31999R2789



Official Journal L 336 , 29/12/1999 P. 0013 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2789/1999

tat-22 ta’ Diċembru 1999

li jistabbilixxi standards ta’ marketing għall-għeneb tal-mejda

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1) l-għeneb tal-mejda jinsab mal-prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li dwaru livelli għandhom jiġu adottati. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1730/87 jipprovdi għall-livelli ta’ kwalità għall-għeneb tal-mejda [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 888/97 [4], ġie emendat ta’ spiss u ma jistgħax aktar jiżgura legalità ċara;

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 1730/87 għandu jiġi mħassar u r-regoli li fih jerġgħu jiġu magħmula mill-ġdid. Għal dak il-għan u fl-interess li tinżamm it-trasparenza fis-suq dinji, għandu jittieħed kont tal-livell tal-għeneb tal-mejda rakkomandat mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni ta’ Prodotti li Jiħżienu u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/ECE);

(3) l-applikazzjoni ta’ dan il-livell għandha tirriżulta f’li prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċjenti jitneħħew mis-suq, u twassl il produzzjoni f’livell tal-ħtiġiet tal-konsumatur u tiffaċilita r-relazzjonijiet tal-kummerċ bażati fuq kompetizzjoni ġusta, b’hekk tgħin li titjieb il-profittabilità tal-produzzjoni;

(4) il-livell għandu japplika fl-istadji kollha tas-suq. Trasport f’distanza twila, ħażna matul ċertu perjodu u l-proċessi varji li l-prodotti jgħaddu minnhom jistgħu jikkawżaw ċertu tibdil minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodoti jew in-natura tagħhom li relattivament jeħżienu malajr. Għandu jittieħed kont ta’ dak it-taħsir meta jiġi applikat il-livell fl-istadji ta’marketing li jieħdu wara li jintbagħtu. Minħabba li prodotti fil-klassi "Extra" għandhom jiġu magħżula u ppakkeġġati b’kura partikolari, għandu jittieħed kont biss tal-freskezza u n-nefħa fil-każ tagħhom;

(5) hemm talba li qiegħda tiżviluppa għall-pakketti żgħar li jkun fihom għeneb tal-mejda ta’ oriġini u verjetajiet differenti. Din it-tip ta’ preżentazzjoni għandha għalhekk tkun awtorizzata għall-għeneb tal-mejda, u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-immarkar għandhom jiġu hekk aġġustati;

(6) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-livell ta’ marketing għall-għeneb tal-mejda li huwa fil-kodifika NM 0806 10 10 għandu jkun dak preskritt fl-Anness.

Dan il-livell għandu japplika fl-istadji kollha ta’ marketing skond il-kondizzjonijiet ġreskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Iżda, fl-isadji wara li jinbagħtu, l-prodotti jistgħu juru b’relazzjoni mal-ħtiġiet tal-livell:

- nuqqas ħafif tal-freskezza u l-qawwa fin-nefħa,

- għall-prodotti mqassma fi’ klassijiet ħlief dawk tal-klassi "Extra", deterjorazzjoni ħafifa dovuta għall-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li jiħżienu.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 1730/87 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-dħul tiegħu fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[3] ĠU L 163, ta’ l-4.6.1998, p. 25.

[4] ĠU L 126, tat-18.3.1998, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LIVELL TA’ KWALITÀ GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan il-livell japplika għall-għeneb tal-mejda tal-varjetajiet (cultivars) imkabbar minn Vitis vinifera L. li għandu jiġi provdut frisk lill-konsumatur, b’għeneb tal-mejda għall-ipproċessar industrijali ikun eskluż.

II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITA

L-għan ta’ dan il-livell huwa li jfisser il-ħtiġiet tal-kwalità għall-għeneb tal-mejda wara l-preparazzjoni u pakkeġġar.

A. Ħteġijiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klasssi u t-tolleranzi permessi, għenieqed u frott żgħir għandhom ikunu:

- b’saħħtu; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

- nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

- prattikment ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

- prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

- ħieles minn umdita mhux tas-soltu fuq barra,

- ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin.

B’żida, l-frott żgħir għandu jkun

- bla mittiefes (intatt),

- iffurmat sew,

- żviluppat normali.

Tibdil ta’ kulur minħabba x-xemx mhux difett.

L-għenieqed għandhom ikunu maqtugħa bil-galbu.

L-għeneb tal-mejda għandu jkun żviluppa suffiċjentement u jkun sar biżżejjed. L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-għeneb tal-mejda għandu jkun tali li jippermetti:

- li jkun jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar,

u

- jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B. Klassifika

L-għeneb tal-mejda għandu ikun klassifikat fit-tlett klassijiet mfissra hawn taħt:

(i) Klassi ‘’Extra’’

L-għeneb tal-mejda f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur tal-għenieqed għandhom ikunu tipiċi tal-varjetà, skond id-distrett li fih ikunu tkabbru, u m’għandux ikollhom difetti. Il-frott Iż-żgħir għandu jkun sod, mwaħħal sew, imqassam indaqs matul iz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikamnt intatti.

(ii) Klassi I

L-għeneb tal-mejda f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur tal-għenieqed għandhom ikunu tipiċi tal-varjetà, skond id-distrett li fih ikunu tkabbru. Il-frott iż-żgħir għandu jkun sod, mwaħħal sew u, sa fejn hu possibbli, jkollhom in-nwar tagħhom prattikamnt intatti. Jistgħu, iżda, ikunu anqas imqassmin indaqs matul iz-zokk minn dawk tal-klassi "Extra".

Dawn id-difetti żgħar li ġejjin, iżda, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità li jżomm, u l-preżentazzjoni tal-pakkett:

- difetti żgħar fil-forma,

- difetti żgħar fil-kulur,

- skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra.

