Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 /* KUMM/2006/0183 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.4.2006 KUMM(2006) 183 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-protokoll anness mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw jasal fi tmiemu fil-15 ta' Ġunju 2006. Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja ta' l-estensjoni tal-protokoll b'sena, sal-15 ta' Ġunju 2007. Iż-żewġ partijiet qablu dwar l-estensjoni ta' dan il-ftehim f'Diċembru 2005, partikolarment sabiex jagħtu biżżejjed żmien lill-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw iħejji ruħu bl-iktar mod adegwat possibbli għan-negozjati ta' ftehim ta' sħubija fil-ġejjieni, bil-qies tal-kuntest politiku (l-alternanza elettorali f'Ġunju 2005 u l-bidla ta' Gvern f'Novembru 2005), u jimplimenta l-programm ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-kontroll u s-sorveljanza meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd. Din l-estensjoni għandha għaldaqstant tippermetti lill-gvern il-ġdid li jmexxi n-negozjati f'kundizzjonjiet u bi skadenzi raġunevoli, mingħajr interruzzjoni la tal-ftehim u lanqas tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju annwali, li huwa essenzjali għall-istabbiltà tal-baġit ta' l-Istat tal-Ginea-Bissaw. Iż-żewġ partijiet qablu li jestendu l-protokoll li kien qed jasal għal tmiemu għal perjodu ta' sena, mis-16.6.2006 sal-15.6.2007. Din l-estensjoni, fil-forma ta' skambju ta' ittri, ġiet inizjalata bejn iż-żewġ partijiet fis-17 ta' Jannar 2006 biex tiffissa l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu mis-16.6.2006 sal-15.6.2007. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' l-estensjoni ta' dan il-ftehim, fl-istennija tad-dħul fis-seħħ definittiv tiegħu. Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll hija s-suġġett ta' proċedura separata. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1], Billi: 1. F'konformità mal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ibħra tal-Ginea-Bissaw[2], qabel it-tmiem tal-perjodu tal-validità tal-protokoll anness mal-ftehim, il-partijiet kontraenti jinnegozjaw bil-għan li jiftiehmu bi qbil komuni l-kontenut ta' protokoll għall-perjodu ta' wara, u, jekk dawn ikunu f'lokhom, il-modifiki jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-anness. 2. Iż-żewġ partijiet iddeċidew li jestendu l-protokoll preżenti, approvat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 249/2002[3], kif emendat mill-ftehim appruvat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 829/2004[4], għal perjodu ta' sena, permezz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri, fl-istennija taż-żamma tan-negozjati dwar il-modifiki tal-protokoll li għandu jiġi miftihem; 3. Permezz ta' dan l-iskambju ta' ittri, is-sajjieda Komunitarji għandu jkollhom opportunitajiet tas-sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu mis-16 ta' Ġunju 2006 sal-15 ta' Ġunju 2007; 4. Biex tiġi evitata l-interruzzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità, huwa indispensabbli li l-estensjoni tiġi applikata fl-iqsar żmien possibbli. Tajjeb għalhekk li jiġi ffirmat il-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri, u li jiġi applikat proviżorjament, fl-istennija tat-temm tal-proċeduri meħtieġa biex jiġi konkluż. 5. Importanti li jiġi kkonfermat it-tqassim fost l-Istati Membri ta' l-opportunitajiet tas-sajd tal-Protokoll li qed joqrob lejn tmiemu. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, bir-riserva tad-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-ftehim. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-ftehim jiġi applikat fuq bażi proviżorja mis-16 ta' Ġunju 2006. Artikolu 3 1. L-opportunitajiet ta’ sajd iffissati fil-Protokoll mal-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej: a) is-sajd għall-gambli: L-Italja | 1776 Tunnellaġġ Gross Irreġistrat (GRT) | Spanja | 1421 GRT | Il-Portugall | 1066 GRT | Il-Greċja | 137 GRT | b) is-sajd għall-ħut/iċ-ċefalopodi: Spanja | 3143 GRT | L-Italja | 786 GRT | Il-Greċja | 471 GRT | c) is-sajd tat-tonn bit-tartarun: Spanja | 20 bastiment | Franza | 19 bastiment | L-Italja | 1 bastiment | d) is-sajd bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ: Spanja | 21 bastiment | Franza | 5 bastiment | Il-Portugall | 4 bastiment | 2. Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jeżawrixxux l-opportunitajiet tas-sajd iffissati mill-protokoll, il-Kummissjoni tista' tqis applikazzjonjiet għal liċenzja mingħand kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 4 L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-kuntest ta' dan il-ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissaw skond il-modalitajiet previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001[5]. Artikolu 5 Il-president tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuni awtorizzati li jiffirmaw il-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri f'isem il-Komunità, bir-riserva tal-konklużjoni tiegħu. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 A. L-Ittra tal-Komunità Sinjur, Biex tiġi żgurata l-estensjoni tal-protokoll li jinsab fis-seħħ (mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 ta' Ġunju 2006) li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, kif revist mis-16 ta' Ġunju 2004, u fl-istennija taż-żamma tan-negozjati rigward il-modifiki fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem, għandi l-unur ninfurmak li qbilna dwar is-sistema ad interim li ġejja: 1. Mis-16 ta' Ġunju 2006 u għal perjodu li jtul sal-15 ta' Ġunju 2007, terġa' tapplika s-sistema applikabbli mis-16 ta' Ġunju 2004. Il-kumpens finanzjarju tal-Komunità fir-rigward tas-sistema ad interim sejjer jikkorrispondi għas-somma stipulata fl-Artikolu 3 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa (EUR 7 260 000). Din is-somma titqies komprensivament bħala kumpens finanzjarju, u l-ħlas isir mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. 2. Għal dan il-perjodu, jingħataw liċenzji tas-sajd fil-limiti ffissati mill-Artikolu 1 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa, permezz ta' ħlasijiet jew avvanzi li jikkorrispondu ma' dawk iffissati fil-punt 1 ta' l-anness tal-protokoll. Nibqa’ nafhulek jekk jogħġbok tikkonferma l-wasla ta' din l-ittra, u li tirreġistra l-qbil tiegħek mal-kontenut tagħha. Dejjem tiegħek. F’isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. B. L-Ittra tal-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid kif ġej: "Biex tiġi żgurata l-estensjoni tal-protokoll li jinsab fis-seħħ (mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 ta' Ġunju 2006) li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, kif revist mis-16 ta' Ġunju 2004, u fl-istennija taż-żamma tan-negozjati rigward il-modifiki fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem, għandi l-unur ninfurmak li qbilna dwar is-sistema ad interim li ġejja: 1. Mis-16 ta' Ġunju 2006 u għal perjodu li jtul sal-15 ta' Ġunju 2007, terġa' tapplika s-sistema applikabbli mis-16 ta' Ġunju 2004. Il-kumpens finanzjarju tal-Komunità fir-rigward tas-sistema ad interim sejjer jikkorrispondi għas-somma stipulata fl-Artikolu 3 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa (EUR 7 260 000). Din is-somma titqies komprensivament bħala kumpens finanzjarju, u l-ħlas isir mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. 2. Għal dan il-perjodu, jingħataw liċenzji tas-sajd fil-limiti ffissati mill-Artikolu 1 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa, permezz ta' ħlasijiet jew avvanzi li jikkorrispondu ma' dawk iffissati fil-punt 1 ta' l-anness tal-protokoll." Għandi l-unur nikkonfermalek li l-kontenut ta' l-ittra tiegħek huwa aċċettabbli għall-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, u li l-ittra tiegħek flimkien ma' din l-ittra jikkostitwixxu ftehim f'konformità mal-proposta tiegħek. Dejjem tiegħek. Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw. [1] ĠU L […], […], p. […]. [2] ĠU L 226, 29.8.1980, p. 34. [3] ĠU L 47, 19.2.2002, p. 2. [4] ĠU L 127, 29.4.2004, p. 25. [5] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.