Di Prima,
Carla Barbarella,
Carlo Alberto Graziani,
Giorgio Rossetti,
Giacomo Porrazzini,
Guido Podestà,
Roberto Barzanti,
Rita Medici,
Aldo Arroni,
Franco Malerba,
Roberto Mezzaroma
vs
Il-Parlament Ewropew
“Appell – Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew – Membri tal‑Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Tibdil tad-drittijiet għall‑pensjoni mill-Parlament Ewropew – Att li jista’ jiġi kkontestat – Kunċett – Effetti legali vinkolanti – Nota ta’ adattament tar-rikors – Ammissibbiltà”
I. Introduzzjoni
|
1. |
Permezz tal-appell tagħhom, Carlo Tognoli u l-partijiet appellanti l-oħra jitolbu l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat‑3 ta’ Lulju 2020, Tognoli et vs Il-Parlament ( 2 ), li permezz tiegħu, din ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikorsi tagħhom, intiżi għall-annullament tan-noti tal‑11 ta’ April 2019 stabbiliti mill-Kap tad-Diviżjoni “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tad-deputati” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u li jikkonċernaw l-adattament tal-ammont tal-pensjonijiet li huma jibbenefikaw minnhom ( 3 ) wara d-dħul fis-seħħ, fl‑1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) ( 4 ). |
|
2. |
Dawn in-noti, indirizzati lil diversi ex Membri tal-Parlament Ewropew jew lill-aventi kawża tagħhom, kienu s-suġġett ta’ diversi rikorsi li ġew iddikjarati manifestament inammissibbli mill-Qorti Ġenerali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita bl-appelli ppreżentati kontra dawn id-deċiżjonijiet mogħtija fl-istess ġurnata f’termini simili ( 5 ). |
|
3. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha b’hekk tiddeċiedi fuq il-kundizzjonijiet li taħthom rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Parlament fil-qasam tar-reviżjoni tal-pensjonijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew, meħuda fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva li ma hijiex is-suġġett ta’ leġiżlazzjoni partikolari. |
|
4. |
Il-kunsiderazzjoni ewlenija li tirriżulta minn dan l-appell u mill-appell tal-Kawża C‑408/20 P, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li teżamina flimkien, ser tirrigwarda l-kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat” fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE ( 6 ). |
II. Il-kuntest ġuridiku
|
5. |
L-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ( 7 ) jistabbilixxi: “1. Meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li taqtal-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid. […] 6. Bla ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata mill-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r‑rikors, il-President għandu jiffissa terminu għall-konvenut sabiex jippreżenta risposta għan-nota ta’ adattament. 7. Jekk ikun il-każ, il-President għandu jiffissa terminu għall-intervenjenti sabiex jikkompletaw in-noti ta’ intervent tagħhom fid-dawl tan-nota ta’ adattament tar-rikors u tar-risposta. Għal dan il-għan, dawn in-noti għandhom jiġu kkomunikati fl-istess ħin lill-intervenjenti.” |
III. Il‑fatti li wasslu għall-kawża
|
6. |
Il-fatti li wasslu għall-kawża jidhru fil-punti 1 sa 9 tad-digriet appellat u jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. |
|
7. |
L-appellanti bbenefikaw, bħala ex membri tal-Parlament, eletti fl-Italja, jew bħala konjuġi superstiti ta’ tali membri, minn pensjoni tal-irtirar, mogħtija fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament, jew pensjoni tas-superstiti. |
|
8. |
Fit‑12 ta’ Lulju 2018, l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja, iddeċieda, permezz tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, li jikkalkola mill-ġdid, skont is-sistema tal-kontribuzzjoni, l-ammont tal-pensjonijiet tal-ex membri ta’ dik il-Kamra, għas-snin tal-mandat imwettqa sal-31 ta’ Diċembru 2011 ( 8 ). Fuq din il-bażi, l-ammont tal-pensjonijiet imħallsa lil dawn il-membri jew lill-konjuġi superstiti tagħhom tnaqqas mill-1 ta’ Jannar 2019. |
|
9. |
Il-Parlament informa lill-appellanti, permezz ta’ kumment miżjud mar-rendikont tal-pensjoni għax-xahar ta’ Jannar 2019, li l-ammont tal-pensjonijiet tagħhom seta’ jiġi rrevedut bl-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 u li din ir-reviżjoni setgħet eventwalment tagħti lok għal irkupru tas-somom imħallsa indebitament. |
|
10. |
Permezz ta’ nota mingħajr data tal-Kap tad-Diviżjoni “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tal-Membri” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Finanzi tal-Parlament, annessa mar-rendikonti tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Frar 2019, l-appellanti ġew avżati li:
|
|
11. |
Permezz tan-noti tal‑11 ta’ April 2019 ( 10 ), dan il-Kap tad-Diviżjoni informa lill-appellanti li, hekk kif kien ħabbar fin-nota tiegħu tax-xahar ta’ Frar 2019:
|
|
12. |
Permezz ta’ ittri elettroniċi li ntbagħtu bejn it‑13 ta’ Mejju u l‑4 ta’ Ġunju 2019, l-appellanti bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom lid-dipartiment kompetenti tal-Parlament. |
|
13. |
Permezz ta’ ittri elettroniċi li ntbagħtu bejn it‑22 ta’ Mejju u l‑24 ta’ Ġunju 2019, il-Parlament irrikonoxxa li rċieva dawn l-osservazzjonijiet u indika lill-appellanti li kienet ser tingħatalhom risposta wara li jiġu eżaminati l-argumenti tagħhom. |
|
14. |
Permezz ta’ ittri elettroniċi bejn l-20 ta’ Ġunju u t-23 ta’ Lulju 2019, jiġifieri sussegwentement għall-preżentata tar-rikorsi fl-ewwel istanza mill-appellanti ( 11 ), il-Kap tad-Diviżjoni “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tal-Membri” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Finanzi tal-Parlament indika li l-osservazzjonijiet mibgħuta minnhom ma kienx fihom elementi ta’ natura li jiġġustifikaw reviżjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, espressa fin-noti kontenzjużi, u li, bħala konsegwenza, id-drittijiet għall-pensjoni, kif ukoll, il-pjan ta’ rkupru tal-ammonti mħallsa indebitament, kif ikkalkolati mill-ġdid u kkomunikati fl-anness ta’ dawn in-noti, kienu saru definittivi fid-data tan-notifika ta’ dawn id-deċiżjonijiet. |
|
15. |
