20.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/29


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA

tat-8 ta’ Lulju 2010

li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

(2010/400/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, huwa meħtieġ li jkun hemm tiġdid parzjali tal-imħallfin tal-Qorti Ġenerali kull tliet snin. Għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2016, kellhom jinħatru 14-il imħallef fil-Qorti Ġenerali.

(2)

Fit-23 ta’ Ġunju 2010, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatret 10 imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu msemmi hawn fuq (1).

(3)

Biex ikun komplut it-tiġdid parzjali tal-imħallfin, il-Gvernijiet tal-Istati Membri għadhom iridu jipproċedu għall-ħatra ta’ mħallfin għall-erba’ postijiet vakanti li għad fadal.

(4)

Il-Gvernijiet tal-Istati Membri kkonċernati pproponew rispettivament it-tiġdid tal-mandat ta’ mħallef tas-Sur Ottó CZÚCZ, kif ukoll il-ħatra tas-Sur Marc van der WOUDE. Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta’ dawn iż-żewġ kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ mħallef fil-Qorti Ġenerali. Filwaqt li l-kandidatura tas-Sur Ottó CZÚCZ ġiet irtirata, il-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat indika li huwa ppropona lil din il-personalità għal mandat ġdid ta’ imħallef fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Għaldaqstant huwa meħtieġa li jinħatru żewġ membri fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2016; il-ħatra tal-imħallfin għaż-żewġ postijiet battala li għad fadal ser isseħħ aktar tard,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Ottó CZÚCZ u s-Sur Marc van der WOUDE huma maħturin bħala mħallfin fil-Qorti Ġenerali, għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DE RUYT


(1)  Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-23 ta’ Ġunju 2010 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali, ĠU L 163, 30.6.2010, p. 41.