|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/222 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-5 ta' Mejju 2010
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008
(2010/551/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0073/2010),
|
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 100.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.