|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/455 |
10.3.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/455
tas-7 ta’ Marzu 2025
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, CSI-Ireland issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodott bijoċidali uniku bl-isem “SatPax® 70/30 IPA” tat-tip ta’ prodott 2, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tal-Finlandja kienet qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-UG072043-42 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
“SatPax® 70/30 IPA” fiha l-propan-2-ol bħala s-sustanza attiva, inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 2. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Jannar 2024, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ssottomettiet rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2024, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ssottomettiet l-opinjoni (2) tagħha, l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”, summary of the biocidal product characteristics) ta’ “SatPax® 70/30 IPA” u r-rapport tal-valutazzjoni finali dwar il-prodott bijoċidali uniku lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-opinjoni tikkonkludi li “SatPax® 70/30 IPA” huwa prodott bijoċidali uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(r) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huwa eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fil-15 ta’ Lulju 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk jidhrilha li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA”. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0032869-0000 lil CSI-Ireland għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-30 ta’ Marzu 2025 sat-28 ta’ Frar 2035.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) L-opinjoni tal-ECHA tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ “SatPax® 70/30 IPA” (ECHA/BPC/432/2024), https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
SatPax® 70/30 IPA
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0032869-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0032869-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
SatPax® 70/30 IPA SatPax® Choice® 500 Sterile SatPax® Choice® 500 SatPax® 550 Sterile SatPax® 550 SatPax® 550 Low Endotoxin Sterile SatPax® 550 Low Endotoxin SatPax® Choice® 600 Sterile SatPax® Choice® 600 SatPax® 670 Sterile SatPax® 670 SatPax® 670A Sterile SatPax® 670A SatPax® 670-R Sterile SatPax® 670-R SatPax® 3000 Sterile SatPax® 3000 SatPax® Choice® 700 Sterile SatPax® Choice® 700 SatPax® Choice® 900 Sterile SatPax® Choice® 900 SatPax® 1000 Sterile SatPax® 1000 SatPax® S1200 Sterile SatPax® S1200 SatPax® Choice® SuperSorb Sterile SatPax® Choice® SuperSorb SatPax® MicroSeal SuperSorb® Sterile SatPax® MicroSeal SuperSorb® SatPax® Microseal®-VP Sterile SatPax® Microseal®-VP SatPax® Microseal®-VP Low Endotoxin Sterile SatPax® MicroSeal®-VP Low Endotoxin SatPax® ValuSeal-HA® Sterile SatPax® ValuSeal-HA® SatPax® SPSE Sterile SatPax® SPSE SatPax® SPLWSE Sterile SatPax® SPLWSE SatPax® SPSWSE Sterile SatPax® SPSWSE SatPax® ValuSeal® IonX® Sterile SatPax® ValuSeal® IonX® |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
CSI-Ireland |
|
Indirizz |
Block C Ardilaun Court 112-114 St. Stephen’s Green D02 TD28 Dublin IE |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0032869-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0032869-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
It-30 ta’ Marzu 2025 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-28 ta’ Frar 2035 |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Berkshire International Ltd |
|||
|
Indirizz tal-manifattur |
Unit A, The Apex, Farrier Close NR18 0WF Wymondham Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
|||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
Ineos Solvents Germany GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Römerstraße 733 47443 Moers Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Ineos Solvents Germany GmbH site 1 Römerstraße 733 47443 Moers Germany Ineos Solvents Germany GmbH site 1 Römerstraße 733 47443 Moers Il-Ġermanja |
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
Exxon Mobil Chemical Europe |
|
Indirizz tal-manifattur |
Hermeslaan 2 1831 Machelen Il-Belġju |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Exxon Mobil Chemical Europe site 1 Exxon Mobil Chemical Europe site 1 Exxon Mobil Chemical Plant, 4999 Scenic Highway Louisiana 70897 Baton Rouge United States (the) Exxon Mobil Chemical Plant, 4999 Scenic Highway Louisiana 70897 Baton Rouge L-Istati Uniti |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Propan-2-ol |
|
sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
64,7 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
Mselħa tal-RTU mxarrba minn qabel b’formulazzjoni likwida (AL)
