|
24.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Jannar 2013
li tawtorizza estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2013) 123)
(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)
(2013/50/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/827/KE (2) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fil-prodotti tal-ħobż b’kontenut massimu ta’ 5 % ta’ żrieragħ tal-Chia (Salvia hispanica). |
|
(2) |
Fl-14 ta’ April 2011 The Chia Company għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għall-estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel. B’mod partikolari, talbet li tuża sa 10 % żerriegħa tal-Chia f’ċerti kategoriji tal-ikel u biex tbigħ żerriegħa tal-Chia ppakkjata minn qabel b’doża rrakomandata sa 15 g kuljum. |
|
(3) |
Fis-16 ta’ Marzu 2012, l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet l-ewwel rapport tal-valutazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ tal-Chia għal kategoriji tal-ikel proposti tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Tqajmu oġġezzjonijiet motivati fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, b’mod partikolari, dwar il-possibilità ta’ nuqqas ta’ dejta tossikoloġika. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant ikkalmaw dan it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għalhekk ġie kkonfermat li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 huma ssodisfati. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, għandha tiġi adottata “Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni” li tawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia bħala ingredjent ġdid tal-ikel. |
|
(7) |
Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) kif speċifikat fl-Anness I tista’ titqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi mniżżla fl-Anness II.
Iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala tali tista’ tinbiegħ lill-konsumatur finali f’forma ta’ pakketti lesti biss.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) awtorizzata b’din id-Deċiżjoni dwar it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “Żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica)”.
L-ittikkettjar addizzjonali ta’ pakketti lesti taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) huwa meħtieġ biex jinforma lill-konsumatur li d-doża ta’ kuljum ma taqbiżx il-15 g.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil The Chia Company, 262-276 Lorimer Street, Port Melbourne, VIC 3207 Awstralja.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CHIA (SALVIA HISPANICA)
Deskrizzjoni
Il-Chia (Salvia hispanica) hija pjanta sajfija erbaċea annwali li tagħmel mal-familja tal-Labiatae.
Wara l-ħsad, iż-żrieragħ jitnaddfu b’mod mekkaniku. Fjuri, weraq u partijiet oħra tal-pjanta jitneħħew.
Il-kompożizzjoni tipika taż-Żerriegħa tal-Chia
|
Materja niexfa |
91-96 % |
|
Proteina |
20-22 % |
|
Xaħam |
30-35 % |
|
Karboidrati |
25-41 % |
|
Fibra (Fibra kruda (*1)) |
18-30 % |
|
Irmied |
4-6 % |
(*1) Il-fibra kruda hija dik il-parti tal-fibra li tkun magħmula prinċipalment minn ċellulosa, pentosani u lignin, li mhumiex diġeribbli.
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CHIA (SALVIA HISPANICA)
|
Prodotti moħmija |
mhux aktar minn 10 % |
|
Ċereali tal-kolazzjon |
mhux aktar minn 10 % |
|
Taħlitiet tal-frott, tal-ġewż u taż-żrieragħ |
mhux aktar minn 10 % |
|
Pakketti lesti taż-żerriegħa tal-Chia bħala tali |
mhux aktar minn 15 g kuljum |