European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/311

17.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/311

tal-14 ta’ Frar 2025

dwar miżuri għall-eradikazzjoni u l-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tad-dubbien tal-frott tal-ispeċijiet Bactrocera dorsalis (Hendel), Bactrocera latifrons (Hendel) u Bactrocera zonata (Saunders)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (d), (e), (f), (g) u (i), tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dubbien tal-frott tal-ispeċijiet Bactrocera dorsalis (Hendel), Bactrocera latifrons (Hendel) u Bactrocera zonata (Saunders) (“il-pesti speċifikati”) huwa elenkat fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) bħala pesti tal-kwarantina fl-Unjoni.

(2)

Il-Bactrocera dorsalis (Hendel) u l-Bactrocera zonata (Saunders) huma elenkati wkoll bħala pesti ta’ prijorità fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3).

(3)

Il-pesti speċifikati spiss jinstabu f’kunsinni mibgħuta lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi. Mill-2019 ’il quddiem, il-pesti speċifikati nstabu preżenti fil-Belġju, fil-Greċja, fi Franza, fl-Italja, f’Ċipru u fl-Awstrija. L-Istati Membri kkonċernati ħadu miżuri (bħall-qbid intensiv, it-tneħħija ta’ frott infestat u ta’ frott li jkun waqa’ bir-riħ, il-projbizzjoni li jiġi mċaqlaq il-frott infestat) u l-pesti speċifikati għalissa ġew eradikati jew qed jiġu eradikati f’dawk l-Istati Membri.

(4)

Sabiex jiġi żgurat approċċ uniformi u effiċjenti li jipprevjeni l-istabbiliment u t-tixrid tal-pesti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri armonizzati li jikkonċernaw l-istħarriġiet għall-pesti speċifikati, il-pjanijiet ta’ kontinġenza, id-demarkazzjoni taż-żoni, l-eradikazzjoni u l-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid tal-pesti speċifikati barra miż-żoni demarkati.

(5)

Jeħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ pjanti ospitanti għall-pesti speċifikati li jiġu kkultivati fit-territorju tal-Unjoni (“pjanti ospitanti”), għall-istħarriġ u l-eradikazzjoni tal-pesti speċifikati u għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa dwar il-frott ta’ dawk il-pjanti (“il-frott speċifikat”).

(6)

Il-pesti speċifikati jistgħu jidħlu fit-territorju tal-Unjoni permezz ta’ kunsinni kummerċjali jew bagalji tal-passiġġieri u huma kapaċi jinfirxu b’mod attiv. Għalhekk, ir-regoli marbuta mal-istħarriġiet jikkonċernaw ukoll it-tekniki ta’ detezzjoni tal-infestazzjoni tal-frott speċifikat waqt li jkun fuq il-pjanti ospitanti, l-istħarriġiet fiż-żoni fejn jiġi importat u kkummerċjalizzat il-frott speċifikat, il-qbid tal-pesti speċifikati u l-kampjunar ta’ frott possibbilment infestat, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jadattaw dawk l-istħarriġiet għall-bijoloġija ta’ dawk il-pesti.

(7)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew ma jistabbilixxux żona demarkata f’ċerti każijiet, meta, minħabba l-bijoloġija partikolari tal-pest speċifikat jew minħabba l-karatteristiċi tas-sit, jiġi konkluż li l-pest jista’ jiġi eliminat minnufih. Dan huwa l-każ fejn ikun hemm evidenza li l-pesti speċifikati jkunu ġew introdotti fiż-żona bil-frott li fuqu jkunu nstabu, dak il-frott ikun ġie infestat qabel l-introduzzjoni tiegħu fiż-żona kkonċernata u l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jistabbilixxi ruħu f’dik iż-żona, fejn il-pest speċifikat jiġi kkonfermat uffiċjalment f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku jew f’sit b’kultivazzjoni protetta u fejn ma jkunx jista’ jistabbilixxi ruħu barra dak is-sit. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jqisu sitwazzjonijiet fejn il-pest speċifikat ma jkunx mistenni li jibqa’ ħaj minħabba kundizzjonijiet xitwin sfavorevoli.

