European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2276

7.11.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2276

tal-5 ta’ Novembru 2025

li jemenda għat-352 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), il-punt (a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta’ Ottubru 2025, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), iddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.


ANNESS

Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:

“Abd El Kader Mahmoud Mohamed El Sayed (kitba oriġinali: عبد القادر محمود محمد السيد) (psewdonimi affidabbli: (a) Es Sayed, Kader; (b) Abdel Khader Mahmoud Mohamed el Sayed). Data tat-twelid: 26.12.1962. Post tat-twelid: l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: SSYBLK62T26Z336L; (b) Meqjus bħala maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani; (c) Irrappurtat li nqatel fir-reġjun tal-fruntiera tal-Afganistan u l-Pakistan fl-2012. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.4.2002.”

hija sostitwita b’dan li ġej:

“Abd El Kader Mahmoud Mohamed El Sayed (kitba oriġinali: عبد القادر محمود محمد السيد) (psewdonimi affidabbli: (a) Es Sayed, Kader; (b) Abdel Khader Mahmoud Mohamed el Sayed). Data tat-twelid: 26.12.1962 Post tat-twelid: l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: SSYBLK62T26Z336L; (b) Ikkundannat għal tmien (8) snin ħabs fl-Italja fit-2.2.2004; (c) Meqjus bħala maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani. (d) Allegatament maqtul fl-2012. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 24.4.2002.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2276/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)