|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6722 |
17.12.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/6722)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Volailles de Janzé”
Nru tal-UE: PGI-FR-0168-AM01 — 2.10.2025
1. Isem il-prodott
“Volailles de Janzé”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) |
|
☒ |
Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) |
|
☐ |
Indikazzjoni ġeografika (IĠ) |
3. Settur
|
☒ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP “Volailles de Janzé” ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament:
|
(a) |
ma tinkludix bidla fl-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta; |
|
(b) |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
1. Awtorità kompetenti fl-Istat Membru
Żdiedet it-taqsima “Awtorità kompetenti fl-Istat Membru”, li tagħti d-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (Institut national de l’origine et de la qualité – INAO), f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
2. Grupp applikant
In-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku tal-Association du Poulet de Janzé [L-Assoċjazzjoni tat-Tiġieġ ta’ Janzé], li tiġbor flimkien l-operaturi ta’ din l-IĠP, ġew aġġornati.
L-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
3. Tip ta’ prodott
It-taqsima relatata mat-tip ta’ prodott, li qabel kien iddefinit skont il-klassi tiegħu, tħassret mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
4. Deskrizzjoni tal-prodott
Għall-prodotti koperti mill-IĠP, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tipprevedi l-produzzjoni tal-prodotti addizzjonali li ġejjin:
|
— |
it-tiġieġ iswed; |
|
— |
il-ħasi isfar; |
|
— |
il-ħasi tal-farawna. |
It-tiġieġ iswed u l-ħasi isfar żdiedu biss biex jiġu deskritti r-razez awtorizzati għall-IĠP. Madankollu, it-tiġieġ iswed ġie inkluż fil-kategorija “tiġieġ” u l-ħasi isfar fil-kategorija “ħasi”, li diġà kienu ssemmew fid-dokument uniku. Iż-żieda ta’ dawn il-prodotti mal-ispeċifikazjzoni ma taffettwax dan il-punt tad-dokument uniku. Il-ħasi tal-farawna biss żdied mad-dokument uniku.
It-taqsima ġiet issupplimentata b’deskrizzjoni tal-fenotip għal kull waħda mill-ispeċijiet u minn deskrizzjoni organolettika komuni għall-ispeċijiet kollha.
L-iiffriżar qawwi f’daqqa tal-pollam ġie inkluż fil-metodi tal-kummerċjalizzazzjoni awtorizzati.
Ġew permessi qatgħat għall-ispeċijiet kollha previsti fl-ispeċifikazzjoni. Il-karatteristiċi tagħhom ġew speċifikati. Dawn jistgħu jiġu minn karkassi li jista’ jkollhom difetti żgħar, iżda l-biċċiet magħżulin iridu jikkonformaw mal-kriterji ta’ preżentazzjoni għall-Klassi A, u l-karkassa li minnha jittieħdu l-qatgħat ma jridx ikollha piż minimu ta’ inqas minn 90 % tal-piż speċifikat għall-pollam li jinbiegħ sħiħ.
L-ambitu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie estiż biex jinkludi l-ġewwieni. Il-ġewwieni kkonċernat huwa l-fwied, il-qanżħa u l-qalb.
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
5. Żona ġeografika
Ma kienx hemm bidlet fid-definizzjoni taż-żona ġeografika. Saru biss bidliet editorjali; għal raġunijiet ta’ affidabbiltà, iż-żona ġeografika ġiet stabbilita bħala lista ta’ muniċipalitajiet u dipartiment wieħed (Ille-et-Vilaine) li jitqiesu kollha flimkien.
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
6. Evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona
L-evidenza ta’ traċċabilità ġiet aġġornata u stabbilita f’tabella ta’ sommarju. It-taħżim tal-pollam tneħħa.
L-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
7. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni
F’din is-subtaqsima, saret referenza għall-fenotipi għal kull speċi. Ir-razez u r-razez ibridi ġew rikonoxxuti bħala razez robusti li jikbru bil-mod.
