30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 188/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE [2015/1256]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness VI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE) tal-Anness VI tal-Ftehim ŻEE:

“13.

32014 L 0050: Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/50/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.