European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2667

29.4.2024

P9_TA(2023)0370

Iż-Żona ta' Schengen: id-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95, (KE) Nru 333/2002, (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża (COM(2022)0658 – C9-0165/2022 – 2022/0132A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/2667)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0658),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2)(a) u 79(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0165/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2022  (1),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-6 ta’ Lulju 2023 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati abbażi tagħha,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0025/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C 75, 28.2.2023, p. 150.


P9_TC1-COD(2022)0132A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-18 ta' Ottubru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/2667.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2667/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)