Ġew stabbiliti valuri għad-densitajiet u għan-numri massimi għal kull binja, l-erjas minimi tal-mergħat għal kull annimal u l-etajiet massimi għall-aċċess għall-mergħa. Għall-ħasi u għall-ħasi tal-farawna, id-densità fuq ġewwa u fil-mergħa tonqos waqt il-perjodu tat-trobbija. Dawn il-kjarifiki saru fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni meta ġiet irreġistrata bħala IĠP.
Il-valuri stabbiliti għad-densitajiet u għan-numri massimi għal kull binja skont l-età, għall-erjas minimi tal-mergħat għal kull annimal u għall-etajiet massimi għall-aċċess għall-mergħa u għall-etajiet minimi għall-iskarnar inżammu. Dawn il-valuri żdiedu għall-ħasi tal-farawna u nbidlu għad-dundjan. Dawn il-kjarifiki saru fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni wara r-reġistrazzjoni bħala IĠP.
Il-karatteristiċi tal-binjiet u l-fittings tagħhom ġew deskritti fid-dettall u ġew speċifikati l-erjas tas-superfiċje. Ġie speċifikat l-obbligu li jiġu installati perċi fil-binjiet.
Ġiet deskritta l-mergħa użata biex l-annimali jmorru barra. Din fil-biċċa l-kbira tkun mgħottija bil-ħaxix u għad-dell. Ġiet enfasizzata l-importanza tas-sisien ta’ sġajriet; ir-rekwiżit li kull mergħa jkollha tul minimu ta’ 120 m ta’ sisien ta’ sġajriet jista’ jiġi kkumpensat minn erba’ siġriet iżolati għal kull 10 m ta’ sisien ta’ sġajriet.
Żdiedet lista ta’ kategoriji permessi ta’ materja prima.
Ġew iċċarati l-proporzjonijiet taċ-ċereali fid-diversi stadji ta’ trobbija u l-kontenut ta’ xaħam massimu tal-għalf. Żdied l-obbligu li jitqassam il-ħalib sħiħ fil-forma likwida lill-ħasjien u lill-ħasjien tal-farawna.
Minbarra l-età minima għall-iskarnar, issa ġiet speċifikata d-distanza massima tal-azjendi agrikoli mill-post tal-biċċerija. Meta jasal fil-biċċerija, il-pollam irid jitħalla jistrieħ għal tal-inqas 30 minuta.
Ġie speċifikat l-piż minimu tal-karkassi evixxerati u tal-karkassi lesti, meta jkunu permessi, għal kull speċi.
Ġew stabbiliti diversi dispożizzjonijiet biex jiġi rregolat it-tqattigħ tal-karkassi wara l-iskarnar.
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
8. Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-ambjent ġeografiku
Il-fatturi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-ambjent ġeografiku nkitbu mill-ġdid, biex tkun tista’ ssir distinzjoni bejn il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika, il-prodott u r-rabta kawżali. L-elementi sottostanti tar-rabta mal-ambjent ġeografiku jibqgħu l-istess. Dawn jibqgħu bbażati fuq l-użu ta’ razez u ta’ ibridi adattati għall-mergħat fuq barra, fuq l-importanza u r-reputazzjoni tat-trobbija tal-pollam fiż-żona ġeografika, fuq il-fatturi umani li ppermettew li tinżamm it-trobbija tal-bhejjem tradizzjonali u wkoll fuq il-karatteristiċi tal-ambjent favorevoli għat-trobbija fil-beraħ. L-għadd kbir ta’ illustrazzjonijiet u ta’ referenzi storiċi tħassru.
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
9. Korp ta’ spezzjoni
Issa ġew ipprovduti d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet fil-livell nazzjonali, jiġifieri, l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, għall-Affarijiet tal-Konsumatur u għall-Prevenzjoni tal-Frodi (DGCCRF,Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes). L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni issa jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-INAO u fil-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.
L-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
10. Tikkettar
Il-paragrafu kurrenti tħassar u ġie ssostitwit b’sentenza li tiddeskrivi l-elementi regolatorji obbligatorji speċifiċi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi.
L-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
11. Rekwiżiti nazzjonali
Din it-taqsima ġiet ippreżentata fil-forma ta’ tabella li turi l-oġġetti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati u l-metodi ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw.
