<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-650/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0650</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:879">EU:C:2021:879</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20211028">28.10.2021</DATE> – Kawża C‑650/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vialto Consulting vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20211028">28 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għal danni</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà mhux kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ġestjoni deċentralizzata</KEYWORD><KEYWORD>Investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)</KEYWORD><KEYWORD>Verifiki fuq il-post</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għal data tal-kompjuter</KEYWORD><KEYWORD>Operazzjoni forensika diġitali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Dannu morali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑650/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fit‑<DATE ISO="20190903">3 ta’ Settembru 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vialto Consulting Kft</HT>., stabbilita f’Budapest (l-Ungerija), irrappreżentata minn D. Sigalas u S. Paliou, dikigoroi,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn D. Triantafyllou, J. Baquero Cruz u minn A. Katsimerou, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala l-president tal-Ewwel Awla, L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, u J.‑C. Bonichot, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20210210">10 ta’ Frar 2021</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Vialto Consulting Kft. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Vialto<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas‑<DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, Vialto Consulting vs Il‑Kummissjoni (T‑617/17, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:446">EU:T:2019:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors ippreżentat minnha għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba aġir, fil-fehma tagħha, illegali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), marbut mal-esklużjoni tagħha mill-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi bir-referenza TR2010/0311.01‑02/001 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kuntratt inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal‑<DATE ISO="19961111">11 ta’ Novembru 1996</DATE> dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 303) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jiġu jsiru u jitmexxew mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru involut, li għandhom jiġu nnotifikati kmieni biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex dawn ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak il-għan, l-uffiċjali ta’ l-Istat Membru involut jistgħu jieħdu sehem fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.</ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, jekk l-Istat Membru involut hekk ikun jixtieq, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu flimkien mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ispetturi tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess, taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-ispetturi amministrattivi nazzjonali u b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar l-operazzjonijiet inkwestjoni li jkunu meħtieġa għat-tmexxija xierqa tal-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. Dawn jistgħu jagħmlu użu mill-istess faċilitajiet ta’ spezzjoni bħala spetturi amministrattivi nazzjonali u b’mod partikolari jagħmlu kopja tad-dokumenti relevanti.</P><P>IL-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jinvolvu, partikolarment:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>data tal-kompjuter,</P></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ikun meħtieġ, ikun għall-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, li jieħdu l-miżuri prekawzjonarji xierqa taħt il-liġi nazzjonali, partikolarment sabiex jipproteġu l-evidenza.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Fejn l-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 5 jirreżistu l-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post, l-Istat Membru involut, waqt li jaġixxi skond ir-regoli nazzjonali, għandu jagħti lill-ispetturi tal-Kummissjoni kull għajnuna li jkunu jeħtieġu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu d-dover tagħhom billi jagħmlu l-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post.</ALINEA><ALINEA>Għandu jkun dover ta’ l-Istati Membri li jieħdu kull miżura meħtieġa, b’konformità mal-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="19990428">28 ta’ April 1999</DATE> li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 110) jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Uffiċċju għandu jeżerċita l-poteri tal-Kummissjoni biex jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi esterni bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tolqot ħażin lill-interessi finanjarji tal-Komunità, kif ukoll kull att ta’ operaturi bil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 718/2007</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat‑<DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE> li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="170" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 170, p. 1</REF.DOC.OJ>) tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-għan tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ir-Regolament dwar l-IPA<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) huwa li jipprovdi assistenza ta’ qabel l-adeżjoni lil pajjiżi benefiċjarji u jgħinhom fit-tranżizzjoni mill-Anness II għal Anness I ta’ dak ir-Regolament u permezz tas-sħubija ma’ l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’paragrafi 2, 3 u 4, il-ġestjoni deċentralizzata, fejn il-Kummissjoni tħalli l-ġestjoni ta’ ċerti azzjonijiet f’idejn il-pajjiż benefiċjarju, filwaqt li żżomm ir-responsabbiltà finali għall-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali skond l-Artikolu 53c tar-Regolament [tal-Kunsill] (KE, Euratom) Nru 1605/2002 [tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 4, p. 74] u d-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati tal‑KE, għandha tapplika għall-implimentazzjoni ta’ l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA.</ALINEA><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA, il-ġestjoni deċentralizzata għandha tkopri l-appalti, il-kuntratti u l-pagamenti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-pajjiż benefiċjarju għandu jinnomina l-entitajiet u l-awtoritajiet differenti li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>struttura operattiva skond il-komponent jew il-programm ta’ l-IPA,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tiġi stabbilita struttura operattiva għal kull wieħed mill-programmi jew komponenti ta’ l-IPA, sabiex tieħu ħsieb il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-assistenza taħt ir-Regolament dwar l-IPA.</ALINEA><ALINEA>L-istruttura opettiva għandha tkun entità jew ġabra ta’ entitajiet fi ħdan l-amministrazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-istruttura operattiva għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm jew tal-programmi kkonċernati skond il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Għal dawn l-għanijiet, għandha twettaq numru ta’ funzjonijiet li jinkludu:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>it-tħejjija għall-proċeduri ta’ l-appalt, il-proċeduri ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ l-għotjiet, il-kuntratti segwenti, u t-twettiq tal-pagamenti lil, u l-irkupri mingħand, il-benefiċjarju finali;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 248, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Uffiċċju għandu jeżerċita s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 biex iwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ta’ għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijet internazzjonali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni jew kuntratt ta’ għotja li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni, l-Uffiċċju, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi affettwati.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta titlesta investigazzjoni mill-Uffiċċju, għandu jitfassal rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali. Dak ir-rapport għandu jagħti rendikont tal-bażi legali għall-investigazzjoni, il-passi proċedurali segwiti, il-fatti stabbiliti u l-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-ligi, l-impatt finanzjarju stmat tal-fatti stabbiliti, ir-rispett lejn il-garanziji proċedurali f’konformità mal-Artikolu 9 u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni jew le. