|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3482 |
30.6.2026 |
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmu ta' salvagwardja skont ir-Regolament (UE) 2026/1455 dwar l-aġġustament tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-ftuħ ta' kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
(C/2026/3482)
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li l-Parlament Ewropew jagħti lis-segwitu mill-qrib tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' salvagwardja li jippermetti s-sospensjoni tal-preferenzi mogħtija lill-Istati Uniti. Għal dak il-għan, jekk il-Parlament Ewropew jirrakkomanda li l-Kummissjoni tibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni ser tivvaluta bir-reqqa jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikawx bidu ex officio ta' investigazzjoni u ser tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3482/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)