(iii) Klassi II

Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jkunx jikkwalifika għall-klassijiet ogħla, iżda li jkun jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.

L-għenieqed jista’ jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jħassrux il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, skond id-distrett li fih ikunu tkabbru.

Il-frott iż-żgħir għandu jkun suffiċjentement sod u suffiċjentement imqabbad, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bin-nwar. Jistgħu jkunu anqas imqassmin indaqs matul iz-zokk minn dawk tal-Klassi I.

Id-difetti li ġejjin huma permessi sakemm l-għeneb tal-mejda iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità li jżomm u l-preżentazzjoni:

- difetti fil-forma,

- difetti fil-kulur,

- skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra.

- brix ħafif,

- difetti ħfief fil-qoxra.

III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skond il-piż ta’ l-għanqud

Il-ħtiġiet minimi ta’ daqs għal kull għanqud huma definiti għall-għeneb tal-mejda mkabbar taħt il-ħġieġ u għeneb tal-mejda mkabbar fil-miftuħ, varjetajiet ta’ ċawsli kbar jew ċawsli żgħar rispettivament.

| Għeneb tal-mejda imkabbar taħt il-ħġieġ | Għeneb imkabbar fil-miftuh |

Varjetajiet ta' ċawsli kbar | Varjetajiet ċawsli żgħar |

Klassi "Extra" | 300 grammi | 200 grammi | 150 grammi |

Klassi I | 250 grammi | 150 grammi | 100 grammi |

Klassi II | 150 grammi | 100 grammi | 75 grammi |

Lista tal-varjetajiet imkabbra taħt il-ħġieġ u varjetajiet ta’ ċawsli kbar u ċawsli żgħar mkabbra fil-miftuħ jidhru fl-Appendiċi li jinsab ma’ dan il-livell.

Għall-klassijiet kollha: f’kull pakkett żgħir li ma jkunx jeċċedi l-kilo piż nett, għanqud wieħed skond il-ħtiġiet minimi ta’ piż huwa permess biex jaġġusta l-piż indikat, sakemm l-għanqud ikun jikkonforma mal-ħtiġiet l-oħra kollha għall-klassi speċifikata.

Meta l-isem tal-varjetà fl-immarkar ma jkunx jidher fil-lista fl-AppediċI hawn meħmuż il-piż minimu għall-varjetajiet ta’ ċawsli kbar huwa meħtieġ.

IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalita f’kull pakkeġġ tal-prodott li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi indikata,

A. Tolleranzi għall-kwalita

(i) Klassi ‘’Extra’’

5 % skond il-piż ta’ għenieqed li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

(ii) Klassi I

10 % skond il-piż ta’ għenieqed li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

(ii) Klassi II

10 % skond il-piż ta’ għenieqed li ma jissodisfawx la l-ħtiġiet tal-klassi lanqas il-ħtiġiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti affettwati bi tħassir jew xi taħsir ieħor li jagħmluhom mhux tajba għall-konsum.

B. Tolleranzi għad-daqs

(i) Klassi ‘’Extra’’ u Klassi I

10 % skond il-piż li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-daqs tal-klassi; iżda li jilħqu dawk tal-klassi minnufih taħtha.

(ii) Klassi II

10 % skond il-piż li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-daqs tal-klassi iżda li jkunu jiżnu mhux anqas minn 75 g.

V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

A. L-uniformita

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss għenieqed ta’ l-istess oriġini, varjetà, kwalità u grad ta’ tisjir.

Għall-prodotti preżentati f’pakketti żgħar ta’ piż nett ta’ mhux aktar minn1 kg, l-uniformità tal-varjeta u l-oriġini m’humiex meħtieġa.

Fil-każ tal-Klassi "Extra", l-għenieqed għandhom bejn wieħed u ieħor ikunu ta’ l-istess daqs u kulur.

Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkeġġ trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B. Il-pakkjar

L-għeneb tal-mejda għandu jkun ippakkjat b’dak il-mod li jkun jipproteġi sew il-prodott.

Fil-każ tal-Klassi "Extra", l-għenieqed għandhom ikunu ppakkjati f’saff wieħed.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkeġġ iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalita hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. L-użu ta’ materjali, partikolarment karti jew stampi, li jkollhom speċifikazzjonijiet tal-kummerċ huwa permess sakemm l-istampar jew ittekkatjar ikun sar b’linka jew kolla li ma’ tkunx velenuża.

Il-paketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkun itwal mnn 5 ċm jista’ jitħalla fuq iz-zokk ta’ l-għanuq bħala għamla ta’ preżentazzjoni speċjali.

VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BEJGĦ FIS-SUQ

Kull pakkett għandu jkollu fuqu l-partikolaritajiet li ġejjin f’ittri gruppati fuq l-istess naħa, li jkunu jinqraw u mmarkati b’mod li ma jitħassarx, u jidhru minn barra:

A. L-identifikazzjoni

- Min jippakkjhom u/jew jibgħathom L-isem u l-indirizz jew il-marka uffiċjali jew aċċettata tal-kodiċi. Iżda, meta kodifika (simbolu) tintuża, il-kliem "pakeġġjatur u/jew min jibgħathom" (jew b’mod ekwivalenti fil-qosor) għandhom jidhru viċin il-kodifika (simbolu).

B. In-natura tal-prodott

- "Għeneb tal-Mejda", jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra,

- l-isem tal-varjetà jew, fejn japplika, l-varjetatjiet.

C. L-orġini tal-prodott

- Pajjiż (jew, fejn japplika, pajjiżi) tal-oriġini u, min irid, id-distrett fejn imkabbar, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali tal-post.

D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

- Klassi.

E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (b’għażla)

--------------------------------------------------