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn adatt, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet mfassla wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat rilevanti għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f’konformità mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet esterni u, jekk meħtieġ, lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Linji Gwida tal-OLAF dwar il-Proċeduri Forensiċi Diġitali intiżi għall-persunal tiegħu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) u (4) tal-Linji Gwida tal-OLAF dwar il-Proċeduri Forensiċi Diġitali intiżi għall-persunal tiegħu tal‑<DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Linji Gwida tal-OLAF<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Malli tibda l-operazzjoni forensika diġitali, is-SED [(Speċjalista ta’ Evidenza Diġitali tal-persunal tal-OLAF)] għandu: (1) jieħu nota u jieħu ritratti tal-midja diġitali kollha li għandha tkun suġġetta għall-operazzjoni forensika, kif ukoll tal-inħawi fiżiċi u arranġamentali; (2) jagħmel inventarju tal-midja diġitali. L-inventarju għandu jkun inkluż fir-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Rapport ta’ Operazzjoni Forensika Diġitali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>, u r-ritratti għandhom ikunu annessi miegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>B’mod ġenerali, is-SED għandu jmexxi l-kisba forensika diġitali sħiħa tal-mezzi msemmija fil-punt 4(3). Jekk prattikabbli, is-SED u l-investigatur għandhom flimkien preliminarjament jeżaminaw dawk il-mezzi sabiex jistabbilixxu data potenzjalment rilevanti għall-investigazzjoni u jeżaminaw jekk tkunx xierqa kisba forensika parzjali. Jekk ikun il-każ, is-SED jista’, minflok, imexxi kisba forensika parzjali tad-data. Għandha ssir reġistrazzjoni ta’ deskrizzjoni qasira tal-kontenut u n-numru ta’ referenza tal-każ mogħti mis-SED waqt li tkun qiegħda tinkiseb l-immaġni forensika diġitali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) u (4) tal-Linji Gwida tal-OLAF jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-SED għandu jittrasferixxi l-immaġni forensika diġitali għas-server tal-fajl forensiku fil-laboratorju forensiku. Il-fajl hekk ittrasferit isir il-fajl tax-xogħol forensiku. Is-SED għandu jgħarraf lill-investigatur malli jkun tlesta l-fajl tax-xogħol forensiku.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-fajl tax-xogħol forensiku jkun tlesta, l-investigatur għandu jniedi talbiet bil-miktub permezz taċ-CMS Intelligence Request Module biex isir indiċi tal-fajl tax-xogħol forensiku u, kif ikun xieraq, tinkiseb l-għajnuna tas-SED jew tal-analista operazzjonali sabiex tiġi identifikata data rilevanti għall-investigazzjoni. Din l-aħħar talba għandha tiddeskrivi l-għan tat-tiftix u t-tip ta’ evidenza u/jew prova jkun qiegħed ifittex l-investigatur. B’risposta għat-talba bil-miktub tal-investigatur u, flimkien mal-investigatur, is-SED għandu joħroġ data li tkun taqbel mal-kriterji ta’ tiftix mill-fajl tax-xogħol forensiku diġitali għal aċċess għal qari biss mill-investigatur.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti fil-punti 1 sa 23 tas-sentenza appellata u jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Vialto hija kumpannija rregolata mid-dritt Ungeriża li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza lil impriżi u entitajiet fis-settur privat u pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20110422">22 ta’ April 2011</DATE>, il-Kummissjoni kkonkludiet ftehim għal finanzjament mar-Repubblika tat-Turkija taħt is-sistema tal-ġestjoni deċentralizzata b’kontroll <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, li kienet tagħmel parti mill-programm nazzjonali għar-Repubblika tat-Turkija skont il-komponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Assistenza għal Tranżizzjoni u [għal] Formazzjoni ta’ Istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). L-istruttura operattiva indikata, fis-sens tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 718/2007, kienet is-Central Finance and Contracts Unit (CFCU), entità tal-amministrazzjoni Torka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> ġiet ippubblikata fis-Suppliment għall-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ĠU 2013/S 244–423607) taħt ir-referenza EuropeAid/132338/D/SER/TR, sejħa għal offerti ristretta li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ verifika tal-kwalità esterna fil-kuntest tal-proġett TR2010/0311.01 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Digitization of Land Parcel Identification System<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>diġitalizzazzjoni ta’ sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula ta’ artijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>proġett inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). L-awtorità kontraenti nnominata fis-sejħa għal offerti kienet iċ-CFCU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20140919">19 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-kuntratt li jikkorrispondi għall-imsemmija sejħa għal offeti ngħata lil konsorzju kkoordinat minn Agrotec S.p.A. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>konsorzju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) u kompost minn ħames parteċipanti, li fosthom kien hemm Vialto. Il-konsorzju ffirma l-kuntratt inkwistjoni maċ-CFCU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-ftuħ ta’ investigazzjoni minħabba suspetti ta’ atti ta’ korruzzjoni jew frodi mwettqa fil-kuntest tal-proġett inkwistjoni, l-OLAF iddeċieda li jwettaq verifiki u spezzjonijiet fil-bini ta’ Vialto (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>verifika fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, l-OLAF ħareġ żewġ mandati li ħatru lill-uffiċjali responsabbli sabiex iwettqu verifika fuq il-post u operazzjoni forensika diġitali. Skont it-termini ta’ dawk il-mandati, l-għan tal-verifika fuq il-post kien li tinġabar l-evidenza miżmuma minn Vialto tal-involviment possibbli tagħha fl-atti ta’ korruzzjoni u ta’ frodi allegatament imwettqa b’rabta mal-proġett inkwistjoni. L-għan tal-operazzjoni forensika diġitali kien li jinkisbu, b’mod partikolari, immaġni forensiċi diġitali tal-apparat diġitali kollu ta’ Vialto użat għall-ġestjoni tal-proġett inkwistjoni,<?PAGE NO="7"?> tal-korrispondenza elettronika tal-maniġment u tal-impjegati ta’ Vialto, tal-indirizzi funzjonali tal-posta elettronika użati għall-eżekuzzjoni tal-proġett inkwistjoni kif ukoll tal-fajls jew folders li jidhru fin-netwerk ta’ Vialto li setgħu jkunu rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-verifika fuq il-post u l-operazzjoni forensika diġitali twettqu mit‑12 sal‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>. Minuti ta’ kull ġurnata ta’ verifika ġew redatti mill-OLAF. Fil-minuti relatati mal-ġurnata tal‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> ġie rrilevat li Vialto kienet irrifjutat li tipprovdi lill-OLAF ċerta informazzjoni. Rappreżentant ta’ Vialto ffirma kull waħda mill-minuti, u fejn kien meħtieġ, għamel xi kummenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20160506">6 ta’ Mejju 2016</DATE>, Vialto ressqet ilment quddiem l-OLAF li permezz tiegħu hija kkontestat jew ikkummentat dwar ċerta informazzjoni li kien hemm f’dawk il-minuti. L-OLAF wieġeb għal dan l-ilment permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20160708">8 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, l-OLAF informa lil Vialto li hija kienet meqjusa bħala persuna ta’ interess għall-finijiet tal-investigazzjoni dwar is-suspetti ta’ korruzzjoni jew frodi eżistenti fir-rigward tal-proġett inkwistjoni u stednitha tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’terminu ta’ għaxart ijiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20160923">23 ta’ Settembru 2016</DATE>, Vialto ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha lill-OLAF u affermat li hija kienet aġixxiet skont ir-regoli applikabbli u kienet osservat il-kundizzjonijiet kollha għal aċċess leġittimu mill-OLAF għad-data tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, iċ-CFCU informat lil Agrotec bl-iżvolġiment tal-verifika fuq il-post fil-bini ta’ Vialto u bil-fatt li din tal-aħħar ma kinitx tat il-kunsens tagħha sabiex l-OLAF jingħata aċċess għal ċerta informazzjoni mitluba minnu sabiex iwettaq sew l-investigazzjoni tiegħu. Hija żiedet tgħid li l-OLAF qies li, bl-aġir tagħha, Vialto kienet kisret l-Artikolu 25 tal-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>kundizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) relatati mal-ispezzjonijiet, mal-verifiki u mal-awditi mill-entitajiet tal-Unjoni Ewropea. Hija ppreċiżat ukoll li l-OLAF kien qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni