7.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8254 — HP/Printer Business of Samsung Electronics)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 71/05)

1.

Fit-28 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża HP, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tal-istampaturi ta' Samsung Electronics Co., Ltd (ir-Repubblika tal-Korea) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HP: kumpanija multinazzjonali tat-teknoloġija li timmanifattura u tbigħ apparat elettroniku, inklużi kompjuters u stampaturi.

—   għal Samsung: Samsung hija kumpanija multinazzjonali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fir-Repubblika tal-Korea li hija fornitur ewlieni ta’ apparat elettroniku għall-konsumatur (inklużi stampaturi), teknoloġija tal-informazzjoni u sistemi ta’ komunikazzjoni ċellulari (inklużi t-telefowns ċellulari, smartphones u tablets), u soluzzjonijiet għall-apparati (bħal semikondutturi u proċessuri tal-applikazzjonijiet ċellulari). Printer Business of Samsung Electronics huwa fornitur dinji ta' stampaturi u prodotti relatati mal-istampaturi u ta' servizzi għall-użu fid-dar, fl-uffiċċju u n-negozju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8254 — HP/Printer Business of Samsung Electronics, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).