KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI
KOKOTT
tal‑5 ta’ Mejju 2022 ( 1 )
Kawża C‑61/21
JP
vs
Ministre de la Transition écologique,
Premier ministre
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Versailles, Franza))
“Talba għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Qbiż – Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja – Responsabbiltà tal-Istat – Dritt għal individwu li jikseb kumpens għad-danni għas-saħħa li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni – Ksur serju – Rabta kawżali diretta – Data tal-evalwazzjoni tal-ksur”
I. Introduzzjoni
|
1. |
Il-valuri limitu ambizzjużi għall-kwalità tal-arja ċirkostanti, previsti mid-Direttiva 2008/50/KE ( 2 ), (għadhom?) ma humiex osservati b’mod suffiċjenti f’diversi postijiet ( 3 ). Madankollu, deċiżjonijiet importanti f’dan il-qasam għadhom pendenti fl‑2022. Fuq livell politiku, il-Kummissjoni qiegħda tippjana proposti għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ ( 4 ). Fl-istess ħin, hemm pendenti proċeduri differenti, li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiċċara kwistjonijiet importanti dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Minbarra talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-importanza tad-Direttiva fuq l-awtorizzazzjoni tal-proġetti ( 5 ) u l-ewwel proċedura ta’ pagamenti ta’ penalità sabiex tiġi imposta kundanna għal ksur tad-Direttiva ( 6 ), din il-proċedura tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-individwi jistgħux jitolbu kumpens għad-dannu għas-saħħa li jirriżulta mill-ksur tal-valuri limitu. |
|
2. |
Il-qofol ta’ din il-proċedura huwa l-ewwel kundizzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istati Membri għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri dik dwar jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50 jagħtux drittijiet lill-individwi. Barra minn hekk, għandhom jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet li fihom ksur eventwali tad-direttiva huwa suffiċjentement serju, kif ukoll il-prova ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur u d-dannu, sabiex il-qorti tar-rinviju tingħata indikazzjonijiet dwar it-terminu rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ksur. |
II. Il‑kuntest ġuridiku
|
3. |
Fiż-żmien rilevanti fil-kawża prinċipali, ir-regoli dwar il-kwalità tal-arja kienu jinsabu inizjalment fid-Direttivi 96/62 ( 7 ) u 1999/30 ( 8 ), li daħlu fis-seħħ fil‑11 ta’ Ġunju 2010 u li ġew issostitwiti permezz tad-Direttiva 2008/50. |
A. Id‑Direttiva 96/62
|
4. |
Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/62, din kienet intiża li tiddefinixxi l-prinċipji ta’ strateġija komuni bil-għan li “tiddefinixxi u tistabbilixxi għanijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent [fl-Unjoni] bil-ħsieb li jiġu evitati, prevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu kemm hu”. Dan jirriżulta wkoll mill-premessa 2. |
|
5. |
L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 96/62 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “valur limitu” bħala “livell fiss fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq f’perijodu partikolari u ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq”. |
|
6. |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/62 kien jinkludi r-rekwiżiti ġenerali dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja: “(1) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonfomaw ma’ din id-Direttiva qabel it‑18 ta’ Settembru 1992. (2) Miżuri meħuda biex jinkisbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom:
(3) L-Istati Membri għandhom ifasslu pjani għall-azzjoni li jindikaw il-miżuri li sa jittieħdu fuq medda qasira meta jkun hemm riskju li l-għetiebi [il-valuri] limitu u/jew ta’ twissija jkunu sa jinqabżu, biex jitnaqqas dak ir-riskju u biex jiġi limitat it-tul ta’ żmien ta’ dik l-okkorrenza. Dawn il-pjani jistgħu, filwaqt li jiddependi fuq il-każi individwali, jipprovdu għal miżuri biex jikkontrollaw, u fejn ikun meħtieġ, jissospendu attivitajiet, inkluż it-traffiku tal-vetturi bil-mutur, li jikkontribwixxu biex il-valuri limiti jinqabżu”. |
|
