6.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 288/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/11/2007

tal-25 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil- Bosnja u Ħerzegovina

(2007/711/CFSP)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Whereas:

(1)

Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE.

(2)

Fis-27 ta’ Ġunju 2006, il-KPS adotta d-Deċiżjoni BiH/9/2006 (2) li taħtar il-Viċi Ammiral Hans Jochen WITTHAUER bħala Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Ignacio MARTÍN VILLALAÍN bħala l-Kmandant tal-Forza l-ġdid ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Herzegovina.

(4)

Il-Kumitat Militari ta’ l-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(5)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

(6)

Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen adotta Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implementazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li għaldaqstant ikkonkludew ftehim bilaterali ta’ sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Maġġur Ġeneral Ignacio MARTÍN VILLALAÍN huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-4 ta’ Diċembru 2007.

Magħmula fi Brussel, 25 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. DURRANT PAIS


(1)   ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)   ĠU L 196, 18.7.2006, p. 25.