L-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
“Volailles de Janzé”
Nru tal-UE: PGI-FR-0168-AM01 — 2.10.2025
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Volailles de Janzé”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
02 – LAĦAM U ĠEWWIENI TAL-LAĦAM LI JITTIEKEL
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-“Volailles du Janzé” huma tjur tal-ordni Galliformes. Dawn jappartjenu għal familji varji u jinkludu diversi tipi ta’ tjur:
|
— |
tiġieġ, ħasi; |
|
— |
farawna, ħasi tal-farawna; |
|
— |
dundjan. |
Il-pollam:
|
— |
jiġi minn razez li jikbru bil-mod li jippermettu perjodu ta’ trobbija itwal; |
|
— |
jitrabba f’binjiet żgħar, f’densitajiet baxxi; |
|
— |
jiġi mitmugħ ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati, li jridu jammontaw għal tal-inqas 70 % tal-porzjon; |
|
— |
jitrabba fil-beraħ, fuq mergħa bil-ħaxix u dellija, li tħeġġeġ l-aċċess. |
Il-“Volailles de Janzé” jinbiegħu bħala tjur sħaħ bħala karkassi tal-Klassi A biss, jew bħala qatgħat. Huma kkaratterizzati minn laħam sod u karkassa mlaħħma. Il-muskoli huma żviluppati tajjeb u huma mifruxin mal-iskeletru.
Il-“Volailles de Janzé” li jinbiegħu bħala tjur sħaħ huma kkaratterizzati minn karkassa li tkun tidher mingħajr difetti. B’mod partikolari, il-ġilda ma tistax tkun imqattgħa, maħruqa, migrufa jew immarkata bi traċċi tad-demm, u trid tkun tnittfet bir-reqqa. Il-pollam evixxerat irid ikun kompletament evixxerat, bl-eċċezzjoni possibbli tal-kliewi.
Iż-żieda tal-ħalib sħiħ matul l-aħħar 4 ġimgħat tat-trobbija tagħti lill-karkassi tal-ħasjien u tal-ħasjien tal-farawna laħam sukkulenti b’kontenut għoli ta’ xaħam.
It-tjur sħaħ huma ppreżentati:
|
— |
“lesti biex jissajru” (RTC, Ready-To-Cook) (tajr imnittef, evixxerat, mingħajr ras u bit-tarsu jew mingħajru); |
|
— |
“lesti” (imnittfa, imnaddfa, bir-ras, bis-saqajn u bil-ġewwieni preżenti). |
Il-qatgħat u l-ġewwieni tal-“Volailles de Janzé” jistgħu jiġu minn karkassi b’piż ta’ mhux inqas minn 90 % tal-piż stabbilit għall-karkassi lesti biex jissajru. Il-karkassi maħsuba biex jitqattgħu jista’ jkollhom difetti żgħar, iżda l-biċċiet magħżulin iridu jissodisfaw il-kriterji tal-preżentazzjoni tal-Klassi A.
Il-“Volailles de Janzé” jinbiegħu friski jew iffriżati.
Il-ġewwieni (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied) jinbiegħ frisk jew iffriżat.