7. |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62 kien jikkonċerna ż-żoni li fihom jinqabżu il-valuri limitu: “(1) L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta’ inkwinant wieħed jew aktar minn wieħed ikunu ogħla mill-valur limitu miżjud bil-marġini tat-tolleranza. Meta ebda marġini ta’ tolleranza ma jkun ġie ffissat għal inkwinant, żoni jew agglomerazzjonijiet speċifiċi li fihom il-livell ta’ l-inkwinant jeċċedi l-valur limitu għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħaż-żoni u l-agglomerazzjonijiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jgħoddu għalihom. […] (3) Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiżguraw li pjan jew programm jitħejja jew jiġi implimentant biex jintlaħaq il-valur limitu fil-limitu ta’ żmien speċifikat. Il-pjan jew il-programm imsemmi, li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, għandu jħaddan fih talanqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV. (4) Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta l-livell ta’ iżjed minn inkwinant wieħed ikun ogħla mil-valuri limitu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu pjan integrat li jkopri l-inkwinanti kollha konċernati. […]” |
|
8. |
Skont it-tnax-il premessa tad-Direttiva 96/62, din id-dispożizzjoni kienet intiża wkoll sabiex tipproteġi s-saħħa u l-ambjent kollu kemm hu. |
|
9. |
L-Artikolu 11(1)(a)(iii) tad-Direttiva 96/62 kien jipprovdi terminu għat-trasmissjoni tal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 8: “[F]iż-żoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom:
|
|
10. |
L-Anness IV tad-Direttiva 96/62 kien jipprevedi li l-pjanijiet jew il-programmi sabiex jintlaħqu l-valuri limitu kellhom jinkludu b’mod partikolari data dwar il-kawżi tat-tniġġis u l-previżjonijiet ratione temporis dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja minħabba l-miżuri meħuda:
[…]
[…]” |
B. Id‑Direttiva 1999/30
|
11. |
Id-Direttiva 1999/30 kienet tistabbilixxi l-valuri limitu u l-limiti ta’ twissija neċessarji għall-applikazzjoni tad-Direttiva 96/62 tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-partiċelli u ċ-ċomb fl-arja ambjentali. L-imsemmi Artikolu 1 jikkonferma li din il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tevita, tipprevjeni jew tnaqqas l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu kemm hu. |
|
12. |
Għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2), il-valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem previsti fl-Artikolu 4 u fit-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 1999/30 kienu applikabbli mill‑1 ta’ Jannar 2010. L-ewwel, il-valur limitu għal kull siegħa ta’ 200 μg/m3 ta’ diossidu tan-nitroġenu ma setax jinqabeż iktar minn 18-il darba kull sena kalendarja. It-tieni, il-valur limitu annwali ġie stabbilit għal 40 μg/m3. |
|
13. |
Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ partiċelli (PM10) il-valuri limiti ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem previsti fl-Artikolu 5 u fil-Fażi 1 tat-Taqsima I tal-Anness III tad-Direttiva 1999/30 kienu diġà applikabbli mill‑1 ta’ Jannar 2005. Il-valur limitu fis-siegħa ta’ 50 μg/m3 ta’ PM10 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ma kellux jinqabeż iktar minn 35 darba fis-sena. Il-valur limitu annwali ġie stabbilit għal 40 μg/m3 ta’ PM10. |
C. Id‑Direttiva 2008/50
|
14. |
L-ewwel żewġ premessi tad-Direttiva 2008/50 jiddeskrivu l-għanijiet ġenerali tagħha:
|
|
15. |
Il-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/50 jistabbilixxi l-għan essenzjali tagħha: “Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati lejn dan li ġej:
[…]” |
|
16. |
L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/50 jiddefinixxi l-kunċett ta’ valur limitu bħala “livell fiss fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq f’perijodu partikolari u li ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq”. |
|
17. |
Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 jimponi l-konformità mad-diversi valuri limitu: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli tad-dijossidu tal-kubrit, PM10, iċ-ċomb u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent ma’ jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Anness XI. Fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-benżina, il-valuri ta’ limitu speċifikati fl-Anness XI ma jistgħux jinqabżu mid-dati speċifikati fih. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi valutata skond l-Anness III. […]” |
|
18. |
Il-valuri limitu rilevanti għad-diossidu tan-nitroġenu u għall-partiċelli (PM10) li jinsabu fl-Anness XI tad-Direttiva 2008/50 jikkorrispondu mal-valuri limitu stabbiliti mid-Direttiva 1999/30. |