(8)

Il-protokolli tal-qbid użati fl-istħarriġiet f’żoni demarkati jenħtieġ li jiġu adattati speċifikament għall-bijoloġija tal-pesti speċifikati. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-preżenza tal-pest speċifikat u tal-proċess ta’ eradikazzjoni.

(9)

Il-miżuri ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li jqisu l-bijoloġija tal-pesti speċifikati bħala dubbien tal-frott u, għalhekk, jinkludu metodi bħal trattamenti tal-qerda tal-pesti rġiel, tekniki tal-applikazzjoni tal-lixka, ġbir u rimi sikur tal-frott li jkun waqa’ bir-riħ u ta’ frott speċifikat maħsud (bikri), trattament tal-ħamrija (pereżempju mekkaniku, kimiku jew mikrobijoloġiku) fiż-żoni tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati u madwarhom għall-qerda tal-istadji marbuta mal-ħamrija tal-pest speċifikat, jew l-użu ta’ teknika bl-insetti sterili.

(10)

Jenħtieġ li jiġu adottati miżuri biex jiġi evitat it-tixrid tal-pesti speċifikati barra miż-żoni demarkati. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jikkonċernaw il-movimenti tal-pjanti ospitanti għat-tħawwil, il-frott speċifikat, u l-ħamrija miż-żona infestata għall-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Meta wieħed iqis li tali pjanti ospitanti u tali ħamrija huma l-aktar mod kif x’aktarx jinxterdu l-pesti speċifikati, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li dawn ikunu ħielsa mill-pesti speċifikati, fi kwalunkwe wieħed mill-istadji tagħhom.

(11)

Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien biex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jadattaw għal dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Marzu 2025.

(12)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jingħata żmien addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex iħejju t-tfassil ta’ kull stħarriġ u jallokaw biżżejjed riżorsi għat-twettiq tiegħu f’konformità mal-metodoloġija tal-kampjunar statistiku. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni rispettiva tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-eradikazzjoni, u għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u tat-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Bactrocera dorsalis (Hendel), il-Bactrocera latifrons (Hendel) u l-Bactrocera zonata (Saunders).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pesti speċifikati” tfisser dubbien tal-frott tal-ispeċijiet Bactrocera dorsalis (Hendel), Bactrocera latifrons (Hendel) jew Bactrocera zonata (Saunders);

(2)

“pjanti ospitanti” tfisser pjanti li jagħmlu parti mill-ispeċijiet elenkati fl-Anness I;

(3)

“frott speċifikat” tfisser il-frott tal-pjanti ospitanti.

Artikolu 3

Stħarriġiet fit-territorju tal-Unjoni għall-pesti speċifikati

1.   It-tfassil u l-iskema tal-kampjunar tal-istħarriġiet ibbażati fuq ir-riskju għall-pesti speċifikati għandhom jippermettu d-detezzjoni b’livell suffiċjenti ta’ kunfidenza ta’ livell baxx ta’ preżenza tal-pest speċifikat fuq il-frott speċifikat.

L-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida ġenerali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti u fuq l-informazzjoni xjentifika u teknika dwar il-pest speċifikat imsemmija fil-Kards tal-Istħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità (4) (“kard tal-istħarriġ dwar il-pesti”).

2.   L-istħarriġiet għandhom jitwettqu b’mod partikolari:

(a)

fil-partijiet fruttiferi tal-pjanti ospitanti, bl-użu ta’ tekniki li kapaċi jidentifikaw il-preżenza tal-pest speċifikat;

(b)

fl-ajruporti u fil-portijiet u madwarhom, fil-faċilitajiet tal-irkanti u tal-bejjiegħa bl-imnut u madwarhom fejn jiġi kkummerċjalizzat il-frott speċifikat, f’żoni fejn jiġi ppakkjat, ipproċessat jew skarikat il-frott speċifikat, f’żoni fejn jiġi prodott il-frott speċifikat, u f’siti rilevanti oħra, kif xieraq;

(c)

permezz tal-qbid bin-nases xierqa, kif speċifikat fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 26 (5); kif ukoll

(d)

fil-każ ta’ kwalunkwe suspett ta’ preżenza tal-pest speċifikat fuq il-frott speċifikat, permezz tal-ġbir ta’ kampjuni tal-frott speċifikat u l-identifikazzjoni tal-pest.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ kontinġenza għall-pesti ta’ prijorità

L-Istati Membri, meta jfasslu l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom għall-Bactrocera dorsalis u l-Bactrocera zonata, għandhom jinkludu f’dawk il-pjanijiet proċeduri biex:

(a)

jiġu identifikati s-sidien ta’ proprjetajiet privati, fiż-żoni fejn għandhom jiġu applikati l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament; u

(b)

jiġi żgurat l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għall-proprjetajiet imsemmija fil-punt (a).