Madankollu, fid-data tad-digriet appellat, il-Parlament kien għadu ma ddeċidiex definittivament fuq is-sitwazzjoni ta’ Eugenio Melandri (Kawża T‑437/19), minħabba l-ispeċifiċità tagħha. |
IV. Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u d‑digriet appellat
|
16. |
Permezz ta’ rikorsi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali bejn it‑28 ta’ Ġunju u t‑8 ta’ Lulju 2019, l-appellanti ppreżentaw rikorsi intiżi għall-annullament tan-noti kontenzjużi. |
|
17. |
Fis‑16, fid‑19 u fl‑24 ta’ Settembru 2019, il-Parlament, permezz ta’ atti separati, qajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ dawn ir-rikorsi. |
|
18. |
Bejn id‑19 ta’ Settembru u l‑4 ta’ Ottubru 2019, l-appellanti, bl-eċċezzjoni ta’ Emma Allione (Kawża T‑396/19) u ta’ E. Melandri (Kawża T‑437/19), ippreżentaw noti ta’ adattament tar-rikorsi rispettivi tagħhom. Bejn il‑15 u t‑28 ta’ Ottubru 2019, il-Parlament ippreżenta osservazzjonijiet fuq dawn in-noti. |
|
19. |
Bejn it‑3 u t‑12 ta’ Novembru 2019, l-appellanti, bl-eċċezzjoni ta’ E. Melandri (Kawża T‑437/19) ( 12 ), ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Parlament kontra r-rikorsi. |
|
20. |
Permezz tad-digrieti tal‑10 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tgħaqqad fil-mertu l-eżami tal-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà. Fis-27 u fit‑28 ta’ Jannar 2020, il-Parlament ippreżenta r-risposti tiegħu. |
|
21. |
Fit‑3 ta’ Frar 2020, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li skambju ieħor ta’ noti ma kienx neċessarju. |
|
22. |
Permezz tad-digriet appellat, mogħti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-imsemmija rikorsi bħala manifestament inammissibbli. |
|
23. |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tat-talba għal annullament tan-noti kontenzjużi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, qabel kollox, li l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà kienu ġew ippreżentati mill-Parlament fit-termini stabbiliti, peress li għandhom jiġu kkalkolati b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza ( 13 ). |
|
24. |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li n-noti kontenzjużi ma jikkostitwixxux atti li jikkawżaw preġudizzju ( 14 ). Wara li nnotat li l-fatt li l-metodu l-ġdid ta’ kalkolu ta’ pensjonijiet kien ġie applikat mix-xahar ta’ April 2019 ma kienx suffiċjenti fih innifsu sabiex jistabbilixxi li l-Parlament kien ħa pożizzjoni definittiva fuq l-ammont tal-pensjonijiet ( 15 ), hija ddeduċiet mill-formulazzjoni tan-noti kontenzjużi u mill-possibbiltà mogħtija lill-appellanti sabiex jagħmlu osservazzjonijiet, li huma tfakkru biha fihom u li huma eżerċitaw ( 16 ), li r-risposti tal-Parlament lill-appellanti kienu jikkostitwixxu deċiżjonijiet definittivi ta’ din l-istituzzjoni u għaldaqstant ma setgħux jiġu analizzati bħala atti purament konfermattivi tan-noti kontenzjużi ( 17 ). |
|
25. |
Fl-aħħar, il-Qorti Ġenerali qieset li l-fatt li n-noti kontenzjużi ma kinux jippreċiżaw f’liema terminu l-Parlament kellu jirrispondi għall-osservazzjonijiet tal-appellanti, kien irrilevanti, l-istess bħall-ilmenti bbażati fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ( 18 ). |
|
26. |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li n-noti ta’ adattament ippreżentati mill-appellanti kienu manifestament inammissibbli minħabba l-fatt li r-rikorsi inizjali ma kinux ammissibbli fid-data tal-preżentata tagħhom ( 19 ) u li, fi kwalunkwe każ, it-talbiet ifformulati f’dawn in-noti, li kienu jipprevedu atti oħra “preliminari, preparatorji, sussegwenti jew konnessi”, kellhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli sa fejn ma jiddeskrivux is-suġġett tal-kawża b’mod suffiċjentement preċiż ( 20 ). |
|
27. |
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli t-talbiet tar-rikorrenti intiżi li jikkundannaw il-Parlament sabiex iħallas is-somom miżmuma indebitament minħabba l-fatt li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma tistax tagħti ordni lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ( 21 ). |
V. It‑talbiet tal-partijiet
|
28. |
L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
29. |
Il-Parlament jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
VI. Fuq l-appell
|
30. |
L-appellanti jinvokaw aggravju prinċipali bbażat fuq in-natura kontestabbli tan-noti kontenzjużi. Sussidjarjament, żewġ aggravji oħra ġew invokati, wieħed ibbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u l-ieħor ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju kif ukoll fuq żball ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 126 ta’ dan ir-Regolament. |
A. Fuq l‑ewwel aggravju bbażat fuq in‑natura kontestabbli tan‑noti kontenzjużi
|
31. |
Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jikkritikaw id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tikkunsidra li n-noti kontenzjużi ma jikkostitwixxux atti li jikkawżaw preġudizzju, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE ( 22 ). |
1. L-argumenti tal-partijiet
|
32. |
L-appellanti jsostnu:
|
|
33. |
Il-Parlament isostni li t-tnaqqis tal-ammont tal-pensjoni seta’ jiġi emendat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-appellanti u li l-pożizzjoni definittiva tiegħu ġiet deċiża wara n-noti kontenzjużi, hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni ta’ dawn in-noti u mill-eżerċizzju tal-possibbiltà tal-partijiet interessati sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. L-assenza ta’ bażi legali li jippermetti li jiġu kkunsidrati l-imsemmija noti bħala preparatorji ma għandha l-ebda impatt fuq il-klassifikazzjoni tagħhom, peress li l-prattika tal-Parlament hija intiża sabiex tiggarantixxi d-dritt għal smigħ xieraq tal-persuni kkonċernati qabel ma tittieħed deċiżjoni definittiva li tnaqqas l-ammont tad-drittijiet tagħhom. Fir-rigward tal-effetti immedjati tal-istess noti, il-Parlament jinnota n-natura provviżorja tagħhom. |
2. Evalwazzjoni
|
34. |
Permezz ta’ dan l-ewwel aggravju, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-kriterju tal-effett legali li jippermetti l-eżerċizzju tar-rimedju ġudizzjarju previst mill-Artikolu 263 TFUE, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
35. |