|
19. |
L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/50 jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-estensjoni tat-terminu għall-osservanza tal-valuri limitu: “1. Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-konformità mal-valuri ta’ limitu fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu jew il-benżina ma jistgħux jinkisbu sat-termini perentorji speċifikati fl-Anness XI, Stat Membru jista’ jipposponi dawk it-termini perentorji sa massimu ta’ ħames snin għal dik iż-żona jew agglomerazzjoni partikolari, sakemm ikun ġie stabbilit pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja skond l-Artikolu 23 għaż-żona jew agglomerazzjoni li għalihom japplika l-posponiment; tali pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja għandu jiġi supplimentat mill-informazzjoni esposta fit-Taqsima B ta’ l-Anness XV dwar is-sustanzi li jniġġsu kkonċernati u għandu juri kif il-konformità mal-valuri ta’ limitu għandha tintlaħaq qabel it-terminu perentorju l-ġdid. 2. Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-konformità mal-valuri ta’ limitu fir-rigward tal-PM10, kif speċifikat fl-Anness XI, ma tistax tinkiseb minħabba l-karatteristiċi tat-tixrid speċifiċi għas-sit, kondizzjonijiet tal-klima ħżiena jew il-kontributi transkonfinali, l-Istat Membru għandu jkun eżentat mill-obbligu li japplika dawk il-valuri ta’ limitu sal‑11 ta’ Ġunju 2011, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu osservati, u sakemm dak l-Istai Membru juri li jkun ħa l-miżuri adegwati kollha fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex ilaħħaq ma l-iskadenzi. […] 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta, fil-fehma tagħhom, il-paragrafi 1 jew 2 japplikaw, u għandhom jikkomunikaw il-pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja msemmi fil-paragrafu 1 inkluż kull informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex ikun valutat jekk il-kondizzjonijiet rilevanti humiex sodisfatti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ effetti stmati fuq il-kwalità ta’ l-arja ambjentali fl-Istati Membri, kemm fil-preżent u kemm fil-ġejjieni, ta’ miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri kif ukoll effetti stmati Komunitarji fuq il-kwalità ta’ l-arja ambjentali ta’ miżuri Komunitarji kurrenti u ta’ miżuri Komunitarji pjanati li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur minn meta tiġi riċevuta dik in-notifika, għandhom jitqiesu sodisfatti l-kondizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew 2. Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istati Membri jaġġustaw jew jipprovdu pjanijiet ġodda dwar il-kwalità ta’ l-arja”. |
|
20. |
Fir-rigward taż-żona tal-agglomerazzjoni ta’ Pariġi rilevanti, għalkemm, skont il-Kummissjoni ( 9 ), ir-Repubblika Franċiża bagħtet komunikazzjoni intiża li testendi t-termini ta’ PM10 u tad-diossidu tan-nitroġenu, kull waħda minnhom kienet is-suġġett ta’ oġġezzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni ( 10 ). |
|
21. |
L-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jipprevedi li fil-każ li jinqabżu l-valuri limitu f’ċerti żoni jew agglomerazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, sabiex tintlaħaq konformità mal-valuri: “Fejn, fiż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet stipulati, il-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja ta’ l-ambjent jaqbżu kwalunkwe valur ta’ limitu jew valur immirat, kif ukoll kwalunkwe marġni rilevanti tat-tolleranza f’kull każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja għal dawk iż-żoni u agglomerazzjonijiet sabiex jinkiseb il-valur ta’ limitu jew valur immirat relatati speċifikati fl-Annessi XI u XIV. Fil-każ ta’ qabżiet ta’ dawk il-valuri ta’ limitu li għalihom id-data ta’ skadenza sabiex jintlaħqu diġà tkun skadiet il-pjan ta’ kwalità ta’ l-arja għandu jistabbilixxi miżuri adegwati, sabiex il-perijodu tal-qabża jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli. […] Dawk il-pjanijiet għall-kwalità ta’ l-arja għandhom jinkorporaw ta’ l-anqas l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A ta’ l-Anness XV u jistgħu jinkludu miżuri skond l-Artikolu 24. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, iżda mhux iktar tard minn sentejn wara l-aħħar ta’ dik is-sena fejn tkun ġiet osservata l-ewwel qabża. […]”. |