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr. H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. EUH066: Esponiment ripetut tista’ tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx. P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar. P264: Aħsel idejk sew wara li tużah. P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. P312: Ikkuntattja tabibr jekk tħossok ma tiflaħx. P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti kollha lokali, nazzjonali u internazzjonali. |
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin iżgħar permezz tal-imsiħ fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: bankijiet tax-xogħol f’kamra sterili)
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Bakterja Istadju iżvilupp: kollha Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: kollha |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin iżgħar permezz tal-imsiħ fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: bankijiet tax-xogħol f’kamra sterili) |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: imsiħ Deskrizzjoni dettaljata: Imsiħ. Applikazzjoni diretta fuq l-uċuħ b’imselħa mxarrba minn qabel. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta 'applikazzjoni: 30 - 130 mL / m2 Numru u ħin tal-applikazzjoni: Prodott lest għall-użu Uża biżżejjed imsielaħ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin tal-kuntatt ta’ minuta. Kull imselħa fiha 3.0 – 56.3 ml ta’ soluzzjoni ta’ IPA: ilma 70:30 v/v % (2.1 – 39.4 ml jew 1.6 sa 30.9 g tas-sustanza attiva). Ir-rata tal-applikazzjoni tiddependi fuq it-tip ta' wipe (ara hawn taħt). 1. 55 % ċelluloża / 45 % poliester ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 9 - 18 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 6 - 9 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 4,5 - 6 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 4 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 4 - 4,5 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 5 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3 - 4 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 6 2. 60 % ċelluloża / 40 % poliester ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 9 - 15 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 5,75 - 9 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 4,5 - 5,75 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 4 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3,75 - 4,5 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 5 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3 - 3,75 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 6 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 2 - 3 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 7 3. 100% polipropilen ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 7,5 - 15 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 5 - 7,5 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3,5 - 5 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 4 4. 100% poliester ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 16 - 56 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 1 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 8 - 16 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 7 - 8 msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3 Numru tipiku ta’ applikazzjonijiet fil-ġurnata: 10 |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 55 % ċelluloża / 45 % poliester Kanister/ boroż tal-mili mill-ġdid 60, 75, 100, 125 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 13 × 20, 15 × 23, 30 × 30 Materjal tar-reċipjent: HDPE (polietilen ta’ densità għolja) Materjal tal-għatu: PP (polipropilen) Borża 25, 30, 50, 75, 100 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 15 × 23, 18 × 20, 23 × 23, 23 × 28, 30 × 30 Materjal tas-saff ta’ barra: PET (tereftalat tal-polietilen) Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE (polietilen jew polietilen ta’ densità baxxa lineari) Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 60 % ċelluloża / 40 % poliester Kanister/ borża tal-mili mill-ġdid 75, 100, 125, 150 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 13 × 20, 15 × 23, 30 × 30 Materjal tar-reċipjent: HDPE Materjal tal-għatu: PP Borża 30, 75, 90, 100 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 15 × 20, 18 × 20, 23 × 23, 23 × 28, 30 × 30 Materjal tas-saff ta’ barra: PET Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 100% polipropilen Kanister/ borża tal-mili mill-ġdid 50, 75, 100, 125, 150 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 15 × 23, 23 × 30 Materjal tar-reċipjent: HDPE Materjal tal-għatu: PP Borża 50, 75, 100, 125 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 18 × 28, 23 × 28, 28 × 36 Materjal tas-saff ta’ barra: PET Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 100% poliester Borża 20, 25, 30, 50, 75 100 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 15 × 23, 18 × 20, 23 × 23, 30 × 30 Materjal tas-saff ta’ barra: PET Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Uża f’temperatura tal-kamra.
Uża biss fuq uċuħ nodfa.
Neħħi mselħa waħda mill-pakkett. Aqgħlaq il-pakkett.
Itwi kwart tal-imselħa u ibqa’ itwi kif meħtieġ biex tuża kull wiċċ tagħha.
