26.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10382 — CDPE/Macquarie/Blackstone/ASPI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 432/04)

1.   

Fil-15 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CDP Equity S.p.A. (“CDPE”, l-Italja), li tappartjeni għall-grupp Cassa Depositi e Prestiti (“CDP”),

—

Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

Blackstone Group Inc. (“Blackstone, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Autostrade per l’Italia S.p.A. (“ASPI”, l-Italja).

CDPE, Macquarie u Blackstone jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ASPI kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CDPE: investiment f’kumpaniji ta’ interess nazzjonali sinifikanti Taljan,

—

Macquarie: investiment globali, servizzi bankarji u servizzi finanzjarji;

—

Blackstone: ġestjoni ta’ assi alternattivi globali,

—

ASPI: ġestjoni ta’ aktar minn 3 000 kilometru ta’ awtostradi b’pedaġġ madwar l-Italja skont konċessjonijiet fit-tul mogħtija mill-Istat Taljan.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10382 — CDPE/Macquarie/Blackstone/ASPI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.