L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami annwali u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.

Artikolu 5

Stabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jistabbilixxu żona demarkata.

2.   Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti miż-żoni li ġejjin:

(a)

żona infestata, li hija ż-żona fejn tkun ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ pest speċifikat, u li jkollha raġġ ta’ mill-inqas 500 m madwar il-post(ijiet) tas-sejbiet tal-pest speċifikat; kif ukoll

(b)

żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas 7 km lil hinn mill-konfini taż-żona infestata.

3.   Id-delimitazzjoni eżatta taż-żona demarkata għandha tqis il-bijoloġija tal-pesti speċifikati, il-livell ta’ infestazzjoni, il-karatteristiċi tal-attirant, u d-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti ospitanti fiż-żona kkonċernata.

4.   F’każ ta’ sejba tal-pest speċifikat barra miż-żona infestata, iż-żona demarkata stabbilita f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata kif xieraq.

5.   Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati u kwalunkwe restrizzjoni possibbli li tikkonċerna l-moviment tal-frott speċifikat.

Artikolu 6

Derogi mill-istabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilixxux żona demarkata, jekk jiġi ssodisfat mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

jiġi konkluż mill-awtoritajiet kompetenti li l-pest speċifikat ma jistax jistabbilixxi ruħu fiż-żona fejn ikun ġie osservat;

(b)

ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona mal-kunsinna fejn ikun instab, il-frott speċifikat f’dik il-kunsinna jkun ġie infestat qabel l-introduzzjoni tiegħu fiż-żona kkonċernata, u ma tkun saret l-ebda multiplikazzjoni tal-pest speċifikat wara dik l-introduzzjoni;

(c)

il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku mill-madwar tiegħu, u dan jipprevjeni lill-pest speċifikat milli jinfirex barra minn dak is-sit;

(d)

il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment f’sit tal-produzzjoni li jkun protett b’tali mod li jippermetti li tiġi evitata l-preżenza ulterjuri tal-pesti speċifikati fuq il-pjanti ospitanti u l-frott speċifikat, u jkun ġie konkluż mill-awtoritajiet kompetenti li l-pesti speċifikati ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom barra minn dak is-sit tal-produzzjoni minħabba kundizzjonijiet xitwin sfavorevoli.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tapplika deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:

(a)

tieħu miżuri biex tiżgura l-eradikazzjoni minnufih tal-pest speċifikat u teskludi l-possibbiltà tat-tixrid tiegħu;

(b)

twettaq stħarriġ intensiv f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 500 m madwar il-post(ijiet) tas-sejba tal-pest speċifikat; kif ukoll

(c)

fejn xieraq, u b’mod partikolari fil-każ tal-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), tapplika miżuri effiċjenti li jipprevjenu t-tixrid tal-pest speċifikat permezz ta’ frott speċifikat jew pjanti ospitanti barra mis-sit tal-produzzjoni.

Fil-każ tal-paragrafu 1, il-punt (b), jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li l-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jibqa’ ħaj fil-kundizzjonijiet tax-xitwa, il-perjodu għall-istħarriġ jista’ jkun limitat għall-perjodu qabel il-bidu tal-kundizzjonijiet tax-xitwa.

Artikolu 7

Stħarriġiet fiż-żoni demarkati

1.   Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fil-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti.

2.   L-għadd ta’ nases użati għal kull km2 f’tali stħarriġ għandu jiżdied gradwalment mix-xifer saċ-ċentru taż-żona mistħarrġa. Meta jiddeterminaw l-għadd ta’ nases, it-tip ta’ nases, id-disinn tan-nases u l-attiranti possibbli li għandhom jintużaw man-nases, l-Istati Membri għandhom iqisu d-dettalji stabbiliti fil-gwida internazzjonali, u b’mod partikolari l-ISPM 26, kif ukoll il-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti.

