|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1547 |
25.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1547
tal-25 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi li jinsabu fiha jiġġeddu sas-27 ta’ Lulju 2026, u jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw żewġ persuni u entità waħda elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 jiġu aġġornati. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, id-data “27 ta’ Lulju 2025” hija sostitwita bid-data “27 ta’ Lulju 2026”; |
|
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1532/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, intitolat “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 2 u 3”, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati 7 u 20 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-lista intitolata “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, l-entrata 20 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1547/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)