Għaldaqstant, hemm lok li jitfakkar li huma kkunsidrati bħala “atti li jistgħu jiġu kkontestati”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, kull dispożizzjoni adottata mill-istituzzjonijiet, irrispettivament mill-forma tagħha, li hija intiża li tipproduċi effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-persuna rikorrenti fiżika jew ġuridika, billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tagħha ( 23 ). |
|
36. |
Għall-kuntrarju, joħroġ ’il barra mill-istħarriġ ġudizzjarju previst fl-Artikolu 263 TFUE kull att li ma jipproduċix effetti legali vinkolanti, bħall-atti preparatorji u l-atti purament ta’ implimentazzjoni, is-sempliċi rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, kif ukoll, bħala prinċipju, l-istruzzjonijiet interni ( 24 ). |
|
37. |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-att li jista’ jiġi kkontestat jipproduċix tali effetti, hemm lok li niffokaw fuq is-sustanza ta’ dan l-att, kif ukoll fuq l-intenzjoni tal-awtur tiegħu ( 25 ) u li jiġu evalwati l-effetti tiegħu fid-dawl ta’ kriterji oġġettivi, bħall-kontenut tal-imsemmi att, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-kuntest tal-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar kif ukoll is-setgħat tal-istituzzjoni li tkun l-awtriċi tiegħu ( 26 ). |
|
38. |
B’hekk, il-miżuri intermedjarji, li l-għan tagħhom huwa li tiġi ppreparata d-deċiżjoni finali, ma jikkostitwixxux, bħala prinċipju, atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament. Dan huwa l-każ jekk jesprimu opinjoni provviżorja tal-istituzzjoni ( 27 ). |
|
39. |
L-atti intermedjarji lanqas ma jistgħu jiġu kkontestati jekk jiġi stabbilit li l-illegalità li huma vvizzjati biha dawn l-atti tista’ tiġi invokata insostenn ta’ rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni finali li għaliha jikkostitwixxi att ta’ tfassil. F’tali ċirkustanzi, ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura jiżgura protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti ( 28 ). |
|
40. |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni kontenzjuża ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament ħlief jekk, anki mingħajr ma jiġu alterati l-kliem tad-dispożittiv tad-deċiżjoni preċedenti, l-emenda ta’ ċerti motivi tagħha bidlet is-sustanza ta’ dak li ġie deċiż fid-dispożittiv tagħha, u dan billi affettwat l-interessi tar-rikorrenti fis-sens tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 263 TFUE. Fin-nuqqas ta’ dan, ikun att konfermattiv li ma huwiex kontestabbli fis-sens ta’ dan l-artikolu. |
|
41. |
F’dan il-każ, bl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza li tikkorrispondi għal dik imfakkra fil-punti 35 u 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet ( 29 ), il-Qorti Ġenerali nnotat l-elementi meħuda mill-kontenut tan-noti kontenzjużi, jiġifieri t-terminu “abbozz” użat u l-preċiżjoni li r-reviżjoni tad-drittijiet tal-pensjoni kif ukoll l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament għax-xhur ta’ Jannar sa Marzu 2019 ma jsirux definittivi ħlief fl-iskadenza ta’ terminu ta’ 30 jum li fih jistgħu jsiru osservazzjonijiet. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-eżerċizzju ta’ din il-fakultà mill-appellanti ostakolat li l-abbozzi ta’ ffissar ta’ drittijiet ġodda tal-pensjoni jiksbu natura definittiva u li, konsegwentement, l-ittri sussegwenti għall-osservazzjonijiet tal-appellanti jikkostitwixxu d-deċiżjonijiet definittivi tal-Parlament. |
|
42. |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dawn l-ittri ma humiex atti purament konfermattivi, peress li n-noti kontenzjużi ma kellhom l-ebda natura definittiva u li, f’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ preċiżjoni f’dawn in-noti fuq it-terminu għar-risposta tal-Parlament huwa irrilevanti. |
|
43. |
Fil-kuntest tal-ewwel aggravju tal-appell, l-appellanti ma jikkontestawx il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-kontenut tan-noti kontenzjużi u tal-kuntest tal-ħruġ tagħhom. L-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura kontestabbli ta’ dawn in-noti fir-rigward tas-setgħat tal-amministrazzjoni li ħarġuhom billi jsostnu li dawn kellhom bħala effett it-tnaqqis immedjat tal-ammont tal-pensjonijiet. |
|
44. |
Mill-punti 5, 6 u 51 tad-digriet appellat jirrizulta li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li n-noti kontenzjużi nħarġu mill-Parlament, li għandu setgħa deċiżjonali, u li huwa konformement mas-sistema tal-iffissar tal-ammont tal-pensjonijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li l-Parlament għandu l-obbligu sabiex iwettaq ir-reviżjoni tal-ammont tal-pensjonijiet imħallsa. Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, f’dan il-kuntest, il-prattika tad-DĠ tal-Finanzi ta’ din l-istituzzjoni kienet dik li tinforma lill-appellanti, fix-xahar ta’ Frar 2019, bir-reviżjoni fil-futur tal-ammont tal-pensjonijiet, liema reviżjoni tirriżulta mill-applikabbiltà awtomatika tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, u sussegwentement, xahrejn wara, abbażi ta’ dawn in-noti, tal-implimentazzjoni effettiva tagħha kif ukoll tal-possibbiltà li jsiru osservazzjonijiet f’terminu ta’ 30 jum li jibda jiddekorri minn meta jintbagħtu l-imsemmija noti. |
|
45. |
Konsegwentement, jista’ jiġi dedott li l-Parlament adotta b’mod inekwivokabbli miżura b’effetti legali li jaffettwaw l-interessi tal-appellanti u li hija vinkolanti b’mod obbligatorju fir-rigward tagħhom. |
|
46. |
Sabiex qieset li n-noti kontenzjużi ma jikkostitwixxux deċiżjonijiet, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-eżistenza tal-possibbiltà li jsiru osservazzjonijiet sussegwentement għal dawn in-noti u kkonstatat li din ġiet eżerċitata, li l-osservazzjonijiet tal-appellanti kienu ġew eżaminati u li s-somom imħallsa indebitament mix-xahar ta’ Jannar 2019 ma kinux irkuprati. |
|
47. |
Billi għamlet dan, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin li jirriżultaw mill-konstatazzjonijiet tagħha:
|
|
48. |