Il-“Volailles de Janzé” għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
Żmien ta’ trobbija minimu |
Piż evixxerat minimu mingħajr il-ġewwieni |
Piż minimu wara t-tlestija |
|
Tiġieġ |
81 jum |
1 000 g |
1 300 g |
|
Ħasi |
150 jum |
2 500 g |
2 900 g |
|
Dundjan |
140 jum |
2 300 g |
2 700 g |
|
Farawna |
94 jum |
850 g |
|
|
Ħasi tal-farawna |
150 jum |
1 400 g |
|
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-“Volailles de Janzé” jingħataw għalf li jinkludi:
|
— |
tal-inqas 50 % ċereali fil-fażi inizjali sa 29 jum, ħlief għad-dundjan li għalih il-proporzjon huwa tal-inqas 30 %; |
|
— |
tal-inqas 70 % ċereali għall-farawna u għall-ħasjien tal-farawna, 75 % għat-tiġieġ u għall-ħasjien tat-tiġieġ, u 50 % għad-dundjan fil-fażi tas-simna. Il-proporzjon minimu ta’ ċereali huwa stabbilit għal 75 % għad-dundjan minn 64 jum; |
|
— |
tal-inqas 80 % ċereali u tal-inqas 5 % ħalib sħiħ fil-forma likwida matul tal-inqas l-aħħar 4 ġimgħat għall-ħasjien u għall-ħasjien tal-farawna. |
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
Il-binjiet u l-mergħat fejn jitrabba l-“Volailles de Janzé” jridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika definita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
—
4. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Iż-żona hija magħmula mid-dipartimenti u mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
Id-dipartiment ta’ Ille-et-Vilaine: kollu kemm hu;
Id-dipartiment ta’ Côtes d’Armor: il-muniċipalitajiet ta’ Aucaleuc, Bobital, Beaussais-sur-mer, Brusvily, Calorguen, Caulnes, Les Champs-Géraux, La Chapelle-Blanche, Dinan, Evran, Gomené, Guenroc, Guitté, Le Hinglé, Illifaut, Lancieux, Langrolay-sur-Rance, Lanvallay, Laurenan, Loscouët-sur-Meu, Merdrignac, Mérillac, Pleslin-Trigavou, Pleudihen-sur-Rance, Plouasne, Plouër-sur-Rance, Plumaudan, Plumaugat, Quévert, Le Quiou, Saint-André-des-Eaux, Saint-Carné, Saint-Hélen, Saint-Jacut-de-la-mer, Saint-Jouan-de-l’Isle, Saint-Judoce, Saint-Juvat, Saint-Launeuc, Saint-Maden, Saint-Samson-sur-Rance, Saint-Vran, Taden, Tréfumel, Trélivan, Tréméreuc, Trémorel, Trévron, La Vicomté-sur-Rance;
Id-dipartiment ta’ Loire-Atlantique: il-muniċipalitajiet ta’ Avessac, Chateaubriant, Conquereuil, Derval, Fégréac, Fercé, Guéméné-Penfao, Jans, Lusanger, Marsac-sur-Don, Massérac, Mouais, Noyal-sur-Brutz, Plessé, Pierric, Rougé, Ruffigné, Saint-Aubin-des-Châteaux, Saint Nicolas-de-Redon, Saint-Vincent-des-Landes, Sion-les-Mines, Soudan, Soulvache, Villepot;
Id-dipartiment ta’ Maine-et-Loire: il-muniċipalitajiet ta’ Armaillé, Bouillé-Ménard, Bourg-L’Evèque, Carbay, Ombrée-d’Anjou;
Id-dipartiment ta’ Manche: il-muniċipalitajiet ta’ Aucey-la-Plaine, Beauvoir, Grandparigny, Hamelin, Huisnes-sur-mer, Lapenty, Les Loges-Marchis, Macey, Le Mesnillard, Montjoie-Saint-Martin, Le Mont-Saint-Michel, Moulimes, Pontorson, Sacey, Saint-Aubin-de-Terregatte, Saint-Brice-de-Landelles, Saint-Hilaire-du-Harcouët, Saint-James, Saint-Laurent-de-Terregatte, Saint-Senier-de-Beuvron, Servon, Tanis, Vessey;