mad-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni. Billi qieset li, skont il-kundizzjonijiet ġenerali, Agrotec kienet l-unika interlokutriċi tagħha għall-kwistjonijiet kuntrattwali u finanzjarji kollha, iċ-CFCU informat lil din il-kumpannija li kienet qiegħda tissospendi b’mod preventiv il-ħlas tal-fatturi ppreżentati minnha, għall-inqas sakemm tingħalaq l-investigazzjoni tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, id-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>DĠ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) informa liċ-CFCU bir-rifjut ta’ Vialto, li jikser l-Artikolu 25 tal-kundizzjonijiet ġenerali, li tikkoopera fl-investigazzjoni mmexxija mill-OLAF u talabha tieħu l-miżuri meħtieġa b’applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u, f’dan ir-rigward, tikkunsidra s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni jew tal-parti tal-kuntratt eżegwita minn Vialto bħala miżura li possibbli tittieħed abbażi tal-Artikoli 25 u 35 tal-kundizzjonijiet ġenerali. Huwa żied jgħid li jqis li l-ammonti mħallsa lil Vialto skont il-kuntratt inkwistjoni ma kinux eliġibbli għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni u stieden liċ-CFCU sabiex tistabbilixxi preċiżament dawk l-ammonti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-OLAF informa lil Vialto bl-għeluq tal-investigazzjoni tiegħu, bit-trażmissjoni tar-rapport finali tiegħu dwar l-investigazzjoni lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, u bir-rakkomandazzjonijiet li huwa kien għamel lil dak id-DĠ sabiex jieħu l-miżuri xierqa bl-għan li jiżgura l-applikazzjoni tal-proċeduri u tas-sanzjonijiet li jirriżultaw mill-ksur gravi minn Vialto tal-kundizzjonijiet ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>, iċ-CFCU informat lil Agrotec bl-għeluq tal-investigazzjoni tal-OLAF u bil-konklużjoni ta’ dan tal-aħħar li Vialto kienet kisret l-Artikolu 25 tal-kundizzjonijiet ġenerali. Iċ-CFCU informat ukoll lil Agrotec bid-deċiżjoni tagħha li teskludi lil Vialto mill-kuntratt inkwistjoni, minn kull aspett tiegħu, u sabiex tkompli teżegwixxi l-kuntratt, minflok ma ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li tissospendi l-eżekuzzjoni tal-istess kuntratt. Konsegwentement, iċ-CFCU talbet li Agrotec ittemm minnufih l-attivitajiet ta’ Vialto u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tirtira lil din tal-aħħar mill-konsorzju, jiġifieri, l-abbozzar ta’ addendum għall-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20161205">5 ta’ Diċembru 2016</DATE> indirizzata liċ-CFCU, Vialto kkontestat l-esklużjoni tagħha mill-kuntratt inkwistjoni. Iċ-CFCU ċaħdet l-argumenti ta’ Vialto permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20170110">10 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161213">13 ta’ Diċembru 2016</DATE>, iċ-CFCU u Agrotec iffirmaw addendum għall-kuntratt inkwistjoni bl-għan li Vialto titneħħa mil-lista tal-membri tal-konsorzju u sabiex minn dan huma jisiltu l-konsegwenzi, partikolarment mill-aspett finanzjarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, Vialto bdiet azzjoni intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallasha kumpens ta’ EUR 320 944.56 u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">150000</FT>, flimkien mal-interessi, bħala kumpens għall-allegati danni materjali u morali b’rabta mal-aġir allegatament illegali tal-Kummissjoni u tal-OLAF, marbut mal-esklużjoni tagħha mill-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Vialto invokat żewġ motivi relatati mal-illegalità tal-aġir tal-OLAF ibbażat, l-ewwel, fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 u, it-tieni, fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Barra minn hekk, Vialto ressqet ilment dwar l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Matul is-seduta li nżammet quddiem il-Qorti Ġenerali, Vialto rrinunzjat għat-talba tagħha għal kumpens għad-dannu materjali u naqqset is-somma li talbet bħala kumpens għad-dannu morali li allegatament ġarrbet għal EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT>, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, wara li kkonstatat li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta kkontestat il-ġurisdizzjoni tagħha u, abbażi ta’ dan, l-ammissibbiltà tal-azzjoni, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ilmenti kollha ta’ Vialto kontra l-OLAF u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Qabelxejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 69 sa 73 tas-sentenza appellata, li d-data li għaliha l-uffiċjali tal-OLAF talbu aċċess fil-każ ineżami setgħet titqies li hija rilevanti għall-investigazzjoni tal-OLAF u li l-produzzjoni ta’ immaġni forensika diġitali taqa’ taħt is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96. Minn dan hija ddeduċiet, fil-punti 74 u 80 tas-sentenza appellata, li, meta talbu mingħand Vialto aċċess għal dik id-data għall-finijiet tal-analiżi tagħhom, l-uffiċjali tal-OLAF ma kienu wettqu ebda ksur ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sussegwentment, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti ta’ Vialto relatati mal-ksur mill-OLAF tad-dritt ta’ amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi. Fir-rigward ta’ dan il-prinċipju tal-aħħar, wara li fakkret, fil-punt 114 tas-sentenza appellata, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex persuna tkun tista’ tinvokah, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 116 u 117 ta’ dik is-sentenza li, fil-każ ineżami, kien wara li Vialto rrifjutat li tilqa’ t-talbiet skont il-liġi għal ġbir ta’ data mill-uffiċjali tal-OLAF li dawn tal-aħħar taw il-kunsens għal deroga mill-proċedura prevista mil-Linji Gwida tal-OLAF fir-rigward tal-post fejn tinġabar u tiġi pproċessata d-data kif ukoll tal-mezz użat għal dak il-għan. Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li Vialto ma setgħetx tinvoka ksur suffiċjentement serju tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li hija kienet nisslet fl-applikazzjoni ta’ prassi derogatorja favoriha, u dan minkejja li hija rrifjutat li tilqa’ t-talbiet magħmula mill-uffiċjali tal-OLAF konformement mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ilment ta’ Vialto dwar il-ksur mill-Kummissjoni tad-dritt tagħha għal smigħ, billi kkonstatat, minn naħa, fil-punt 121 tas-sentenza appellata, li Vialto kienet ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-verifika fuq il-post permezz ta’ ittri indirizzati lill-OLAF u, min-naħa l-oħra, fil-punt 122 ta’ din is-sentenza, li d-deċiżjoni li Vialto tiġi eskluża mill-kuntratt inkwistjoni kienet ittieħdet miċ-CFCU, mingħajr ma din tal-aħħar kienet marbuta mill-pożizzjoni meħuda f’dan is-sens mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Vialto kollu kemm hu, mingħajr ma eżaminat il-kundizzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ rabta kawżali suffiċjentement diretta bejn l-allegat aġir u l-allegat dannu kif ukoll dwar l-eżistenza ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha Vialto titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Vialto tippreċiża li, fil-każ ta’ annullament, hija d-diskrezzjoni fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi jekk tirrinvijax jew le l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala infondat; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Vialto għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Vialto tinvoka tliet aggravji. L-ewwel tnejn minn dawn l-aggravji huma bbażati fuq żbalji mwettqa mill-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet iż-żewġ ilmenti bbażati, l-ewwel, fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 u, t-tieni, fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żbalji mwettqa mill-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet l-ilment ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel aggravju, Vialto ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji dwar is-setgħat ta’ aċċess u ta’ ġbir ta’ data mill-OLAF fil-kuntest ta’ verifika fuq il-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti b’żewġ modi qabel ma kkonkludiet, b’mod żbaljat, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, li l-OLAF ma kisirx l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, meta talab lil Vialto sabiex ikun jista’ jaċċedi għad-data msemmija fil-punt 71 ta’ dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn naħa, il-kawża li tat lok għas-sentenza appellata tirrigwarda l-kwistjoni ta’ ksur ta’ din id-dispożizzjoni minħabba t-talba ta’ ġbir ta’ din id-data mill-OLAF, u mhux minħabba t-talba tiegħu għall-aċċess għall-imsemmija data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dan l-iżnaturament wassal għal applikazzjoni żbaljata tad-dritt mill-Qorti Ġenerali, li kellha tinterpreta d-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 fis-sens li jinkludi, minn