Minn dan jirriżulta li, f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari li huma differenti ħafna minn dawk li taw lok għall-ġurisprudenza ċċitata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 50 tad-digriet appellat, in-noti kontenzjużi ma jistgħux jiġu kkunsidrati, b’differenza minn dawk mibgħuta fix-xahar ta’ Frar 2019, bħala sempliċi ittri ta’ informazzjoni li ntbagħtu lill-appellanti, sabiex tinkiseb il-perspettiva tagħhom u sabiex il-Parlament ikun informat kemm jista’ jkun qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu, jew, fi kliem ieħor, bħala stadju neċessarju qabel ma jirrestrinġi d-drittijiet tagħhom. |
|
49. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-noti kontenzjużi jistgħu jitqiesu bħala pożizzjoni preliminari jew preparatorja biss jekk il-Parlament ikun wera b’mod ċar li d-deċiżjoni li jnaqqas il-pensjonijiet sussegwentement għad-Deċiżjoni Nru 14/2018 ma tipproduċix effetti konkreti ħlief fl-assenza ta’ osservazzjonijiet mill-partijiet interessati jew fl-iskadenza ta’ terminu determinat sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, li ma kienx il-każ hawnhekk. |
|
50. |
F’dan ir-rigward, hija mingħajr effett il-konstatazzjoni li l-Parlament ma implimentax kompletament l-effetti tat-tnaqqis tal-ammont tal-pensjonijiet, effettiv wara x-xahar ta’ April 2019, billi ma rkuprax is-somom imħallsa indebitament bejn ix-xahar ta’ Jannar u ta’ Marzu 2019. Fil-fatt, hija ma għandhiex in-natura li temenda l-klassifikazzjoni tan-noti kontenzjużi bbażata fuq ir-reviżjoni awtomatika tal-ammont tal-pensjoni dovuta u l-pensjonijiet dovuti, peress li l-kundizzjonijiet materjali tar-repetizzjoni tal-ħlas indebitu huma marbuta wkoll mad-Deċiżjoni Nru 14/2018. |
|
51. |
In-natura kontestabbli tan-noti kontenzjużi hija kkorroborata mill-konstatazzjoni, li tirriżulta mill-punt 56 tad-digriet appellat, li, f’din il-proċedura ta’ reviżjoni tal-pensjonijiet, l-ebda deċiżjoni oħra ma ttieħdet wara l-iskadenza tat-30 jum disponibbli għall-kreditur tal-pensjoni sabiex jagħmel osservazzjonijiet jew fil-każ taċ-ċaħda tagħhom. B’hekk, fin-nuqqas ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid li twassal għal deċiżjoni b’motivazzjoni ddettaljata bħala risposta għall-osservazzjonijiet tal-kredituri tal-pensjoni, il-legalità tal-att li kellu bħala effett li jemenda l-ammont tagħha tiġi evalwata fit-tmiem ta’ dan it-terminu abbażi tal-informazzjoni li l-Parlament seta’ jkollu fil-mument li fih informa lill-kredituri. |
|
52. |
Bl-istess mod, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża preżenti, il-Parlament ma jistax isostni b’mod utli li l-appellanti, li, wara li rċevew in-noti kontenzjużi, għamlu osservazzjonijiet, kellhom jistennew li din l-istituzzjoni tikkonferma t-tnaqqis tal-ammont tal-pensjonijiet tagħhom, sabiex din ir-risposta għall-osservazzjonijiet tagħhom tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala att definittiv u, għaldaqstant, kontestabbli. Fil-fatt, is-suċċess ta’ tali pass min-naħa tal-appellanti kien improbabbli ħafna fir-rigward tal-prinċipju tat-tnaqqis tal-ammont tal-pensjonijiet dipendenti fuq id-Deċiżjoni Nru 14/2018, peress li skont l-informazzjoni mtennija mill-Parlament, kien jesponihom għar-riskju li r-risposta tiegħu tiġi kkunsidrata, fin-nuqqas ta’ elementi ġodda, bħala att konfermattiv, li ma jistax jiġi kkontestat ( 30 ). |
|
53. |
L-analiżi preċedenti hija sostnuta mill-ġurisprudenza dwar id-definizzjoni ta’ att li jikkawża preġudizzju fil-qasam tal-kontenzjuż fis-servizz pubbliku fil-każ tal-kontestazzjonijiet tal-effetti pekunjarji ta’ deċiżjoni. B’hekk, dikjarazzjoni tas-salarju ta’ kull xahar tista’ turi l-eżistenza ta’ deċiżjoni ( 31 ). Meta din id-dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni tikkonkretizza, għall-ewwel darba, l-implimentazzjoni ta’ att ġdid ta’ portata ġenerali li jikkonċerna l-iffissar ta’ drittijiet pekunjarji, dan jimplika neċessarjament, fir-rigward tad-destinatarju, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva ta’ portata individwali li tipproduċi effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw direttament u immedjatament l-interessi tal-uffiċjal ikkonċernat. Għall-kuntrarju, ir-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti huma sempliċement, min-naħa tagħhom, espressjoni tat-tkomplija fiż-żmien tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni amministrattiva ta’ portata individwali inizjali u jistgħu jiġi kklassifikati bħala deċiżjonijiet amministrattivi konfermatorji ta’ portata individwali ( 32 ). |
|
54. |
Barra minn hekk, tista’ titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li, meta kandidat għal kompetizzjoni jitlob eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni meħuda minn Bord tal-Għażla, hija d-deċiżjoni meħuda minn dan tal-aħħar wara l-eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tal-kandidat li tikkostitwixxi l-att li jikkawża preġudizzju, peress li d-deċiżjoni meħuda wara eżami mill-ġdid tissostitwixxi, b’dan il-mod, id-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Għażla ( 33 ). |
|
55. |
Fl-aħħar nett, peress li, fl-opinjoni tiegħi, in-natura kontestabbli tan-noti kontenzjużi, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, tirriżulta essenzjalment mis-suċċessjoni tal-informazzjoni mogħtija lill-appellanti u mill-konkretizzazzjoni ta’ deċiżjoni ġenerali f’ċirkustanzi li jrendu inċerta l-protezzjoni ġudizzjarja tal-appellanti, jidhirli xieraq li niġbed l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-portata tas-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2018, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni ( 34 ). |
|
56. |
F’ċerti aspetti, il-fatti tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza huma simili għal dawk li fuqhom huwa bbażat l-ewwel aggravju tal-appell. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li r-rikorrenti kienet irċeviet ittra elettronika li setgħet tiġi kkunsidrata bħala notifika ta’ ċaħda tal-proposta tagħha mill-Kummissjoni Ewropea ( 35 ) u injorat l-eżistenza tad-deċiżjoni definittiva meħuda minn din sussegwentement għad-data tal-preżentata tar-rikors tagħha. Għall-kuntrarju tal-Qorti Ġenerali, li kienet sostniet li, sabiex jiġi ddikjarat inammissibbli dan ir-rikors, dan kellu jiġi dirett kontra ittra elettronika li tagħha l-Kummissjoni ma kinitx l-awtriċi u li l-att li jista’ jiġi kkontestat kellu biss natura provviżorja ( 36 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet mill-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li din kellha, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u sabiex jiġi żgurat lir-rikorrenti protezzjoni ġudizzjarja effettiva, tirrikonoxxi li s-suġġett tar-rikors dirett kontra l-Kummissjoni ( 37 ) kien jipprevedi l-annullament tad-deċiżjoni definittiva. |