3.   Għandu jiġi kkunsidrat il-kampjunar tal-frott speċifikat li jikber fiż-żona mistħarrġa. Meta jiddeterminaw il-protokolli tal-kampjunar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti kif ukoll il-prinċipji stabbiliti fil-protokolli rikonoxxuti internazzjonalment għall-kontroll uffiċjali tal-pest speċifikat. Għandhom jintużaw skemi tat-tfassil u tal-kampjunar tal-istħarriġ li permezz tagħhom jista’ jiġi identifikat b’livell ta’ kunfidenza ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza tal-pest speċifikat ta’ 1 %.

4.   Ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa fiż-żoni demarkati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni bl-użu tal-mudelli msemmija fl-Anness II.

Artikolu 8

Tneħħija taż-żoni demarkati

Iż-żona demarkata msemmija fl-Artikolu 5 tista’ titneħħa, jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pest speċifikat, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 7, ma jiġix identifikat fiż-żona demarkata għal perjodu ta’ mill-inqas 120 jum; jew

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li l-pest speċifikat ikun għadda minn perjodu ta’ temperaturi kesħin biżżejjed.

Artikolu 9

Miżuri ta’ eradikazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw, kif xieraq, waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin bl-għan li jiġu eradikati l-pesti speċifikati fiż-żona infestata:

(a)

l-użu ta’ trattamenti għall-qerda tal-pesti rġiel u/jew tekniki ta’ applikazzjoni tal-lixka, bl-użu ta’ attiranti xierqa;

(b)

il-ġbir u r-rimi sikur ta’ frott li jkun waqa’ bir-riħ u ta’ frott speċifikat maħsud fi stadju bikri tal-maturazzjoni u tat-trattament tal-ħamrija, inkluż wieħed mekkaniku, kimiku jew mikrobijoloġiku, fiż-żoni tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati u madwarhom, sabiex jinqerdu l-istadji marbutin mal-ħamrija tal-pest speċifikat;

(c)

l-użu ta’ teknika bl-insetti sterili;

(d)

l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(e)

fejn disponibbli, il-qbid tal-massa tal-pesti speċifikati b’għadd suffiċjenti ta’ nases, inklużi n-nases użati f’konformità mal-Artikolu 7(2).

Artikolu 10

Miżuri li jipprevjenu t-tixrid tal-pest speċifikat

1.   Il-frott speċifikat imkabbar jew maħżun fiż-żona infestata jista’ jiġi mċaqlaq biss minn dik iż-żona lejn iż-żona ta’ lqugħ, jew ’il barra miż-żona demarkata, jekk jiġi trattat b’mod effettiv kontra l-pest speċifikat.

It-trattamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti xierqa u effiċjenti biżżejjed kif awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jew l-użu ta’ metodi alternattivi f’konformità mal-istandards fitosanitarji rikonoxxuti internazzjonalment, u b’mod partikolari l-ISPM 28 (7), bħat-trattament bis-sħana, it-trattament bil-kesħa jew l-irradjazzjoni.

Il-frott speċifikat jista’ wkoll jiġi mċaqlaq miż-żona infestata għal ġoż-żona ta’ lqugħ jew ’il barra miż-żona demarkata:

(a)

għall-fini ta’ trattament xieraq, jekk jittieħdu miżuri effettivi għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-pest speċifikat matul it-trasport tiegħu u meta jgħaddi mill-faċilità tat-trattament;

(b)

jekk joriġina minn barra ż-żona demarkata, ikun qed jgħaddi biss miż-żona infestata, u jittieħdu miżuri effettivi għall-prevenzjoni tal-infestazzjoni tiegħu mill-pest speċifikat; jew

(c)

jekk il-frott speċifikat ikun inħasad fi staġun tas-sena, kif definit mill-awtoritajiet kompetenti, fejn ma jkun mistenni li jseħħ l-ebda stadju ħaj tal-pest speċifikat f’dak il-frott, minħabba l-bijoloġija riproduttiva tal-pest speċifikat.