naħa, dritt ta’ investigazzjoni wiesa’ ħafna li japplika għall-kategoriji kollha ta’ data msemmija f’din id-dispożizzjoni u, min-naħa l-oħra, dritt ta’ ġbir limitat għad-data li għandha rabta mal-operazzjonijiet ikkonċernati mill-verifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti billi ma kkonstatatx, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, li Vialto kienet tat lill-OLAF l-aċċess għad-data inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-anness tal-minuti tal-OLAF dwar it-tielet jum tal-kontroll, li Vialto kienet annettiet mar-rikors tagħha. Issa, minn dan id-dokument jirriżulta li din tal-aħħar kienet tat lill-OLAF aċċess sħiħ għas-sistema tal-kontabbiltà tagħha u għat-tranżazzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, is-sentenza appellata ma tiġġustifikax il-konstatazzjoni, magħmula fil-punt 74 tas-sentenza appellata, li d-data li l-OLAF talab li jiġbor fil-każ ineżami kienet relatata mal-operazzjonijiet inkwistjoni u kienet meħtieġa sabiex titmexxa sewwa l-verifika fuq il-post fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96. Tali konstatazzjoni hija, għaldaqstant, arbitrarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, tali konstatazzjoni, riprodotta wkoll fil-punt 83 tas-sentenza appellata, hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, peress li ma jistax jitqies, qabel riċerka permezz ta’ kliem prinċipali, li d-data kollha mitluba mill-OLAF, b’mod partikolari l-korrispondenza kollha u l-kontenut tal-kompjuters ta’ żewġ impjegati ta’ Vialto kif ukoll is-server kollu tagħha u kopja tat-tranżazzjonijiet kollha tagħha sa mis-sena 2012, kellha rabta mal-operazzjonijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni u kienet neċessarja għaliha, b’tali mod li OLAF kellu dritt jiġborha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta kkonstatat, fil-punt 75 tas-sentenza appellata, li Vialto opponiet biss il-ġbir ta’ din id-data fuq mezzi li kellhom jittieħdu fil-bini tal-OLAF, filwaqt li Vialto opponiet, mill-bidu u b’mod ġenerali, għall-ġbir tad-data li ma għandhiex rabta mal-proġett ikkontrollat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel aggravju jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-ewwel, l-argument imressaq minn Vialto li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-portata tal-ilment li hija kienet ippreżentat fir-rikors tagħha tal-ewwel istanza dwar l-illegalità tal-aġir li bih huwa kkritikat l-OLAF, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 62 tas-sentenza appellata, li Vialto tikkritika lill-OLAF li eżiġa li jkun jista’ jiġbor data li ma kellhiex rabta mal-proġett inkwistjoni bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fil-punt 75 tas-sentenza appellata, li Vialto ssostni li ppermettiet lill-uffiċjali tal-OLAF jaċċedu għad-data kollha mitluba u opponiet biss il-ġbir ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jitqies li l-Qorti Ġenerali interpretat ir-rikors tal-ewwel istanza fis-sens li dan l-ilment kien jirrigwarda l-kwistjoni ta’ ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 minħabba t-talba għal aċċess, mill-OLAF, għal din id-data, pjuttost milli minħabba l-ġbir tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni, għal dak li jirrigwarda l-allegazzjoni ta’ Vialto li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti billi ma kkonstatatx, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, li Vialto kienet tat lill-OLAF l-aċċess għad-data kollha mitluba, għandu jiġi rrilevat li dan il-punt jikkostitwixxi l-konklużjoni tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 u li ma jinkludi ebda evalwazzjoni tal-aġir ta’ Vialto. Minn dan isegwi li din l-allegazzjoni hija bbażata fuq qari żbaljat ta’ dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk jitqies li Vialto kellha l-intenzjoni, permezz ta’ din l-allegazzjoni, tikkontesta l-motivi li wasslu lill-Qorti Ġenerali għal tali konklużjoni, għandu jiġi rrilevat li l-punti 63 sa 78 tas-sentenza appellata ma jinkludux konstatazzjoni li tgħid li Vialto kienet irrifjutat li tagħti lill-OLAF l-aċċess għad-data msemmija fil-punt 71 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-punt 79 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-uffiċjali tal-OLAF temmew il-verifika fuq il-post u l-operazzjoni forensika diġitali mingħajr ma Vialto kkomunikatilhom id-data li hija qieset li kienet taqa’ taħt is-sigriet professjonali jew li kienet koperta mill-klawżoli kuntrattwali li hija tinvoka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell huwa limitat għal punti ta’ liġi. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali għandha kompetenza<?PAGE NO="12"?> esklużiva sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi ma tikkostitwixxix, bla ħsara għall-każ ta’ żnaturament tagħhom, kwistjoni ta’ dritt suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Dalli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑615/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:133">EU:C:2021:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Tali żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi. Huwa l-appellant li għandu jindika b’mod preċiż l-elementi li allegatament ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali u li għandu juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fil-fehma tiegħu, wassluha għal dan l-iżnaturament (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Tulliallan Burlington vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/18 P sa C‑158/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:151">EU:C:2020:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Vialto ssostni, essenzjalment, li kieku l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-anness għall-minuti tal-OLAF dwar it-tielet jum tal-verifika fuq il-post, li fihom jinsabu l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-iżvolġiment ta’ din il-ġurnata tal-verifika, hija kellha tikkonstata li Vialto kienet tat lill-OLAF aċċess sħiħ għad-data mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li tali dokument jirriproduċi l-osservazzjonijiet ta’ Vialto dwar l-iżvolġiment tal-verifika, b’tali mod li jippermetti biss li tiġi stabbilita l-perspettiva tagħha dwar dan l-iżvolġiment. Issa, l-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fil-punt 75 tas-sentenza appellata, li Vialto ssostni li ppermettiet lill-uffiċjali tal-OLAF jaċċedu għad-data kollha mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument imressaq minn Vialto ma jistax jippermetti li jiġi stabbilit li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti jew il-provi rilevanti, b’tali mod li dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>It-tielet, għal dak li jirrigwarda l-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni tal-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 74 tas-sentenza appellata, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jeħtieġx li l-Qorti Ġenerali tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, ir-raġunamenti kollha żviluppati mill-partijiet fit-tilwima, u l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ għaldaqstant tkun impliċita, bil-kundizzjoni li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jifhmu r-raġunijiet għaliex il-Qorti Ġenerali ma tkunx laqgħet l-argumenti tagħhom u li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>CSUE vs KF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali esponiet, fil-punti 66 sa 73 tas-sentenza appellata, il-motivi li wassluha sabiex tiddeċiedi li d-data li l-OLAF talab li jkun jista’ jiġbor kienet tirrigwarda l-operazzjonijiet ikkonċernati u kienet meħtieġa għall-tmexxija xierqa tal-verifika fuq il-post, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dawn il-punti jirriżulta li tali konstatazzjoni hija bbażata, l-ewwel nett, fuq il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li minnha, skont il-Qorti Ġenerali, jirriżulta minn naħa li l-OLAF huwa awtorizzat ikollu aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha relatati mal-fatti li jkunu s-suġġett tal-investigazzjoni tiegħu u li jieħu kopja tad-dokumenti meħtieġa sabiex iwettaq il-verifika tiegħu fuq il-post, u min-naħa l-oħra, li huwa għandu ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fid-determinazzjoni tad-data rilevanti għal dan il-għan. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq l-għan tal-investigazzjoni mmexxija f’dan il-każ mill-OLAF u fuq id-data mitluba, li kienu jaqgħu, skont il-Qorti Ġenerali, taħt it-tip ta’ dik koperta mill-imsemmija<?PAGE NO="13"?> dispożizzjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali semmiet il-partikolaritajiet tal-operazzjoni forensika diġitali, b’mod partikolari l-ħtieġa li jsir indiċjar tad-data, billi titwettaq immaġni diġitali tad-data inkwistjoni, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati d-dokumenti rilevanti għall-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, din il-motivazzjoni hija suffiċjenti sabiex tippermetti, minn naħa, lil Vialto tifhem ir-raġunijiet li għalihom l-argument tagħha ġie miċħud u, min-naħa l-oħra, lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha. Għaldaqstant, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni invokata minn Vialto għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Ir-raba’, għal dak li jirrigwarda l-allegat żball ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, li d-data li l-OLAF talab li jkun jista’ jiġbor fil-każ ineżami kienet tirrigwarda l-operazzjonijiet ikkonċernati u kienet meħtieġa għat-tmexxija xierqa tal-verifika fuq il-post, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 80 tas-sentenza appellata li, meta talab lil Vialto sabiex ikun jista’ jaċċedi għal dik id-data għall-finijiet tal-analiżi tiegħu, l-OLAF ma wettaq ebda ksur ta’ dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 jipprevedi li l-ispetturi tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess, taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-ispetturi amministrattivi nazzjonali u b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar l-operazzjonijiet ikkonċernati u li jkunu meħtieġa għat-tmexxija xierqa tal-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. Din id-dispożizzjoni tispeċifika li huma jistgħu jagħmlu użu mill-istess faċilitajiet ta’ spezzjoni bħall-ispetturi amministrattivi nazzjonali u b’mod partikolari jagħmlu kopja tad-dokumenti rilevanti. L-imsemmija dispożizzjoni tipprovdi wkoll li l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu, b’mod partikolari, jikkonċernaw id-data tal-kompjuter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 1999/352 u mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2013 jirriżulta li l-kompetenza mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament Nru 2185/96 sabiex twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post hija eżerċitata mill-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien jirriżulta li, fil-kuntest ta’ verifika fuq il-post, l-uffiċjali tal-OLAF għandhom aċċess, taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-ispetturi amministrattivi nazzjonali u b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għall-informazzjoni kollha, inkluża d-data tal-kompjuter, li tirriżulta meħtieġa għat-tmexxija xierqa tal-verifika fuq il-post u li huma jistgħu jużaw l-istess faċilitajiet ta’ spezzjoni bħall-ispetturi amministrattivi nazzjonali u, b’mod partikolari, jagħmlu kopja tad-dokumenti rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għalkemm din id-dispożizzjoni tirreferi, għal dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-uffiċjali tal-OLAF għall-informazzjoni, għad-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, għandu jiġi rrilevat li Vialto mkien ma tallega li l-OLAF kiser ir-regoli tad-dritt Ungeriż applikabbli waqt il-verifika fuq il-post inkwistjoni u li hija ma ressqet ebda argument f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li Vialto ma tikkontestax il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar it-twettiq ta’ immaġni forensika diġitali, li tinsab fil-punt 73 tas-sentenza appellata, li tirreferi għall-ispjegazzjonijiet li jinsabu fil-punt 44 ta’ dik is-sentenza. Issa, il-Qorti Ġenerali kkonstatat f’dawn il-punti, billi bbażat ruħha, b’mod partikolari, fuq l-Artikoli 4 u 8 tal-Linji Gwida tal-OLAF, li, fil-kuntest ta’ tali proċedura, it-twettiq ta’ immaġni forensika diġitali tad-data li tkun tinsab f’mezz ta’ ħażna diġitali jservi sabiex jippermetti l-indiċjar tad-data, li<?PAGE NO="14"?> min-naħa tiegħu huwa intiż sabiex jippermetti riċerka permezz ta’ kliem prinċipali billi jintuża softwer forensiku speċifiku sabiex jiġu identifikati d-dokumenti rilevanti għall-investigazzjoni tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Sa fejn Vialto pprovat, bl-argument tagħha, tassimila t-twettiq ta’ tali immaġni forensika diġitali tad-data kollha maħżuna fuq ċerti mezzi diġitali mal-fatt li tittieħed kopja, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, tad-dokumenti kollha maħżuna fuq dawn il-mezzi, għandu jiġi enfasizzat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, li din l-operazzjoni tikkostitwixxi biss stadju intermedju fil-kuntest tal-eżami ta’ tali data (ara, b’analoġija, s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk it-twettiq ta’ tali immaġni jinvolvi neċessarjament, fuq livell tekniku, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>tikkopja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> temporanjament id-data kollha inkwistjoni, fi stadju fejn ir-rilevanza tagħha tkun għadha ma ġietx eżaminata, din l-operazzjoni taqa’ taħt l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, peress li hija sservi biss sabiex jiġu identifikati d-dokumenti rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni. Ma jistax jitqies li, b’dan il-mod, l-OLAF jieħu kopja tad-dokumenti kollha kkonċernati fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, mill-formulazzjoni u mill-istruttura tagħha jirriżulta li d-dritt li għandu l-kontrollur li jieħu kopja tad-dokumenti xierqa jirrigwarda, b’differenza mill-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, il-fatt li dan iżomm b’mod sostenibbli kopji ta’ ċerti dokumenti, fost dawk li għalihom huwa jkollu aċċess, li huwa jkun identifika bħala rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni tiegħu, peress li dawn id-dokumenti jistgħu jintużaw sussegwentement fil-kuntest tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li l-Qorti Ġenerali setgħet ġustament tikkunsidra li t-twettiq ta’ tali immaġni forensika diġitali jista’ jintrabat mas-setgħat mogħtija lill-OLAF skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96 li jkollu aċċess għall-informazzjoni neċessarja għat-tmexxija xierqa tal-verifika fuq il-post u li jieħu kopja tad-dokumenti rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant Vialto ma wrietx li hija vvizzjata bi żball ta’ liġi l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punti 74 u 80 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li t-talba indirizzata lil Vialto mill-OLAF sabiex ikun jista’ jiġbor id-data msemmija fil-punt 71 tas-sentenza appellata sabiex twettaq operazzjoni forensika diġitali ma kinitx tmur kontra l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>L-iżball ta’ liġi invokat minn Vialto kontra tali konstatazzjoni għandu għaldaqstant jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-ħames, l-argument ta’ Vialto li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti, fil-punt 75 tas-sentenza appellata, huwa bbażat fuq qari żbaljat tal-punt 75 tas-sentenza appellata u għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkonstatat, f’dan il-punt, l-oppożizzjoni ta’ Vialto għall-ġbir tad-data fuq mezz li kellu jittieħed barra mill-bini tagħha, fatt li ma huwiex ikkontestat minn Vialto.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tal-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, Vialto ssostni, fl-ewwel lok, li, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet bħala irrilevanti, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, l-argumenti tagħha bbażati fuq l-osservanza tas-sigriet professjonali u fuq il-klawżoli ta’ kuntratti konklużi mal-imsieħba kummerċjali tagħha. Tali argumenti huma rilevanti sabiex jiġi stabbilit ksur mill-OLAF tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, peress li jippermettu li jintwera r-riżervi magħmula minn Vialto fir-rigward tal-ġbir ta’ data li ma kellhiex rabta mal-investigazzjoni kienu ġġustifikati. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Vialto kien jeħtiġilha tipproduċi prova li l-formulazzjoni ta’ tali riżervi ma kinitx tikkostitwixxi abbuż ta’ drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors meta, fil-punt 79 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li l-OLAF ma setax jitqies li kien ġegħelha tikser is-sigriet professjonali tagħha jew il-klawżoli tal-kuntratti konklużi mal-imsieħba kummerċjali tagħha, minħabba li hija mkien ma sostniet li kienet imġiegħla mill-OLAF taġixxi b’dak il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li t-tielet parti tal-ewwel aggravju tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment ineffettiva kif ukoll, fi kwalunkwe każ, infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-iżball ta’ liġi li jivvizzja l-punt 77 tas-sentenza appellata, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, f’dan il-punt, li l-argumenti ta’ Vialto bbażati fuq is-sigriet professjonali u fuq l-impenji kuntrattwali meħuda fir-rigward tal-imsieħba kummerċjali tagħha kienu irrilevanti sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, peress li dawn kienu intiżi li jiġġustifikaw ir-rifjut tagħha li tikkomunika lill-OLAF ċerta data li dan tal-aħħar kien qiegħed jitlob aċċess għaliha u mhux sabiex l-OLAF jew il-Kummissjoni jiġu akkużati bi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-argument ta’ Vialto li hija kienet imġiegħla tipprova li r-riżervi li hija esprimiet fir-rigward tal-ġbir ta’ ċerta data mill-OLAF ma kinux jikkostitwixxu abbuż ta’ dritt ma jistax jistabbilixxi li l-argumenti ppreżentati fl-ewwel istanza dwar is-sigriet professjonali u l-impenji kuntrattwali meħuda fir-rigward tal-imsieħba kummerċjali tagħha setgħu jistabbilixxu ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi. Għaldaqstant, dan l-argument huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-iżnaturament tar-rikors invokat minn Vialto. Fil-fatt, anki jekk jitqies li l-Qorti Ġenerali żnaturat, kif issostni Vialto, ir-rikors fl-ewwel istanza meta qieset li kellha tirrispondi, fil-punt 79 tas-sentenza appellata, għal argument li ma tqajjimx minn din il-kumpannija bbażat fuq restrizzjoni eżerċitata mill-OLAF fuqha li tobbligaha tikser is-sigriet professjonali u l-impenji kuntrattwali meħuda fir-rigward tal-imsieħba kummerċjali tagħha, tali żball ma jistax jikkontesta ċ-ċaħda tal-ewwel ilment ippreżentat minn Vialto fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-aggravji indirizzati kontra motivi superfluwi f’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għaldaqstant huma ineffettivi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Dalli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑615/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:133">EU:C:2021:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva u dan l-aggravju għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Vialto tressaq serje ta’ argumenti intiżi sabiex jistabbilixxu li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet, b’mod żbaljat, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li fil-każ ineżami l-uffiċjali tal-OLAF ma kisrux il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, is-sentenza appellata hija vvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti, peress li ma tispjegax ir-raġuni għaliex waħda mit-tliet kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiġi invokat il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma hijiex issodisfatta fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-punt 118 tas-sentenza appellata huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi, peress li jmur kontra l-ġurisprudenza relatata mal-projbizzjoni tal-irtirar, b’mod retroattiv, ta’ att amministrattiv legali li jagħti drittijiet suġġettivi jew benefiċċji simili. Fil-fatt, l-assigurazzjonijiet mogħtija mill-uffiċjali tal-OLAF fl-ewwel jum tal-verifika dwar il-proċedura ta’ twettiq ta’ din il-verifika kienu legali. Vialto tippreċiża, f’dan ir-rigward, li deroga għal-Linji Gwida tal-OLAF ma tikkostitwixxix ksur tar-Regolament Nru 2185/96. Konsegwentement, l-uffiċjali tal-OLAF ma setgħux jirrevokaw dawn l-assigurazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u jeżiġu li din il-verifika titwettaq bħallikieku tali assigurazzjonijiet ma kienu qatt ingħataw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-irtirar ta’ att amministrattiv b’mod retroattiv huwa pprojbit, anki jekk dan kellu jitqies li huwa illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li Vialto ma tistax tinvoka ksur tal-aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni ta’ prassi derogatorja favoriha u dan minkejja li rrifjutat li tilqa’ t-talbiet tal-uffiċjali tal-OLAF skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96. B’mod partikolari, il-formulazzjoni ta’ dan il-punt tagħti l-impressjoni li Vialto kienet aġixxiet in <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>. Barra minn hekk, peress li t-talbiet tal-uffiċjali tal-OLAF ma kinux konformi ma’ din id-dispożizzjoni, ir-rifjut tagħha li tilqa’ dawn it-talbiet kien għaldaqstant għalkollox legali. Kieku l-uffiċjali tal-OLAF kienu qiesu li, bl-aġir tagħha, Vialto kienet aġixxiet illegalment jew ostakolat l-investigazzjoni, huma kienu jkunu obbligati, skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament Nru 2185/96, jitolbu l-għajnuna tal-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu, l-uffiċjali tal-OLAF iddeċidew li jtemmu l-verifika mingħajr ma jsegwu din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju huwa parzjalment ineffettiv u, fi kwalunkwe każ, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>L-ewwel, għal dak li jirrigwarda l-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, iċċitata fil-punt 63 ta’ din is-sentenza, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jeħtieġx li l-Qorti Ġenerali tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, ir-raġunamenti kollha żviluppati mill-partijiet fit-tilwima, u l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ għaldaqstant tkun impliċita, bil-kundizzjoni li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jifhmu r-raġunijiet għaliex il-Qorti Ġenerali ma tkunx laqgħet l-argumenti tagħhom u li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, wara li fakkret, fil-punt 114 tas-sentenza appellata, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex persuna tkun tista’ tinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 116 ta’ dik is-sentenza, li fil-każ ineżami, kien wara li Vialto kienet irrifjutat li tilqa’ t-talbiet għal ġbir ta’ data mill-uffiċjali tal-OLAF li dawn tal-aħħar taw il-kunsens għal deroga mill-proċedura prevista mil-Linji Gwida tal-OLAF fir-rigward tal-post tal-ksib tad-data u l-ipproċessar tad-data kif ukoll tal-mezz użat għal dan il-għan. Barra minn hekk, fil-punt 117 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali fakkret li l-OLAF kien intitolat, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, jaċċedi għad-data li għaliha Vialto rrifjutatlu l-aċċess. Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 118 tal-istess sentenza, li Vialto ma setgħetx tinvoka favoriha ksur suffiċjentement serju tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li hija kienet nisslet fl-applikazzjoni ta’ prassi derogatorja favoriha, u dan minkejja li hija rrifjutat li tilqa’ t-talbiet magħmula mill-uffiċjali tal-OLAF skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-punti 113 sa 118 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qieset li Vialto ma setgħetx tinvoka aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni ta’ ftehim li hija kienet iddeċidiet li ma tikkonformax miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Issa, din il-motivazzjoni hija suffiċjenti sabiex tippermetti lil Vialto tifhem ir-raġunijiet li għalihom l-argument tagħha ġie miċħud u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha. Għaldaqstant, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni invokata minn Vialto għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>It-tieni, għal dak li jikkonċerna l-argument ta’ Vialto bbażat fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kundizzjonijiet għall-irtirar ta’ att li joħloq dritt, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan l-argument ma ġiex invokat minn Vialto fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, motiv invokat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell quddiem din il-qorti għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Fil-kuntest ta’ appell, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija fil-fatt limitata għall-eżami tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali tal-motivi li jkunu ġew ittrattati quddiemha. Issa, jekk parti tiġi awtorizzata tinvoka f’dan il-kuntest motiv li hija ma kinitx invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, dan ikun ifisser li din titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fil-qasam tal-appell hija limitata, tilwima usa’ minn dik li tagħha tkun ħadet konjizzjoni l-Qorti Ġenerali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>It-tielet, għal dak li jirrigwarda l-argument ta’ Vialto li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li Vialto ma tistax tinvoka ksur tal-aspettattivi leġittimi mnissla fl-applikazzjoni ta’ prassi derogatorja favoriha, u dan minkejja r-rifjut tagħha li tilqa’ t-talbiet tal-uffiċjali tal-OLAF konformi mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, għandu jiġi rrilevat li, billi rreferiet b’dan il-mod għar-rifjut ta’ Vialto li tipprovdi ċerta informazzjoni minkejja li kienet impenjat ruħha li tagħmel dan, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod impliċitu imma neċessarju, li Vialto ma setgħetx tinvoka aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni ta’ ftehim li miegħu hija kienet iddeċidiet li ma tikkonformax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Issa, għandu jitqies li, billi rrifjutat li