|
57. |
B’hekk, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx fuq in-natura provviżorja tal-att kontenzjuż, iżda fuq il-fatt li kien impossibbli għar-rikorrenti li tidentifika d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li kienet tikkostitwixxi l-att definittiv, fid-dawl tal-proċedura implimentata, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-ittra elettronika kontenzjuża kien fiha l-informazzjoni fuq ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli u li ġew eżerċitati mingħajr għarfien tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni ( 38 ). F’dan l-istess sens, dik l-istess sentenza jistħoqqilha attenzjoni partikolari sa fejn turi l-konsegwenzi proċedurali li għandhom jinsiltu fil-każ ta’ inċertezza dwar in-natura u l-portata tal-atti fir-rigward tal-effetti ġuridiċi tagħhom minħabba l-formulazzjoni u l-kuntest tagħhom ( 39 ). Konsegwentement, sussidjarjament, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tadotta motivazzjoni analoga. |
|
58. |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha niddeduċi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikorsi għal annullament tan-noti kontenzjużi ppreżentati mill-appellanti minħabba l-fatt li dawn ma jikkostitwixxux atti li jistgħu jiġu kkontestati, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali appell abbażi tal-Artikolu 263 TFUE. |
|
59. |
Konsegwentement, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi li l-ewwel aggravju tal-appell huwa fondat u, għaldaqstant, tannulla d-digriet appellat mingħajr ma jkun hemm lok li jiġu eżaminati t-tieni u t-tielet aggravju tal-appell, li huma sussidjarji. |
|
60. |
Madankollu, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tiċħad l-ewwel aggravju, ser nikkompleta l-analiżi tiegħi fuq dawn iż-żewġ aggravji l-oħra. |
B. Fuq it‑tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 86 tar‑Regoli tal‑Proċedura tal‑Qorti Ġenerali
1. L‑argumenti tal‑partijiet
|
61. |
Insostenn ta’ dan it-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu, essenzjalment, li n-noti ta’ adattament jirrigwardaw l-atti li rrendew definittivi l-atti teoretikament provviżorji, ikkontestati inizjalment. Li jiġu ddikjarati inammissibbli jkun għaldaqstant illoġiku u kuntrarju għar-rekwiżit tal-ekonomija tal-ġudizzju u jkun jikkostitwixxi ċaħda tal-ġustizzja. |
|
62. |
Huma jirreferu għas-sentenzi tad‑9 ta’ Novembru 2017, HX vs Il-Kunsill ( 40 ), u Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni, li minnhom jirriżulta li l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandu jiġi interpretat b’mod li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
63. |
Barra minn hekk, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kienet ikkunsidrat b’mod żbaljat fil-punti 68 u 69 tad-digriet appellat li l-atti indikati fin-noti ta’ adattament ma kinux identifikati b’mod suffiċjentement ċar. |
|
64. |
Il-Parlament isostni li:
|
2. Evalwazzjoni
|
65. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fis-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2018, Spanja vs Il-Kummissjoni ( 42 ), li:
|
|
66. |
Il-ġurisprudenza ċċitata kemm mill-Qorti Ġenerali kif ukoll mill-appellanti insostenn tal-appell tagħhom ma tittrattax kwistjonijiet proċedurali analogi għal dawk imqajma mill-appelli tagħhom. |
|
67. |
Id-deċiżjonijiet ta’ inammissibbiltà previsti fil-punt 66 tad-digriet appellat iservu biss sabiex ifakkru l-prinċipji applikabbli mingħajr ma jagħtu eżempji rilevanti fil-każ preżenti. Fil-fatt, fid-digriet tal‑14 ta’ Jannar 2015, SolarWorld et vs Il-Kummissjoni ( 46 ), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rikorsi kienu inammissibbli minħabba nuqqas ta’ interess ġuridiku u, fid-digriet tal-21 ta’ Novembru 2019, ZW vs BEI ( 47 ), minħabba tardività. |
|
68. |
Fir-rigward tal-ġurisprudenza invokata mill-appellanti, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, HX vs Il-Kunsill ( 48 ), il-fatti ma humiex paragunabbli. Ir-rappreżentant ta’ HX kien sar jaf bl-eżistenza ta’ att li jemenda l-att ikkontestat fir-rikors promotur tal-istanza waqt is-seduta, u, minħabba xi impreċiżjonijiet fil-verżjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-lingwa tal-proċedura, ma kienx ikkonferma permezz ta’ dokument bil-miktub ir-rieda tiegħu sabiex jadatta t-talbiet tiegħu espressi waqt din is-seduta. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kienet il-Qorti Ġenerali li kellha l-obbligu tindika l-iżball lir-rikorrent u tagħtih il-possibbiltà sabiex jirrettifikah. |
|
69. |
Fil-kawża li tat lok għat-tieni sentenza ċċitata, jiġifieri s-sentenza Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx fuq il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ( 49 ). |
|
70. |
B’teħid inkunsiderazzjoni tal-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu 86 u tal-kuntest li fih ġiet irrikonoxxuta l-fakultà li tinbidel it-talba inizjali lill-Qorti Ġenerali, ma jidhirlix li huwa possibbli li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-każijiet li fihom ir-rikorrent ikun evalwa ħażin il-portata tal-att li huwa qiegħed jikkontesta l-validità tiegħu. |
|
71. |
Fil-fatt, minkejja li jien konxju ħafna tal-fatt li l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali huwa intiż li jissodisfa r-rekwiżit tal-ekonomija tal-ġudizzju, li tikkonsisti fl-eżenzjoni tar-rikorrent mill-preżentata ta’ rikors ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali permezz ta’ proċedura separata, ir-riżervi tiegħi huma bbażati fuq l-emenda tas-suġġett tal-kawża mwettqa permezz tan-nota ta’ adattament, enfasizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2018, Spanja vs Il-Kummissjoni ( 50 ). |
|
72. |
