|
21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 85/2010
tat-2 ta’ Lulju 2010
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (2) għandħa tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness IX għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31 (id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 16e (id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/111/KE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 (3) jew tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 18.
(2) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.