tikkonforma ruħha mal-impenji meħuda fir-rigward tal-uffiċjali tal-OLAF fil-kuntest ta’ tali ftehim, l-aġir ta’ Vialto għamel l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim impossibbli, b’tali mod li hija ma tistax, sussegwentement, tinvoka aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li Vialto ma kinitx intitolata tinvoka aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni ta’ ftehim li miegħu hija kienet iddeċidiet li ma tikkonformax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument ta’ Vialto li l-punt 118 tas-sentenza appellata huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Ir-raba’, għal dak li jirrigwarda l-argument ta’ Vialto li l-formulazzjoni tal-punt 118 tas-sentenza appellata tagħti l-impressjoni li hija aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">in mala fide</HT>, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata, peress li l-imsemmi punt ma jinkludi ebda evalwazzjoni f’dan is-sens, u għalhekk għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Il-ħames, fir-rigward tal-argument ta’ Vialto li t-talba għall-ġbir ta’ data magħmula mill-uffiċjali tal-OLAF ma kinitx konformi mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2185/96, mill-eżami tal-ewwel motiv imqajjem minn Vialto jirriżulta li dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Is-sitt, għal dak li jikkonċerna l-argument ta’ Vialto bbażat fuq l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament Nru 2185/96, għandu jiġi kkonstatat li Vialto ma ressqitx tali argument fl-ewwel istanza b’tali mod li dan għandu, konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 99 ta’ din is-sentenza, jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala, parzjalment, inammissibbli, u, parzjalment, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Vialto ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji meta ċaħdet, fil-punti 121 sa 123 tas-sentenza appellata, l-argumenti tagħha dwar il-ksur tad-dritt tagħha għal smigħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-punt 121 tas-sentenza appellata, dwar il-fatt li Vialto kienet instemgħet mill-OLAF, ma humiex rilevanti għall-eżami tal-kwistjoni dwar jekk id-dritt tagħha għal smigħ kienx inkiser mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta affermat, fil-punti 94 u 122 tas-sentenza appellata, li l-pożizzjoni meħuda minn dan id-DĠ dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ Vialto ma kinitx torbot liċ-CFCU. Fil-fatt, mill-proċess jirriżulta li tali talba kienet vinkolanti għaċ-CFCU. Dan ma jistax ikun mod ieħor peress li l-istess DĠ jiffinanzja l-proġett u għaldaqstant iffirma l-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Tali żnaturament tal-fatti wassal għal applikazzjoni skorretta tal-liġi mill-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, din kien messha kkonkludiet li d-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> kien obbligat jisma’ lil Vialto qabel ma jressaq quddiem iċ-CFCU t-talba tiegħu għall-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa previsti fil-kuntratt inkwistjoni b’teħid inkunsiderazzjoni tal-ksur min-naħa ta’ Vialto tal-obbligi kuntrattwali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, id-dritt għal smigħ ta’ Vialto li tinstema’ kellu wkoll jiġi rrispettat minn dan id-DĠ fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni tiegħu li tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni jew il-parti tal-kuntratt eżegwita minn Vialto li annetta mat-talba tiegħu. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:289">EU:C:2019:289</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li d-dritt għal smigħ għandu wkoll ikun irrispettat meta istituzzjoni tal-Unjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel mal-analiżi tad-dritt ta’ smigħ imwettqa mill-Qorti Ġenerali u titlob li t-tielet aggravju jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>L-ewwel, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni kellha tisma’ lil Vialto qabel ma tindirizza r-rakkomandazzjoni tagħha liċ-CFCU, tali formalità kienet ġiet osservata fil-każ ineżami mill-OLAF, bħala dipartiment tal-Kummissjoni li għamel ir-rakkomandazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>It-tieni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, mingħajr ma żnaturat il-fatti, li l-Kummissjoni kienet sempliċement stiednet liċ-CFCU tieħu l-miżuri xierqa billi fformulat rakkomandazzjonijiet, bħal pereżempju, f’dan ir-rigward. Il-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni fil-konfront ta’ Vialto għaldaqstant ma kinitx vinkolanti għaċ-CFCU. Il-fatt li l-Kummissjoni ffinanzjat il-proġett ma jirrendix tali teħid ta’ pożizzjoni vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>It-tielet, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:289">EU:C:2019:289</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), turi n-natura sussidjarja tas-smigħ quddiem il-korp li joħroġ ir-rakkomandazzjoni, filwaqt li l-enfasi titqiegħed fuq il-korp deċiżjonali. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza hija differenti minn dik inkwistjoni f’din il-kawża, peress li, fl-ewwel kawża, il-korp ta’ rakkomandazzjoni u l-korp deċiżjonali kienu jappartjenu għall-istess struttura amministrattiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 122 tas-sentenza appellata, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, f’dan il-punt, li d-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ma kienx suġġett għal obbligu li jisma’ lil Vialto qabel l-adozzjoni, miċ-CFCU, tad-deċiżjoni tagħha li teskludi lil Vialto mill-kuntratt inkwistjoni, minħabba li ċ-CFCU ħadet din id-deċiżjoni mingħajr ma kienet marbuta bil-pożizzjoni meħuda f’dan is-sens mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Vialto tikkontesta tali konklużjoni, filwaqt li ssostni li, anki jekk jiġi preżunt li ċ-CFCU ħadet l-imsemmija deċiżjoni mingħajr ma kienet marbuta b’pożizzjoni meħuda f’dan is-sens mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, dan tal-aħħar kien messu sema’ lil Vialto qabel ma adotta tali teħid ta’ pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li d-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi b’mod partikolari d-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali fil-konfront tagħha li tolqotha b’ mod negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dritt għal smigħ jiggarantixxi lil kull persuna l-possibbiltà li tesponi, b’mod utli u effettiv, il-fehma tagħha matul il-proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ kwanlukwe deċiżjoni li tista’ taffettwa b’mod sfavorevoli l-interessi tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SEAE vs De Loecker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑187/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:444">EU:C:2020:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li d-dritt għal smigħ jagħmel parti mid-drittijiet tad-difiża, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li japplika, anki fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika f’dan ir-rigward. Dan il-prinċipju jeżiġi li d-destinatarji tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw sostanzjalment l-interessi tagħhom ikunu f’pożizzjoni li jesprimu l-fehma tagħhom b’mod effettiv fir-rigward tal-elementi li jkunu allegati fil-konfront tagħhom, liema elementi jkunu l-bażi ta’ dawn id-deċiżjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marchiani vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑566/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:437">EU:C:2016:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 121 tal-konklużjonijiet tiegħu, ksur tad-drittijiet tad-difiża, li minnu jagħmel parti d-dritt għal smigħ, għandu jiġi eżaminat skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Solvay vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:687">EU:C:2011:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-pożizzjoni meħuda mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li, huwa minnu li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 718/2007 jipprevedi, skont il-prinċipji ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-għajnuna għal qabel l-adeżjoni, li l-Kummissjoni tafda l-ġestjoni deċentralizzata ta’ ċerti azzjonijiet lill-pajjiż benefiċjarju, li mill-inqas tkopri l-ġestjoni tas-sejħiet għal offerti, l-għoti tal-kuntratti u l-ħlasijiet. Barra minn hekk, mill-Artikolu 21(1)(f) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-pajjiż benefiċjarju għandu jinnomina struttura operattiva skont il-komponent jew il-programm tal-IPA. Barra minn hekk, mill-Artikolu 28 tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-istruttura operattiva hija entità jew ġabra ta’ entitajiet fi ħdan l-amministrazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju li hija inkarigata