Din l-emenda tar-rikors inizjali teżiġi li tingħata attenzjoni partikolari għar-rispett tan-natura kontradittorja tal-proċedura ( 51 ). Il-kundizzjonijiet formali stabbiliti f’dan l-Artikolu 86 huma intiżi sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
|
73. |
Filwaqt li jista’ jiġi aċċettat li l-livell ta’ rekwiżit relatat ma’ dawn il-preskrizzjonijiet ikun adattat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-identifikazzjoni tal-att ikkontestat tista’ tirriżulta impliċitament mir-referenzi mniżżla fir-rikors kif ukoll mit-totalità tal-argumenti tiegħu u li rikors dirett formalment kontra att li jagħmel parti minn sensiela ta’ atti li jikkostitwixxu totalità jista’ jiġi kkunsidrat bħala li huwa dirett ukoll, sa fejn huwa neċessarju, kontra l-oħrajn ( 52 ), il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jidhruli li għandhom ikunu strettament limitati għall-każijiet li fihom, deċiżjoni definittiva ta’ implimentazzjoni tkun ġiet emendata. |
|
74. |
Fi kliem ieħor, peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu 86 ma jistgħux jiġu interpretati sabiex jiġu evitati l-inċertezzi fuq in-natura u l-portata tal-atti kkontestati li jirriżultaw mill-formulazzjoni u mill-kuntest tagħhom, hija biss interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat”, fir-rigward ta’ tali ċirkustanzi, li jidhirli li jista’ jiżgura protezzjoni ġudizzjarja effettiva u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja ( 53 ). |
|
75. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, jiena tal-opinjoni li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud minħabba l-fatt li huwa permezz ta’ applikazzjoni korretta tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, prinċipalment, li huma inammissibbli n-noti ta’ adattament, ippreżentati fuq il-bażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u sussegwentement għall-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà tal-Parlament, mill-appellanti, bl-esklużjoni ta’ E. Allione u L. Torbesi, fil-Kawżi T‑396/19 u T‑437/19, sabiex jinkiseb l-annullament ta’ kwalunkwe att, nota jew komunikazzjoni preliminari, preparatorja, sussegwenti jew konnessa mal-abbozzi ta’ deċiżjoni. |
C. Fuq it‑tielet aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal‑prinċipju ta’ kontradittorju u fuq żball ta’ liġi fl‑applikazzjoni tal‑Artikolu 126 tar‑Regoli tal‑Proċedura tal‑Qorti Ġenerali
1. L-argumenti tal‑partijiet
|
76. |
L-appellanti jsostnu li:
|
|
77. |
Il-Parlament isostni li:
|
|
78. |
Bi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rilevanza tal-Artikolu 86(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, l-appellanti jsostnu li din id-dispożizzjoni, li tirriżerva għall-Qorti Ġenerali l-fakultà li tevalwa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tan-nota ta’ adattament, ma teskludix l-applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 130(4) ta’ dawn ir-Regoli, sabiex jinġabru l-osservazzjonijiet tar-rikorrent fuq l-argumenti mressqa mill-konvenut insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li huwa qajjem. Il-Parlament enfasizza li l-Qorti Ġenerali kienet osservat il-prinċipju ta’ kontradittorju billi tagħtu terminu sabiex jirrispondi għan-noti ta’ adattament u kienet iddeċidiet fuq l-ammissibbiltà tagħhom, fid-dawl tal-ġurisprudenza tagħha, madankollu mingħajr ma bbażat ruħha fuq l-argumenti tar-risposti tiegħu, imfakkra fil-punt 65 tad-digriet appellat. |
2. Evalwazzjoni
|
79. |
L-Artikolu 86(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprovdi li “[b]la ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata mill-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors, il-President għandu jiffissa terminu għall-konvenut sabiex jippreżenta risposta għan-nota ta’ adattament”. |
|
80. |
L-Artikolu 130(4) ta’ dawn ir-Regoli, dwar l-eċċezzjonijiet ittrattati permezz ta’ digriet, jipprevedi li, fuq talba tal-konvenut, permezz ta’ att separat, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża, il-President jistabbilixxi terminu sabiex ir-rikorrent ikun jista’ jippreżenta bil-miktub il-motivi u t-talbiet tiegħu. |
|
81. |
F’dan il-każ, il-Parlament eċċepixxa l-inammissibbiltà tan-noti ta’ adattament fl-osservazzjonijiet tiegħu indikati fil-punt 20 tad-digriet appellat ibbażata fuq l-Artikolu 86(6) tal-imsemmija Regoli. Jista’ jiġi dedott mill-punt 21 ta’ dan id-digriet li dawn ġew kkomunikati lill-appellanti wara li dawn ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Parlament kontra r-rikorsi, li huwa kkorroborat mill-indikazzjonijiet li jidhru fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 tat-tweġiba tal-appellanti għall-mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
82. |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont il-kliem tal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-rikors u r-risposta jistgħu jiġu kkompletati b’replika tar-rikorrent u b’kontroreplika tal-konvenut sakemm il-Qorti Ġenerali ma tiddeċidix li t-tieni skambju ta’ noti ma huwiex neċessarju minħabba li l-kontenut tal-proċess tal-kawża jkun suffiċjentement komplet. Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tawtorizza jew le lir-rikorrent sabiex jippreżenta replika bl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali ( 55 ). |
|
83. |
Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat li huwa bl-applikazzjoni tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar in-natura manifesta tal-inammissibbiltà tan-noti ta’ adattament. |
|
84. |
Issa, din id-dispożizzjoni tawtorizza lill-Qorti Ġenerali, li tkun eżaminat l-ammissibbiltà ta’ rikors jew ex officio, jew fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilha bħala difiża, sabiex tiddeċiedi dwar in-natura manifesta tal-inammissibbiltà tiegħu, mingħajr ma tissuġġetta l-evalwazzjoni tagħha għad-diskussjoni tal-partijiet u f’kull mument tal-proċedura pendenti. |
|
85. |
Bħala konsegwenza, jekk rikorrent jikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ma għamlitx applikazzjoni korretta tal-imsemmija dispożizzjoni, għandu jikkontesta l-evalwazzjoni tal-qorti tal-ewwel istanza tal-kundizzjonijiet li hija suġġetta għalihom l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ( 56 ). Huma biss il-motivi diretti kontra l-motivazzjoni tal-inammissibbiltà sostnuti mill-Qorti Ġenerali li huma effettivi. |