2.   Il-pjanti ospitanti maħsuba għat-tħawwil u li jiġu mċaqilqa miż-żona infestata għal ġoż-żona ta’ lqugħ, jew ’il barra miż-żona demarkata, għandhom ikunu ħielsa mill-frott u, fejn il-ħamrija jew materjal ieħor għat-tkabbir ikun imwaħħal magħhom, dik il-ħamrija għandha tkun ħielsa mill-pesti speċifikati.

Madankollu, il-pjanti ospitanti bil-frott jistgħu jiġu mċaqilqa barra miż-żona infestata jew minn ġo fiha, jekk dawk il-pjanti joriġinaw minn barra ż-żona demarkata, u jittieħdu miżuri effettivi għall-prevenzjoni tal-infestazzjoni tal-pjanti mill-pesti speċifikati.

3.   L-10 cm ta’ fuq tal-ħamrija tal-wiċċ, mis-siti tal-produzzjoni, fejn ikun tkabbar il-frott speċifikat, tista’ tiġi mċaqilqa biss miż-żona infestata għaż-żona ta’ lqugħ, jew ’il barra miż-żona demarkata, jekk:

(a)

kienet soġġetta għal miżuri xierqa biex jiġi eliminat il-pest speċifikat; jew

(b)

tkun indifnet f’landfill, mgħottija b’mill-inqas 50 cm ta’ materjal, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

Kwalunkwe trasport ta’ dik il-ħamrija lejn il-post tat-trattament jew tad-dfin għandu jsir f’kundizzjonijiet li jipprevjenu b’mod effettiv it-tixrid tal-pest speċifikat.

4.   L-iskart mill-frott speċifikat għandu jintrema b’mod sikur, b’mod li jipprevjeni l-iżvilupp u t-tixrid tal-pest speċifikat.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2025.

Madankollu, l-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1702/oj).

(4)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel). Story map for surveillance of non-EU Tephritidae in the EU. https://efsa.europa.eu/plants/planthealth/monitoring/surveillance/tephritidae-pestsurveycards.

(5)  Standard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 26: Establishment of pest-free areas for fruit flies (Tephritidae). https://www.ippc.int/core-activities/standards-setting/ispms.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).

(7)  Standard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 28: Phytosanitary treatments for regulated pests. https://www.ippc.int/core-activities/standards-setting/ispms.


ANNESS I

LISTA TA’ OSPITANTI GĦAL KULL SPEĊI TAL-PEST SPEĊIFIKAT

Bactrocera dorsalis:

 

Abelmoschus spp.

 

Annona cherimola

 

Annona montana

 

Annona muricata

 

Annona reticulata

 

Annona senegalensis

 

Annona squamosa

 

Averrhoa carambola

 

Capparis spp.

 

Capsicum annuum

 

Capsicum frutescens

 

Carica papaya

 

Citrofortunella floridana

 

Citrofortunella macrocarpa

 

Citrullus colocynthis

 

Citrullus lanatus

 

Citrus amblycarpa

 

Citrus aurantifolia

 

Citrus aurantium

 

Citrus depressa

 

Citrus jambhiri

 

Citrus latifolia

 

Citrus limon

 

Citrus maxima

 

Citrus meyerii

 

Citrus natsudaidai

 

Citrus nobilis

 

Citrus paradisi

 

Citrus reticulata

 

Citrus sinensis

 

Citrus swinglei

 

Citrus unshiu

 

Coccinia grandis

 

Cucumis ficifolius

 

Cucumis melo

 

Cucumis prophetarum

 

Cucumis sativus

 

Cucurbita spp.

 

Cydonia oblonga

 

Diospyros dasyphylla

 

Diospyros decandra

 

Diospyros ebenaster

 

Diospyros lotus

 

Diospyros mespiliformis

 

Diospyros montana

 

Eriobotrya spp.

 

Ficus spp.

 

Fortunella spp

 

Fragaria chiloensis

 

Fragaria vesca

 

Juglans nigra

 

Juglans regia

 

Lagenaria siceraria

 

Malus domestica

 

Malus sylvestris

 

Mangifera indica

 

Momordica balsamina

 

Momordica charantia

 

Momordica cochinchinensis

 

Morus alba

 

Morus nigra

 

Passiflora edulis

 

Persea americana

 

Physalis minima

 

Physalis peruviana

 

Prunus armeniaca

 

Prunus avium

 

Prunus bokhariensis

 

Prunus cerasoides

 

Prunus domestica

 

Prunus persica

 

Psidium cattleianum

 

Psidium guajava

 

Punica granatum

 

Pyrus communis

 

Pyrus pashia

 

Pyrus pyrifoli

 

Sambucus spp.

