|
17.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9296 — Macquarie/China Investment Corporation/Allianz/Dalmore/INPP/Gas distribution business of National Grid)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 141/06)
1.
Fl-10 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie Group (“Macquarie”, l-Awstralja), |
|
— |
China Investment Corporation (“CIC”, iċ-Ċina), |
|
— |
Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja), |
|
— |
Dalmore Capital Limited (“Dalmore”, ir-Renju Unit), |
|
— |
International Public Partnerships Limited (“INPP”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Gas distribution business of National Grid (“Cadent”, ir-Renju Unit). |
Macquarie, CIC, Allianz, Dalmore u INPP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Cadent kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie huwa fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġestjoni ta’ fondi. Macquarie jikkontrolla l-kumpaniji li għandhom attivitajiet fis-settur tal-gass fir-Renju Unit: (i) Corona Energy, li tissupplixxi l-gass u l-elettriċità primarjament lis-settur kummerċjali, industrijali u pubbliku fil-Gran Brittanja (“GB”); (ii) Calon Energy, li hija s-sid ta’ tliet impjanti tal-enerġija b’ċiklu kkombinat li jaħdmu bil-gass fil-GB; u (iii) Macquarie Energy Leasing, li hija attiva fil-forniment u l-provvista ta’ assi tal-metres lill-klijenti fil-GB; |
|
— |
CIC, inkorporata f’Jannar 2015, tispeċjalizza f’investimenti diretti. CIC għandha kontroll konġunt ta’ Neptune Energy Group Limited (“Neptune”), li hija attiva fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, b’enfasi reġjonali fuq il-Baħar tat-Tramuntana, l-Afrika ta’ Fuq, u x-Xlokk tal-Asja; |
|
— |
Allianz hija grupp ta’ servizzi finanzjarji dinji attiva fl-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi; |
|
— |
Dalmore hija kumpanija indipendenti ta’ ġestjoni ta’ fondi li tiffoka fuq opportunitajiet ta’ riskju baxx għal investituri istituzzjonali fis-settur tal-infrastruttura tar-Renju Unit; |
|
— |
INPP hija kumpanija ta’ investiment fl-infrastruttura; |
|
— |
Cadent huwa magħmul minn erba’ mit-tmien networks irregolati tad-distribuzzjoni tal-gass (gass distribution networks, “GDNs”) f’partijiet tal-GB, li jkopru territorju ta’ servizz definit ġeografikament li jinkludi l-Lvant tal-Ingilterra, in-North London, il-Majjistral tal-Ingilterra u l-West Midlands. Cadent bħalissa huwa kkontrollat b’mod konġunt minn Macquarie u l-Grilja Nazzjonali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jinħtieġ (2) li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9296 — Macquarie/China Investment Corporation/Allianz/Dalmore/INPP/Gas distribution business of National Grid
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).