|
86. |
F’dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq il-ġurisprudenza stabbilita li hija fakkret fil-punt 66 tad-digriet appellat. Din il-motivazzjoni hija kkritikata permezz tat-tieni aggravju tal-appell. |
|
87. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċħad it-tielet aggravju tal-appell bħala infondat. |
D. Fuq ir-rikors fl-ewwel istanza
|
88. |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tannulla d-digriet appellat, għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi l-kawża. |
|
89. |
Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ tal-annullament ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ jew tiddeċiedi hija stess definittivament fuq il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi. |
|
90. |
F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni, f’dan l-istadju tal-proċedura, sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikorsi ppreżentati mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li din iddeċidiet biss fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Parlament. |
|
91. |
Għall-kuntrarju, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddisponi mill-elementi neċessarji sabiex tiddeċiedi definittivament fuq din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ( 57 ). |
|
92. |
Għaldaqstant, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi li l-imsemmija eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ibbażata fuq il-fatt li n-noti kontenzjużi ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament, tiġi miċħuda. |
|
93. |
Konsegwentement, il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina r-rikorsi tal-appellanti intiżi għall-annullament tan-noti kontenzjużi. |
VII. Fuq l-ispejjeż
|
94. |
Ir-rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali jiġġustifika li jiġu rriżervati l-ispejjeż relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
VIII. Konklużjoni
|
95. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) T‑395/19, T‑396/19, T‑405/19, T‑408/19, T‑419/19, T‑423/19, T‑424/19, T‑428/19, T‑433/19, T‑437/19, T‑443/19, T‑455/19, T‑458/19 sa T‑462/19, T‑464/19, T‑469/19 u T‑477/19, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-digriet appellat, EU:T:2020:302.
( 3 ) Ara l-punt 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 4 ) Iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni Nru 14/2018”.
( 5 ) Minbarra dan l-appell, huwa ttrattat fl-istess ħin appell ippreżentat minn ex Membru tal-Parlament Ewropew ieħor (kawża Poggiolini vs Il-Parlament (C‑408/20 P)) kontra d-digriet tat‑3 ta’ Lulju 2020, Falqui u Poggiolini vs Il-Parlament (T‑347/19 u T‑348/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:303). Appelli oħra għadhom pendenti fil-kawżi Coppo Gavazzi et vs Il-Parlament (C‑725/20 P) u Santini et vs Il-Parlament (C‑198/21 P) dwar noti identiċi tal-11 ta’ April 2019 jew tat‑8 ta’ Mejju 2019. Dawn ġew ippreżentati rispettivament kontra s-sentenzi tal-15 ta’ Ottubru 2020, Coppo Gavazzi et vs Il-Parlament (T‑389/19 sa T‑394/19, T‑397/19, T‑398/19, T‑403/19, T‑404/19, T‑406/19, T‑407/19, T‑409/19 sa T‑414/19, T‑416/19 sa T‑418/19, T‑420/19 sa T‑422/19, T‑425/19 sa T‑427/19, T‑429/19 sa T‑432/19, T‑435/19, T‑436/19, T‑438/19 sa T‑442/19, T‑444/19 sa T‑446/19, T‑448/19, T‑450/19 sa T‑454/19, T‑463/19 u T‑465/19, EU:T:2020:494), kif ukoll tal-10 ta’ Frar 2021, Santini et vs Il-Parlament (T‑345/19, T‑346/19, T‑364/19 sa T‑366/19, T‑372/19 sa T‑375/19 u T‑385/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:78). Il-fażi bil-miktub ta’ dawn il-proċeduri għadha għaddejja.
( 6 ) Dan il-kunċett huwa s-suġġett tal-ewwel aggravju tal-appell preżenti u tat-tieni aggravju tal-appell fil-Kawża C‑408/20 P. L-analiżi tiegħi f’dawn iż-żewġ kawżi ser tiġi ppreżentata f’termini identiċi.
( 7 ) Disponibbli fuq is-sit internet: https://curia.europa.eu/jcms/upload/docs/application/pdf/2018-11/version_consolidee_rp_propre.pdf.
( 8 ) Fil-punt 3 tad-digriet appellat huwa ppreċiżat li l-eżami tal-legalità tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 huwa pendenti quddiem il-Consiglio di giurisdizione della Camera dei deputati (il-Kunsill għall-Ġurisdizzjoni tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).
( 9 ) ĠU 2009, C 159, p. 1.
( 10 ) Iktar ’il quddiem in-“noti kontenzjużi”.
( 11 ) Ara l-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet. F’kawża waħda, dik ta’ Emma Allione (Kawża T‑396/19), ir-risposta tal-Parlament tal-20 ta’ Ġunju 2019 kienet preċedenti għar-rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019. Ara, f’dan ir-rigward, il-punti 10 u 12 tad-digriet appellat.
( 12 ) E. Melandri miet fis-27 ta’ Ottubru 2019. Fit-30 ta’ Jannar 2020, il-Qorti Ġenerali ġiet informata li Loris Torbesi kellu l-intenzjoni jkompli l-proċedura.
( 13 ) Ara l-punti 45 sa 48 tad-digriet appellat.
( 14 ) Ara l-punt 57 tad-digriet appellat.
( 15 ) Ara l-aħħar sentenza tal-punt 51 tad-digriet appellat.
( 16 ) Ara l-punti 52 u 53 tad-digriet appellat.
( 17 ) Ara l-punti 56 u 60 tad-digriet appellat.
( 18 ) Ara l-punti 61 u 62 tad-digriet appellat.
( 19 ) Ara l-punti 66 u 67 tad-digriet appellat.
( 20 ) Ara l-punt 69 tad-digriet appellat.
( 21 ) Ara l-punti 73 u 74 tad-digriet appellat.
( 22 ) Ara l-punti 24 u 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 23 ) Ara s-sentenzi tal‑25 ta’ Frar 2021, VodafoneZiggo Group vs Il-Kummissjoni (C‑689/19 P, EU:C:2021:142, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tat-22 ta’ April 2021, thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (C‑572/18 P, EU:C:2021:317, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 24 ) Ara s-sentenza tat‑22 ta’ April 2021, thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (C‑572/18 P, EU:C:2021:317, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 25 ) Fuq in-nuqqas ta’ impatt ta’ ċerti rekwiżiti formali, ara s-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (C‑521/06 P, EU:C:2008:422, punti 42 sa 45).
