|
3.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1350
tat-28 ta’ Ġunju 2023
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1548 (2), li ħatret lis-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1045 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala l-Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1303 (4), li testendi l-mandat ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024. |
|
(5) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2023.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1548 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1045 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022) (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 75).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1303 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 161, 27.6.2023, p. 64).