 

Solanum aculeatissimum

 

Solanum aethiopicum

 

Solanum americanum

 

Solanum anguivi

 

Solanum betaceum

 

Solanum capsicoides

 

Solanum donianum

 

Solanum erianthum

 

Solanum granuloso-leprosum

 

Solanum incanum

 

Solanum lasiocarpum

 

Solanum linnaeanum

 

Solanum lycopersicum

 

Solanum mauritianum

 

Solanum melongena

 

Solanum nigrum

 

Solanum pimpinellifolium

 

Solanum pseudocapsicum

 

Solanum seaforthianum

 

Solanum sessiliflorum

 

Solanum sodomeum

 

Solanum stramoniifolium

 

Solanum torvum

 

Solanum trilobatum

 

Vaccinium reticulatum

 

Vitis vinifera (inklużi l-ibridi)

 

Ziziphus mauritiana

 

Ziziphus mucronata

Bactrocera latifrons:

 

Capsicum annuum

 

Capsicum baccatum

 

Capsicum chinense

 

Capsicum frutescens

 

Citrullus lanatus

 

Citrus aurantifolia

 

Cucumis dipsaceus

 

Cucumis melo

 

Cucumis sativus

 

Cucurbita spp.

 

Lagenaria siceraria

 

Momordica charantia

 

Momordica trifoliolata

 

Passiflora foetida

 

Persea americana

 

Physalis alkekengi

 

Physalis angulate

 

Physalis peruviana

 

Psidium guajava

 

Punica granatum

 

Solanum aculeatissimum

 

Solanum aethiopicum

 

Solanum americanum

 

Solanum anguivi

 

Solanum capsicoides

 

Solanum donianum

 

Solanum erianthum

 

Solanum granuloso-leprosum

 

Solanum incanum

 

Solanum indicum

 

Solanum lanceifolium

 

Solanum lasiocarpum

 

Solanum linnaeanum

 

Solanum lycopersicum

 

Solanum macrocarpon

 

Solanum mammosum

 

Solanum melongena

 

Solanum muricatum

 

Solanum nigrescens

 

Solanum nigrum

 

Solanum pimpinellifolium

 

Solanum pseudocapsicum

 

Solanum scabrum

 

Solanum seaforthianum

 

Solanum sisymbriifolium

 

Solanum stramoniifolium

 

Solanum torvum

 

Solanum trilobatum

 

Solanum viarum

 

Solanum violaceum

 

Solanum virginianum

 

Ziziphus jujuba

 

Ziziphus mauritiana

 

Ziziphus nummularia

Bactrocera zonata:

 

Annona reticulata

 

Annona squamosa

 

Citrullus lanatus

 

Citrus aurantium

 

Citrus limon

 

Citrus paradisi

 

Citrus reticulata

 

Citrus sinensis

 

Cucumis sativus

 

Cucurbita spp.

 

Cydonia oblonga

 

Diospyros kaki

 

Eriobotrya japonica

 

Ficus spp.

 

Lagenaria siceraria

 

Malus domestica

 

Malus sylvestris

 

Mangifera indica

 

Momordica charantia

 

Persea americana

 

Prunus armeniaca

 

Prunus domestica

 

Prunus persica

 

Psidium cattleianum

 

Psidium guajava

 

Punica granatum

 

Pyrus communis

 

Pyrus pyrifolia

 

Pyrus ussuriensis

 

Ziziphus mauritiana


ANNESS II

MUDELLI GĦAR-RAPPURTAR TAR-RIŻULTATI TAL-ISTĦARRIĠIET IMWETTQA SKONT L-ARTIKOLU 7

PARTI A

MUDELL GĦAR-RAPPORTAR TAR-RIŻULTATI TAL-ISTĦARRIĠIET ANNWALI

1.

Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata (ŻD)

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ettari)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ettari)

4.