Applika l-imselħa mxarrba minn qabel direttament fuq il-wiċċ li jrid jiġi diżinfettat.
Ara li l-wiċċ ikun imxarrab kompletament.
Mhux meħtieġ imsiħ addizzjonali. Ħalli ħin ta’ kuntatt ta’ minuta għal batterji u ħmejjer.
Uża l-imselħa darba.
Armi l-imselħa minnufih wara l-użu f’kontenitur magħluq.
Tħallatx ma’ prodotti oħrajn.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara taqsima 5.2
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara taqsima 5.3
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara taqsima 5.4
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara taqsima 5.5
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin ikbar bl-użu ta’ msielaħ u mopp fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: pavimenti f’kamra sterili)
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Bakterja Istadju iżvilupp: kollha Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: kollha |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin ikbar bl-użu ta’ msielaħ u mopp fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: pavimenti f’kamra sterili) |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: bil-mopp Deskrizzjoni dettaljata: bil-mopp. Qabbad l-imselħa mxarrba minn qabel ma’ mop tal-art għal applikazzjoni fuq l-uċuħ |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta 'applikazzjoni: 17 mL / m2 Numru u ħin tal-applikazzjoni: Prodott lest għall-użu Uża biżżejjed imsielaħ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin tal-kuntatt ta’ minuta. Kull imselħa tal-art fiha 22.0 sa 24.7 ml ta’ soluzzjoni ta’ IPA:ilma 70:30 v/v % (15,4 sa 17,3 ml jew 12.4 sa 13.9 g tas-sustanza attiva). ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 25 msielaħ biex iżżomm 25 m2 imxarrab:17 ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 22 msielaħ biex iżżomm 25 m2 imxarrab: 19 Numru tipiku ta’ applikazzjonijiet fil-ġurnata: 1 |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 55 % ċelluloża / 45 % poliester Borża 25, 30, 50, 75 imselħa Daqs tal-imselħa (ċm): 23 × 58 Saturazzjoni tal-prodott: 60% Materjal tas-saff ta’ barra: PET Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Uża f’temperatura tal-kamra.
Uża biss fuq uċuħ nodfa.
Neħħi l-imselħa/imsielaħ mill-pakkett. Aqgħlaq il-pakkett.
Qabbad 4 strati fuq ir-ras tal-mop u erġa’ itwi jew dawwar l-imsielaħ kif meħtieġ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin ta’ kuntatt ta’ minuta.
Applika l-imselħa direttament fuq il-wiċċ li jrid jiġi diżinfettat.
Uża biżżejjed imsielaħ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin tal-kuntatt ta’ minuta.
Mhux meħtieġ imsiħ addizzjonali.
Ħalli ħin ta’ kuntatt ta’ minuta għal batterji u ħmejjer.
Uża l-imselħa darba.
Armi l-imselħa minnufih wara l-użu f’kontenitur magħluq.
Tħallatx ma’ prodotti oħrajn.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara taqsima 5.2
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara taqsima 5.3
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara taqsima 5.4
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara taqsima 5.5
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Ara t-taqsimiet 4.1.1 u 4.2.1
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Evita l-kuntatt mal-għajnejn.
Kun żgur li l-applikazzjoni titwettaq f’żoni b’rata ta’ ventilazzjoni minima ta’ 20 bidla tal-arja/siegħa.
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.
Ara t-Taqsima 6 għal informazzjoni dwar l-istandard EN u d-Direttiva tal-Kunsill.
Żomm fil-kontenitur oriġinali, magħluq sew meta ma jkunx qed jintuża. Kontenituri vojta jkollhom residwi tal-prodott u jistgħu jkunu perikolużi. Terġax tuża l-kontenitur.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom.Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
Miżuri ta’ emerġenza
Informa lill-awtoritajiet rilevanti jekk il-prodott ikkawża tniġġis ambjentali (kanali tad-drenaġġ, passaġġi tal-ilma, ħamrija jew l-arja).