( 26 ) Ara s-sentenza tat-22 ta’ April 2021, thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (C‑572/18 P, EU:C:2021:317, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 27 ) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, (C‑463/10 P u C‑475/10 P, EU:C:2011:656, punt 50, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).
( 28 ) Ara s-sentenzi tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, (C‑463/10 P u C‑475/10 P, EU:C:2011:656, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tat-22 ta’ April 2021, thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (C‑572/18 P, EU:C:2021:317, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 29 ) Ara l-punti 50 u 51 tad-digriet appellat.
( 30 ) Ara l-punt 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 31 ) Ara s-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 1976, Wack vs Il-Kummissjoni (1/76, EU:C:1976:91, punt 5).
( 32 ) Ara s-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2019, Tàpias vs Il-Kunsill (T‑527/16, EU:T:2019:856, punt 37), u tal-5 ta’ Diċembru 2012, Lebedef et vs Il-Kummissjoni (F‑110/11, EU:F:2012:174, punti 36 u 37, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).
( 33 ) Ara s-sentenza tal-5 ta’ Settembru 2018, Villeneuve vs Il-Kummissjoni (T‑671/16, EU:T:2018:519, punt 24).
( 34 ) C‑635/16 P, iktar ’il quddiem is-“sentenza Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni, EU:C:2018:510.
( 35 ) Fil-punt 66 tas-sentenza Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (C‑635/16 P, EU:C:2018:510), il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li “mit-termini tal-ittra elettronika tas-17 ta’ Lulju 2015, kif riprodotti fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li [l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)] informat espliċitament [lill-kumpannija Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV] ‘l-applikazzjoni [tagħha] ma kellhiex suċċess’. Huwa minnu li l-INEA speċifikat li l-proċedura intiża għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għażla tal-proġetti u dwar l-għoti ta’ sussidji kienet għadha pendenti. Madankollu, hija żiedet li, fil-‘każ improbabbli li l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni tirriżulta f’bidliet b’rabta mal-proposta tiegħek, inti ser tiġi informat separatament permezz ta’ ittra elettronika’. Issa, wara dan, [din il-kumpannija] ma rċeviet ebda ittra elettronika oħra min-naħa tal-INEA jew tal-Kummissjoni dwar dan”. Korsiv miżjud minni.
( 36 ) Ara s-sentenza Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (punti 31, 34 u 65).
( 37 ) Ara s-sentenza Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (punt 71).
( 38 ) Ara s-sentenza Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (punti 66 sa 70).
( 39 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (C‑635/16 P, EU:C:2018:28, punti 6 u 7). L-Avukata Ġenerali ppreċiżat li l-appellanti ppreżentat rikors ieħor quddiem il-Qorti Ġenerali, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li t-tardività tiegħu ġie oppost mill-Kummissjoni.
( 40 ) C‑423/16 P, EU:C:2017:848.
( 41 ) Dan kellu jirrigwarda lil E. Melandri; ara l-punt 18 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 42 ) C‑114/17 P, EU:C:2018:753, punti 52 sa 54, 56 u 59, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.
( 43 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑114/17 P, EU:C:2018:309, punt 40), li fihom tfakkar li “[l]-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jeħtieġ li fir-rikors tiegħu r-rikorrent jispeċifika s-suġġett tal-kawża. Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, ma huwiex permess li parti tibdel is-suġġett fil-mori tal-kawża; u l-fondatezza ta’ rikors għandha tiġi eżaminata biss fid-dawl tat-talbiet li jinsabu fir-rikors promotur”. L-Avukata Ġenerali Sharpston tagħmel referenza, f’dan is-sens, għas-sentenza tal-11 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C‑543/08, EU:C:2010:669, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 44 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-preċiżazzjonijiet inklużi fil-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑114/17 P, EU:C:2018:309, punt 42 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 23). Tfakkar ukoll li l-għan huwa li jiġi evitat li l-awtur tal-att ikkontestat ikun jista’ jemenda l-att ikkontestat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew jissostitwixxih b’ieħor bl-għan li jostakola l-proċedura pendenti.
( 45 ) Ara, fir-rigward ta’ dan il-formaliżmu introdott fl-2015 fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑114/17 P, EU:C:2018:309, punt 43 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, li fiha tfakkar li l-Qorti Ġenerali tawtorizza lir-rikorrent sabiex jemenda r-rikors tiegħu waqt is-seduta).
( 46 ) T‑507/13, EU:T:2015:23.
( 47 ) T‑727/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:809.
( 48 ) C‑423/16 P, EU:C:2017:848, punt 21.
( 49 ) Ara, f’dan is-sens ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑114/17 P, EU:C:2018:309, nota ta’ qiegħ il-paġna 36).
( 50 ) C‑114/17 P, EU:C:2018:753. Ara l-punt 65 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 51 ) Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2017, HX vs Il-Kunsill (C‑423/16 P, EU:C:2017:848, punt 23).
( 52 ) Ara s-sentenza tat-8 ta’ Lulju 2020, Neda Industrial Group vs Il-Kunsill (T‑490/18, mhux ippubblikata, EU:T:2020:318, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 53 ) Ara l-punti 55 sa 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet
( 54 ) Dan kellu jirrigwarda lil E. Melandri; ara l-punt 18 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 iktar ’il fuq.
( 55 ) Ara d-digriet tal-15 ta’ Jannar 2020, BS vs Il-Parlament (C‑642/19 P, mhux ippubblikat, EU:C:2020:32, punt 5 (teħid ta’ pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Pikamäe, punt 7 u l-ġurisprudenza ċċitata)).
( 56 ) Ara d-digriet tal-15 ta’ Jannar 2020, BS vs Il-Parlament (C‑642/19 P, mhux ippubblikat, EU:C:2020:32, punt 5 (teħid ta’ pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Pikamäe, punt 10 u l-ġurisprudenza ċċitata)).
( 57 ) Ara s-sentenzi tad-9 ta’ Lulju 2009, 3F vs Il-Kummissjoni (C‑319/07 P, EU:C:2009:435, punt 98), u tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, (C‑463/10 P u C‑475/10 P, EU:C:2011:656, punt 78). Ara, ukoll, is-sentenza tat-28 ta’ Frar 2019, Il-Kunsill vs Growth Energy u Renewable Fuels Association (C‑465/16 P, EU:C:2019:155, punt 128).