9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9988—SEGRO/PSPIB/SELP/Gonesse Site)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 377/13)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit),

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

—

Gonesse Site Asset (“il-Kumpanija fil-Mira”, Franza).

SEGRO u PSPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett tal-Kumpanija fil-Mira permezz ta’ SEGRO European Logistics Partnership S.à.r.l. (“SELP”, il-Lussemburgu).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ magazzinaġġ modern u proprjetajiet industrijali ħfief li jinsabu madwar konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE, bħar-Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u r-Renju Unit,

—

PSPIB: l-investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija attiva globalment u tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

—

il-Kumpanija fil-Mira: bini tal-loġistika b’żona tal-kiri ta’ 10 846 m2, li tinsab fit-Tramuntana ta’ Pariġi, Franza fiz-ZAC des Tulipes Nord, avenue du XXIème Siècle f’Gonesse. Bħalissa qed tinkera lil terza persuna u tintuża primarjament bħala maħżen.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9988—SEGRO/PSPIB/SELP/Gonesse Site

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.