|
22. |
Ir-rekwiżiti msemmija fil-Fażi A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50 huma, essenzjalment, konformi mar-rekwiżiti tal-Anness IV tad-Direttiva 96/62. |
III. Il‑fatti u r‑rinviju għal deċiżjoni preliminari
|
23. |
It-talba għal deċiżjoni preliminari hija bbażata fuq il-qbiż, fl-agglomerazzjoni ta’ Pariġi, tal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja ċirkostanti. Għalhekk, fl‑2019, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu nqabżu minn meta kellhom jiġu osservati fl‑2010 ( 11 ). Barra minn hekk, hija ddeċidiet reċentement li l-valuri limitu għall-PM10 lanqas huma stess ma ġew osservati mill‑2005 sal‑2019 ( 12 ). Bl-istess mod, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) Franċiż ikkonstata qbiż persistenti ta’ dawn il-valuri limitu sal‑2020 għal Pariġi kif ukoll għas-snin sal‑2018 u l‑2019, qbiż tal-valuri limitu għall-PM10 ( 13 ). |
|
24. |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jeżiġi li l-prefett tad-dipartiment ta’ Val-d’Oise, li jikkostitwixxi parti mill-agglomerazzjoni ta’ Pariġi, jieħu miżuri sabiex josserva l-valuri limitu previsti mid-Direttiva 2008/50. Barra minn hekk, huwa jitlob kumpens għad-diversi danni fl-ammont ta’ EUR 21 miljun stmat għad-dannu li huwa jattribwixxi għat-tniġġis tal-arja. Id-dannu seħħ mis-sena 2003 u saħansitra aggrava maż-żmien. |
|
25. |
Insostenn tat-talba tiegħu għal kumpens, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li huwa ġarrab dannu għas-saħħa minħabba d-deterjorament tal-arja fl-agglomerazzjoni ta’ Pariġi, fejn huwa jirrisjedi. Dan id-deterjorament jirriżulta, fil-fehma tiegħu, min-nuqqas tal-awtoritajiet Franċiżi li jwettqu l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2008/50. Konsegwentement, huwa jikkontesta r-responsabbiltà tal-Istat sabiex jikseb kumpens għad-dannu għas-saħħa li huwa jinvoka. |
|
26. |
Peress li t-tribunal administratif de Cergy-Pontoise (il-Qorti Amministrattiva ta’ Cergy-Pontoise) ċaħad din it-talba, ir-rikors issa sar pendenti quddiem il-cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Versailles, Franza). Din tesponi li d-deċiżjoni għat-talba għal kumpens tippresupponi kjarifika tal-portata tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50. Il-kwistjoni hija jekk hemmx lok li jingħata lill-individwi dritt għal kumpens għad-danni li jaffettwaw is-saħħa tagħha f’każ ta’ ksur suffiċjentement serju minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
27. |
Għalhekk, il-cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Versailles) tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
|
28. |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom. Ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u l-Kummissjoni Ewropea pparteċipaw fis-seduta tal‑15 ta’ Marzu 2022. |
IV. Analiżi legali
|
29. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti, il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu ( 14 ). Din it-talba għal deċiżjoni preliminari issa hija intiża sabiex jiġi ddeterminat sa fejn ksur tal-valuri limitu tad-dritt tal-Unjoni intiż li jipproteġi l-kwalità tal-arja ċirkostanti jista’ effettivament jagħti lok għal kumpens. |
|
30. |
Skont ġurisprudenza stabbilita, l-effettività sħiħa tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni titqiegħed f’dubju u l-protezzjoni tad-drittijiet irrikonoxxuti minnhom tiddgħajjef jekk l-individwi ma jkollhomx il-possibbiltà li jiksbu kumpens meta d-drittijiet tagħhom ikunu leżi minn ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil Stat Membru ( 15 ). |
|
31. |
Il-persuni leżi għandhom għalhekk dritt għal kumpens meta jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet: id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni miksura jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet, il-ksur ta’ din id-dispożizzjoni jkun suffiċjentement serju, u tkun teżisti rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu mġarrab mill-individwi ( 16 ). |
|
32. |