Id-dipartiment ta’ Mayenne: il-muniċipalitajiet ta’ Ballots, Brains-sur-les-Marches, Brecé, Carelles, Châtillon-sur-Colmont, Colombiers-du-Plessis, Congrier, Désertines, la Dorée, Ernée, Fontaine-Couverte, Fougerolles-du-Plessis, Gorron, Hercé, Landivy, Larchamp, Lesbois, Levaré, Montaudin, Montenay, Pontmain, Renazé, La Pellerine, La Roë, La Rouaudière, Saint-Aignan-sur-Roë, Saint-Aubin-Fosse-Louvain, Saint-Berthevin-la-Tannière, Saint-Denis-de-Gastines, Saint-Ellier-du-Maine, Saint-Erblon, Saint-Mars-sur-Colmont, Saint-Mars-sur-la-Futaie, Saint-Michel-de-la-Roë, Saint-Saturnin-du-Limet, Senonnes, Vautorte, Vieuvy;
Id-dipartiment ta’ Morbihan: il-muniċipalitajiet ta’ Allaire, Augan, Beiganne, Beignon, Brignac, Campénéac, Carentoir, Concoret, Cournon, Les Fougerêts, La Gacilly, Guer, Gourhel, Loyat, Mauron, Monteneuf, Montertelot, Néant-sur-Yvel, Peillac, Ploërmel (għajr it-territorju ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Monterrein), Porcaro, Réminiac, Rieux, Saint-Brieuc-de-Mauron, Saint-Gorgon, Saint-Jacut-les-Pins, Saint-Jean-la-Poterie, Saint-Léry, Saint-Malo-de-Beignon, Saint-Martin-sur-Oust, Saint-Perreux, Saint-Vincent-sur-Oust, Taupont, Tréal, Tréhorenteuc.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn il-“Volailles de Janzé” u l-post ta’ oriġini tagħhom hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-pollam imrabbi fil-beraħ fuq mergħat imsaġġra u fil-biċċa l-kbira mgħottija bil-veġetazzjoni, b’dieta rikka fiċ-ċereali, fuq l-għarfien prattiku tal-bdiewa relatat mal-metodu tat-trobbija u fuq ir-reputazzjoni tagħhom.
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles de Janzé” tinsab fuq il-parti tal-Lvant tal-Muntanji Armorikani, madwar dipressjoni interna li tifforma l-baċir ta’ Rennes. Hemm bosta xmajjar f’widien dojoq. Hemm umdità kostanti, għalkemm il-preċipitazzjoni totali hija ta’ medja ta’ 660 mm fis-sena. Il-medda tat-temperatura ma taqbiżx l-10 °C. Peress li ż-żona tinsab fit-tarf tal-Ewropa, l-irjieħ xi drabi jkunu qawwija, partikolarment fil-ħarifa u fix-xitwa. Il-prossimità tal-oċean iġġib magħha xita regolari. Fiż-żona ġeografika, peress li l-potenzjal agronomiku tal-ħamrija jvarja, tippredomina l-biedja mħallta ta’ għelejjel u trobbija tal-bhejjem flimkien mat-trobbija ta’ bhejjem tal-ħalib. L-art l-aktar fertili hija ddedikata għall-għelejjel taċ-ċereali u għall-għalf u ż-żoni l-oħrajn jipprovdu art bil-ħaxix għall-annimali.
Is-sisien ta’ sġajriet joffru kenn mill-irjieħ qawwija, filwaqt li jipproteġu l-għelejjel u jipproduċu pajsaġġ mimli veġetazzjoni. Is-sisien ta’ sġajriet huma wkoll riżervi tal-bijodiversità u jipprovdu ħabitat għall-organiżmi selvaġġi.
Il-klima oċeanika u l-preżenza ta’ dawn is-sisien ta’ sġajriet jippermettu lill-pollam juża l-mergħa matul is-sena kollha. Il-pollam għandu aċċess għall-ħaxix u għall-frak taż-żrar (ġebel żgħir) fuq il-mergħa. Il-frak taż-żrar jippermetti l-iżvilupp tal-qanżħa u diġestjoni aħjar permezz tat-tkissir tal-għalf u taċ-ċereali inġestiti.
Speċifiċità tal-prodott
Il-“Volailles de Janzé” ġejjin minn razez felħana u li jikbru bil-mod. Sa mill-bidu tal-fażi tas-simna, jużaw mergħa fejn jistgħu jnaqqru u jigirfu l-art biex ifittxu l-ħanex. Il-mergħa hija mfassla biex tħeġġeġ lill-pollam joħroġ kemm jista’ jkun. It-tħawwil tas-siġar fuq il-mergħa għandu bosta benefiċċji: minbarra li joffri protezzjoni mir-riħ u mix-xemx, iħeġġeġ lill-pollam jinfirex madwar il-mergħa. Jgħin ukoll lill-farms jintegraw fil-pajsaġġ, inaqqas l-erożjoni u jippromwovi l-bijodiversità.
