|
14.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11187 - MITSUI / CELANESE / NUTRINOVA JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 285/07)
1.
Fis-27 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui & Co., Ltd, (“Mitsui”, il-Ġappun), |
|
— |
Celanese Corporation (“Celanese”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Nutrinova B.V. (“Nutrinova JV”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Celanese. |
Mitsui u Celanese jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Nutrinova JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Mitsui hija kumpanija tal-kummerċ, tal-ġesjoni tan-ngozju u ta’ żvilupp ta’ proġetti attiva f’diversi setturi, inklużi kimiċi bażiċi, kimiċi ta’ prestazzjoni, u riżorsi tal-ikel. |
|
— |
Celanese hija produttur globali ta’ polimeri b’inġinerija ta’ prestazzjoni għolja li jintużaw f’varjetà ta’ applikazzjoni ta’ valur għoli, kif ukoll prodotti tal-aċetil, li huma użati bħala kimiċi għall-industriji kbar. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża fil-mira huma:|
— |
il-produzzjoni u l-provvista tal-ħlewwa aċesulfam tal-potassju (“Ace-K”), tal-preservattivi sorbat tal-potassju u l-aċidu sorbiku, u sulfat tal-ammonju, li huwa użati bħala fertilizzant u għall-produzzjoni tal-insulazzjoni. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11187 - MITSUI / CELANESE / NUTRINOVA JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).