Approċċ (eradikazzjoni)

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Żoni ta’ riskju identifikati

8.

Żoni ta’ riskju spezzjonati

9.

Materjal tal-pjanti / Komodità

10.

Lista ta’ speċijiet tal-pjanti ospitanti

11.

Skedar

12.

Dettalji tal-istħarriġ

13.

Numru ta’ kampjuni sintomatiċi analizzati:

i:

Totali

ii:

Pożittivi

iii:

Negattivi

iv:

Mhux determinati

14.

Numru ta’ kampjuni asintomatiċi analizzati:

i:

Totali

ii:

Pożittivi

iii:

Negattivi

iv:

Mhux determinati

15.

Numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif ikun applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (1)

16.

Kummenti

A)

Numru ta’ eżamijiet viżwali

B)

Numru totali ta’ kampjuni meħuda

C)

Tip ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor (eż. sweep nets))

D)

Numru ta’ nases (jew metodu ta’ qbid ieħor)

E)

Numru ta’ siti ta’ qbid, meta jkun differenti mid-data rrapportata f’(D)

F)

Tip ta’ testijiet (eż. identifikazzjoni mikroskopika, PCR, ELISA, eċċ.)

G)

Numru totali ta’ testijiet

H)

Miżuri oħra (eż. klieb tat-tfittxija, droni, ħelikopters, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni eċċ.)

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

I)

Numru ta’ miżuri oħra

Numru

Data

A

B

C

D

E

F

G

H

I

i

ii

iii

iv

i

ii

iii

iv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Eradikazzjoni. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest.

Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta jkun il-każ, indika ż-żona taż-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. ħdejn iż-ŻL, madwar mixtla, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Għall-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Għall-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-imballaġġ, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Għall-kolonna 10: Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.

Għall-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Għall-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.

Għall-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Għall-kolonna 15: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).

PARTI B

Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali, bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq l-istatistika

1.

Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata (ŻD)

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ettari)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ettari)

4.

Approċċ

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Skedar

A.

Definizzjoni tal-istħarriġ (parametri ta’ input għal RiBESS+)

B.

Sforz tal-kampjunar

C.

Riżultati tal-istħarriġ

25.

Kummenti

8.

Popolazzjoni fil-mira

9.

Unitajiet epidemjoloġiċi

10.

Metodi ta’ detezzjoni

11.

Effettività tal-kampjunar

12.

Sensittività tal-metodu

13.

Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni)

14.

Numru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi spezzjonati

15.

Numru ta’ eżamijiet viżwali

16.

Numru ta’ kampjuni

17.

Numru ta’ nases

18.

Numru ta’ siti tal-qbid

19.

Numru ta’ testijiet

20.

Numru ta’ miżuri oħra

21.

Riżultati

22.

Numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif ikun applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

23.

Livell ta’ kunfidenza miksub

24.

Prevalenza prevista

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

Speċijiet ospitanti

Żona (ettari jew unità oħra iktar rilevanti)

Unitajiet tal-ispezzjoni

Deskrizzjoni

Unitajiet

Eżamijiet viżwali

Qbid

Ittestjar

Metodi oħra

Fattur ta’ riskju

Livelli ta’ riskju

Numru ta’ postijiet

Riskji relattivi

Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti

Pożittivi

Negattivi

Mhux determinati

Numru

Data

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għat-tfassil tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

—

il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet tal-ispezzjoni;

—

il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu;

—

il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji relattivi korrispondenti u l-proporzjonijiet tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Eradikazzjoni jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL), bl-użu ta’ ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7: Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.

Għall-kolonna 8: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa definit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla magħmula fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.

Għall-kolonna 9: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li ġew mistħarrġa, li jindikaw id-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl tagħhom. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi trid tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Għall-kolonna 10: Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolarti ma tkunx disponibbli.

Għall-kolonna 11: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 12: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjoni viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Għall-kolonna 13: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.

Għall-kolonna 18: Indika n-numru ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Għall-kolonna 21: Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Għall-kolonna 22: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).

Għall-kolonna 23: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżura Fitosanitarja (ISPM) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ kunfidenza miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza prevista.

Għall-kolonna 24: Indika l-prevalenza prevista bbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza prevista hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/311/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)