Il-biċċa l-kbira tal-bdiewa tal-“Volailles de Janzé” huma wkoll produtturi tal-ħalib. L-għalf tal-ħasjien tal-farawna u tal-ħasjien tradizzjonalment jinkludi ħalib sħiħ matul il-fażi tal-finitura (għal tal-inqas 4 ġimgħat), li jsawwar 5 % tal-piż tal-formula tal-għalf.
Rabta kawżali
Diversi dokumenti li jmorru lura għas-seklu 18 isemmu r-reputazzjoni ta’ Janzé għall-kwalità tal-pollam tiegħu, kif deskritt mis-Sur Jean-Baptiste Ogée fl-1780 fid-dizzjunarju tiegħu tal-provinċja tal-Bretanja. Storikament, il-pollam imrobbi fir-reġjun ta’ Janzé tqies bħala l-aħħar tiġieġ iswed li xi darba kien jikkolonizza l-Armorika. Fl-1900, is-suq ta’ kull ġimgħa għall-pollam ħaj f’Janzé kien l-ikbar fl-Ille-et-Vilaine. Għaċ-ċentinarju ta’ Phileas Fogg, l-eroj ta’ Jules Verne, il-bastiment tas-sajd bix-xlief “Le France” ppreżenta l-poussin ta’ Janzé b’zalza mousquetaire fuq il-menu.
Fl-1978, il-kunsill muniċipali ta’ Janzé nieda diskussjoni dwar il-modi ta’ kif tinstab alternattiva kredibbli għall-produzzjoni agrikola u b’mod partikolari għall-prodotti tal-ħalib. L-iżvilupp tat-trobbija tal-pollam imrobbi fil-beraħ f’Janzé kienet naturalment fil-qalba tad-dibattitu. Id-dinamiżmu tal-bdiewa wassal għall-ħolqien ta’ settur li llum il-ġurnata huwa rikonoxxut.
Għal 40 sena, il-produzzjoni tal-pollam imrobbi fil-beraħ ippermettiet li jinżammu u jiġu żviluppati ħafna strutturi agrikoli. F’ħafna każijiet, saret il-produzzjoni primarja tal-azjenda agrikola. Il-“Volailles de Janzé” jibbenefikaw minn klima moderata u minn pajsaġġ mimli veġetazzjoni li jgħinu lit-tjur jisfruttaw in-natura attiva tagħhom. Il-pollam ġej minn razez li jikbru bil-mod u jista’ jesplora l-mergħa, filwaqt li jnaqqar u jigref l-art. Tingħata attenzjoni partikolari biex titħeġġeġ l-esplorazzjoni tal-mergħa permezz tat-tħawwil ta’ sisien ta’ sġajriet.
Għat-tipi kollha ta’ pollam, il-kombinazzjoni tar-razez u tal-għalf li jinkludi tal-inqas 70 % ċereali tagħmilha possibbli li jiġi prodott pollam b’ġilda fina, b’għadam iebes, u b’karkassi mgħottija tajjeb li ma jkunux xaħmin wisq. Il-provvista tal-ħalib sħiħ għall-ħasjien u għall-ħasjien tal-farawna jiżgura laħam sukkulenti b’kontenut għoli ta’ xaħam.
Min-naħa tal-komunikazzjoni, mill-1993, l-ewwel f’Janzé u mbagħad f’Rennes mill-2014, il-bdiewa bdew jingħaqdu kull sena għal ċelebrazzjoni fi tmiem il-ġimgħa li matulha jaqsmu ma’ ħaddieħor, b’enfasi fuq il-pollam tagħhom; storikament imsejħa l-“Foire aux chapons” [il-fiera tal-ħasi], illum il-ġurnata hija magħrufa bħala “ Les Toqués de Janzé ” [Il-fanatiċi ta’ Janzé].
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-43d7a320-092e-4d4f-a971-4a1adca4e1db
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6722/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)