tamministra u timplimenta din l-għajnuna, skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, billi tieħu b’mod partikolari r-responsabbiltà għall-proċeduri ta’ sejħa għal offerti, il-proċeduri għall-għoti ta’ sussidji u l-kuntratti li jirriżultaw minnhom (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon vs Il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑520/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:457">EU:C:2013:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kuntratti pubbliċi mogħtija minn pajjiżi terzi u li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna taħt l-IPA, suġġetti għall-prinċipju ta’ ġestjoni deċentralizzata, jibqgħu kuntratti nazzjonali u li l-impriżi offerenti jew dawk li jkunu ngħataw il-kuntratt inkwistjoni għandhom relazzjonijiet ġuridiċi biss mal-Istat terz responsabbli mill-kuntratt (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon vs Il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑520/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:457">EU:C:2013:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, kif jirriżulta mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 718/2007, il-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltà finali tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali u għalhekk hija kompetenti sabiex tiddetermina l-ammonti eventwalment esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tar-responsabbiltà finali tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li ittra li fiha din l-istituzzjoni tirrakkomanda liċ-CFCU sabiex ma taħdimx ma’ Vialto filwaqt li tindika li, fi kwalunkwe każ, l-ammonti mħallsa lil din tal-aħħar fil-kuntest tal-proġett inkwistjoni ma humiex eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni, tista’ raġonevolment titqies li, fil-prattika, tista’ taffettwa b’mod sinjifikattiv id-deċiżjoni taċ-CFCU fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ Vialto għal dak li jikkonċerna l-kuntratt inkwistjoni, b’tali mod li affettwaha b’mod sfavorevoli, u li jeċċedi, b’mod kunsiderevoli, l-impatt mistenni minn sempliċi rakkomandazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni jista’ jkollu, għall-operatur ekonomiku kkonċernat, konsegwenzi tali li dan ikollu jitqiegħed f’pożizzjoni li jagħmel osservazzjonijiet dwar l-aġir li jkun akkużat bih u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tiegħu b’rabta mal-kuntratt inkwistjoni qabel ma l-Kummissjoni tkun iddeċidiet il-pożizzjoni tagħha dwar dawn il-kwistjonijiet (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010710">10 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Ismeri Europa vs Il-Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑315/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:391">EU:C:2001:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Dan it-teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni għandu għalhekk jitqies bħala miżura individwali li taffettwa b’mod sfavorevoli lil Vialto, fis-sens tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 122 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kinitx suġġetta għal obbligu li tisma’ lil Vialto qabel l-adozzjoni, miċ-CFCU, tad-deċiżjoni tagħha li teskludi lil Vialto mill-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, mill-punti 121 u 123 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha wkoll fuq il-fatt li, fil-każ ineżami, Vialto kienet instemgħet mill-OLAF, sabiex tiċħad l-argument ta’ Vialto dwar il-ksur mill-Kummissjoni tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li tali fatt ma jippermettix lill-Kummissjoni tqis li l-obbligu tagħha li tisma’ lill-persuna kkonċernata ġie ssodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2013, l-OLAF għandu jfassal, fi tmiem l-investigazzjoni tiegħu, rapport ta’ investigazzjoni akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali tiegħu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed jew le għall-investigazzjoni. L-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-regolament jippreċiża li r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imfassla wara investigazzjoni esterna u kull dokument rilevanti relatat għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati konformement mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet esterni u, jekk meħtieġ, lid-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni u mill-istruttura ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li hija l-awtorità li tagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet li għandha twettaq l-istruttorja tagħha stess u li tisma’ lill-persuna kkonċernata qabel ma tadotta deċiżjoni li tista’ tikkawżalha preġudizzju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rabtiet strutturali eżistenti bejn l-OLAF u l-Kummissjoni lanqas ma jistgħu jeżentawha minn tali obbligu, billi jippermettu li jitqies li Vialto kienet diġà nstemgħet minn din l-istituzzjoni waqt is-smigħ tagħha minn uffiċjali tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jintlaqa’ u s-sentenza appellata għandha tiġi annullata, sa fejn din ċaħdet bħala infondat l-ilment ta’ Vialto dwar il-ksur mill-Kummissjoni tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ jew taqta’ l-kawża definittivament hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tista’ tibgħatha lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, huwa suġġett għall-eżistenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l-illegalità tal-aġir akkużata bih l-istituzzjoni tal-Unjoni, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir ta’ din l-istituzzjoni u d-dannu invokat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Dalli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑615/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:133">EU:C:2021:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża għal dak li jikkonċerna l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, relatata mal-aġir tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-motivi esposti fil-kuntest tal-analiżi tat-tielet aggravju mqajjem minn Vialto insostenn tal-appell tagħha jirriżulta li din tal-aħħar uriet li l-Kummissjoni kienet wettqet ksur tad-dritt għal smigħ, li jikkostitwixxi dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda n-natura suffiċjentement serja ta’ dan il-ksur, Vialto ssostni li l-Kummissjoni ma setgħetx liberament tiddeċiedi li teżiġi l-esklużjoni ta’ Vialto mill-proġett mingħajr ma tipprovdilha l-possibbiltà li tinstema’ u li teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta istituzzjoni tal-Unjoni jkolha biss marġni ta’ diskrezzjoni kunsiderevolment imnaqqas, jekk mhux ineżistenti, is-sempliċi ksur tad-dritt tal-Unjoni jista’ jkun suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dan id-dritt, li jista’ jistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210120">20 ta’ Jannar 2021</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Printeos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:39">EU:C:2021:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-motivi esposti fil-kuntest tal-analiżi tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni kellha obbligu li tisma’ lil Vialto qabel ma tittrażmetti liċ-CFCU l-pożizzjoni meħuda minnha dwar il-miżuri li kellhom jittieħdu fil-konfront ta’ Vialto fir-rigward tal-kuntratt inkwistjoni, b’tali mod li din l-istituzzjoni ma kellha ebda marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Għall-kumplament, it-tilwima ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kundizzjonijiet l-oħra sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punti 25 u 26 tas-sentenza appellata jirriżulta li, waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, Vialto bidlet b’mod sinjifikattiv ħafna l-pożizzjoni tagħha fuq il-portata tad-dannu li hija allegatament ġarrbet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tiddeċiedi, b’livell ta’ ċertezza suffiċjenti, dwar ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-ksur mill-Kummissjoni tad-dritt għal smigħ u d-dannu invokat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Peress li l-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż għandhom jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Vialto Consulting vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑617/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:446">EU:T:2019:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata sa fejn hija tiċħad l-ilment imqajjem minn Vialto Consulting Kft. dwar il-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tad-dritt għal smigħ, bħala infondat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea relatata mal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tad-dritt għal smigħ u d-dannu invokat kif ukoll mar-realtà tad-dannu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>