2.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/4


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 288/05)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu tar-reviżjoni

Raġunijiet tad-deċiżjoni

C(2015) 6007

l-1 ta’ Settembru 2015

Triossidu tad-diarseniku

Nru tal-KE 215-481-4

Nru tal-CAS 1327-53-3

Linxens France, 37, Rue des Closeaux, 78200 Mantes La Jolie, Franza

REACH/15/4/0

REACH/15/4/1

Il-formulazzjoni tat-triossidu tad-diarseniku f’taħlita

L-użu industrijali tat-triossidu tad-diarseniku bħala għajnuna fl-ipproċessar fl-elettrodepożizzjoni tad-deheb

il-21 ta’ Mejju 2022.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom, filwaqt li għaddejja ħidma lejn l-implimentazzjoni potenzjali ta’ alternattiva f’perjodu ta’ mhux inqas minn tlieta sa ħames snin.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm