|
28.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1104
tal-25 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/116 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra t-talba mill-Gvern Estonjan,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/116 (1), li taħtar, b'mod partikolari, il-membri u l-membri supplenti tal-Estonja tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Is-Sur Mihkel JUHKAMI (Mayor of Rakvere City) u s-Sur Kurmet MÜÜRSEPP (Member of Antsla Rural Municipality Council) ilhom membri tal-Kumitat tar-Reġjuni mis-26 ta' Jannar 2015. |
|
(3) |
Is-Sur Rait PIHELGAS (Mayor of Ambla Rural Municipality) u s-Sur Jan TREI (Mayor of Viimsi Rural Municipality) ilhom membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni mis-26 ta' Jannar 2015. |
|
(4) |
Permezz tal-ittra tal-4 ta' Ġunju 2019, il-Gvern tal-Estonja informa lill-Kunsill dwar bidliet fil-kariga tal-mandati elettorali eżistenti tas-Sur Mihkel JUHKAMI, is-Sur Kurmet MÜÜRSEPP, is-Sur Rait PIHELGAS u s-Sur Jan TREI. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/116 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2015/116, l-entrati li jikkonċernaw is-Sur Mihkel JUHKAMI u s-Sur Kurmet MÜÜRSEPP huma sostitwiti kif ġej:
“Is-Sur Mihkel JUHKAMI
Chairman of Rakvere Town Council
Is-Sur Kurmet MÜRSEPP
Deputy Mayor of Antsla Rural Municipality ”.
Artikolu 2
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2015/116, l-entrati li jikkonċernaw is-Sur Rait PIHELGAS u s-Sur Jan TREI huma sostitwiti kif ġej:
“Is-Sur Rait PIHELGAS
Mayor of Järva Rural Municipality
Is-Sur Jan TEI
Member of Viimsi Rural Municipality Council ”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).