Tixrid żgħir:
Uża vacuum cleaner jew iknes biex tiġbor il-materjal u poġġih f’kontenitur tal-iskart deżinjat u ttikkettat. Armi permezz ta’ kuntrattur liċenzjat għar-rimi tal-iskart
Tixrid kbir:
Waqqaf it-tnixxija jekk dan ma jinvolvix riskju. Ċaqlaq il-kontenituri barra miż-żona tat-tixrid. Uża għodod reżistenti għal xrar u tagħmir reżistenti għal splużjonijiet. Ersaq lejn il-materjal rilaxxat mil-lat li jiġi kontra r-riħ. Evita d-dħul f’kanali tad-drenaġġ, ħamrija, mogħdijiet tal-ilma, kantini jew żoni konfinati. Ikkontjeni u iġbor it-tixrid b’materjal assorbenti li ma jaqbadx, eż. ramel, materjal tal-art, vermikulit jew materjal tal-art tad-dijatomaċju u poġġih f’kontenitur għar-rimi skont ir-regolamenti lokali. Armi permezz ta’ kuntrattur liċenzjat għar-rimi tal-iskart. Materjal assorbenti kontaminat jista’ jimponi l-istess periklu bħall-prodott li nxtered.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Il-ġenerazzjoni ta’ skart għandha tiġi evitata jew imnaqqsa kemm jista’ jkun. Ir-rimi ta’ dan il-prodott għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent u r-rimi tal-iskart u kwalunkwe rekwiżit tal-awtoritajiet lokali reġjonali. Armi prodotti żejda u mhux riċiklabbli permezz ta’ kuntrattur liċenzjat għar-rimi tal-iskart. L-iskart m’għandux jintrema fis-sistema tad-drenaġġ. M’għandekx tifflaxxja l-mesħiet fit-tojlit. M’għandekx timmaċera.
Rimi tal-imballaġġ:
Il-ġenerazzjoni ta’ skart għandha tiġi evitata jew imnaqqsa kemm jista’ jkun. L-iskart tal-imballaġġ għandu jiġi riċiklat. L-inċinerazzjoni jew ir-rimi f’landfill għandu jiġi kkunsidrat biss meta r-riċiklaġġ ma jkunx fattibbli. Dan il-materjal u l-kontenitur tiegħu għandhom jintremew bilprekawzjonijiet meħtieġa. Kontenituri vojta jew il-kisi ta’ ġewwa tagħhom jista’ jkollhom xi residwi tal-prodott. Alkoħol residwali għandu jiġi żvojtat qabel ir-rimi tal-kontenitur.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żomm f’post frisk, xott bil-kurrenti għadejjin fil-kontenitur oriġinali.
Żomm il-kontenitur magħluq sew.
Aħżen f’temperaturi li ma jaqbżux 40 °C. Ipproteġi mill-ġlata.
Aħżen fejn tista’ tilqa’ mid-dawl tax-xemx dirett.
Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 2 snin
6. INFORMAZZJONI OĦRA
Il-prodott fih imsielaħ ta’ erba’ tipi ta’ materjal mimli b’soluzzjoni IPA:ilma (64.7:35.3% w/w). Il-materjali huma ċelluloża/poliester (55%/45%), ċelluloża/poliester (60%/40%), polipropilen (100%) u poliester (100%). Id-daqsijiet tal-imsielaħ ivarjaw minn 13 × 20 ċm sa 23 × 58 ċm. Informazzjoni aktar dettaljata dwar id-daqsijiet tal-imsielaħ hija inkluża taħt it-titlu “Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ” fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2.
Jekk jogħġbok kun konxju dwar il-valur ta’ riferiment Ewropew ta’ 129.28 mg/m3 għas-sustanza attiva propan-2-ol (CAS Nru.: 67-63-0) li ntuża għall-istima ta’ riskju għal dan il-prodott.
It-titli sħaħ tal-istandards EN u l-leġiżlazzjoni msemmija fi taqsima 5.2:
EN 374 – Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi.
Id-Direttiva tal-kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE).
Fir-rigward tal-“Kategorija/Kategoriji ta’ utenti” innota: Professjonisti (li jinkludu utenti industrijali) tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/455/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)