L-ewwel domanda preliminari tippreżupponi l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju u ta’ rabta kawżali diretta. Hija intiża li jiġi magħruf jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/50 fil-qasam tal-kwalità tal-arja jagħtux drittijiet lill-individwi, jiġifieri, jekk il-ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti jistax jagħti dritt għal kumpens (iktar ’il quddiem A). Jekk dan huwa l-każ, it-tieni domanda hija intiża li tippreċiża l-kundizzjonijiet ta’ tali dritt, b’mod partikolari fir-rigward tal-mument li fih għandha tiġi evalwata l-eżistenza tal-ksur imputabbli lill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex isir dan, għandha tingħata deċiżjoni ulterjuri dwar il-kundizzjonijiet li fihom ksur serju u rabta kawżali diretta għandhom jiġu kkonstatati (iktar ’il quddiem B). |
A. L‑ewwel domanda – Għoti ta’ drittijiet permezz ta’ regoli dwar il‑kwalità tal-arja
|
33. |
Id-dritt għal kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni jippreżumi, l-ewwel, li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni miksura jkollha l-għan li tagħti d-drittijiet lill-persuni leżi ( 17 ). |
|
34. |
Huwa minnu li l-kwistjoni dwar jekk l-istandard ikkonċernat huwiex direttament applikabbli, ma hijiex rilevanti fil-kuntest tal-ġustifikazzjoni tat-talba għal kumpens ( 18 ). Madankollu, l-applikabbiltà diretta hija indizju importanti li jimmilita favur l-attribuzzjoni ta’ drittijiet ( 19 ), peress li, f’dan il-każ, huwa possibbli li jiġi ddeterminat il-kontenut tad-dritt mogħti, li hija kundizzjoni għad-dritt għal kumpens ( 20 ). |
|
35. |
Għaldaqstant, qabel kollox, għandu jiġi eżaminat jekk ir-regoli dwar il-valuri limitu u dawk dwar il-miżuri intiżi li jtejbu l-kwalità tal-arja humiex suffiċjentement ċari sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ drittijiet eventwali. Sussegwentement, huwa possibbli li jiġi evalwat jekk dawn ir-regoli għandhomx l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi. |
1. Kjarezza tal‑kontenut tad‑dispożizzjonijiet tad‑Direttivi 96/62 u 1999/30
|
36. |
Għalkemm huwa minnu li t-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda biss id-Direttiva 2008/50, xorta jibqa’ l-fatt li l-kawża prinċipali tikkonċerna dannu mġarrab mir-rikorrent sa mis-sena 2003. Bejn dan iż-żmien u l-iskadenza tat-terminu ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/50 fil‑11 ta’ Ġunju 2010, inizjalment irregolat id-Direttivi 96/62 u 1999/30 dwar il-kwalità tal-arja fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu PM10 (materja partikolata) u d-diossidu tan-nitroġenu msemmija fit-talba għal deċiżjoni preliminari. |
a) Fuq il‑valuri limitu
|
37. |
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/62, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-osservanza tal-valuri limitu. Il-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu kienu jirriżultaw mill-Artikolu 4 moqri flimkien mal-Anness II tad-Direttiva 1999/30, u kienu applikabbli mill‑1 ta’ Jannar 2010. |
|
38. |
Il-valuri limitu għall-PM10 kienu stabbiliti fl-Artikolu 5 flimkien mal-Anness III, Stadju 1 tat-Taqsima I ta’ din id-direttiva, u kienu applikabbli mill‑1 ta’ Jannar 2005. |
|
39. |
L-imsemmija valuri limitu u t-termini ġew sussegwentement riprodotti, mingħajr emendi, fl-Anness XI tad-Direttiva 2008/50. |
|
40. |
L-obbligu li jiġu osservati l-valuri limitu huwa impost għalhekk mid-data ffissata u huwa, skont il-formulazzjoni stess tad-dispożizzjonijiet rilevanti, ċar u inkundizzjonat ( 21 ). |
b) Titjib fil‑kwalità tal‑arja
|
41. |
Barra minn hekk, id-Direttiva 96/62 kienet diġà tipprevedi regoli dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja għall-perijodu preċedenti għall-iskadenza tat-termini ta’ applikazzjoni tal-valuri limitu u għall-perijodu sussegwenti. |
i) Fuq il-perijodu qabel in-natura vinkolanti tal-valuri limitu
|
42. |
L-ewwel obbligu ta’ titjib tal-kwalità tal-arja kien diġà jeżisti qabel ma l-valuri limitu saru obbligatorji, rispettivament fl‑2005 u fl‑2010. L-Istati Membri kellhom, f’dan l-istadju, jadottaw miżuri sabiex il-valuri limitu jiġu osservati mhux iktar tard mill-mument li fih isiru vinkolanti. |
|
43. |
Id-dettalji ta’ dan l-obbligu jirriżultaw mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62. L-ewwel, skont l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet, li fihom il-livelli ta’ inkwinant wieħed jew iktar jaqbżu l-ammont tal-valur limitu u l-marġni ta’ diskrezzjoni speċifikati wkoll fid-Direttiva 1999/30. Għaż-żoni u l-agglomerazzjonijiet identifikati b’dan il-mod, l-Istati Membri kellhom, skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62, jistabbilixxu jew jimplimentaw pjanijiet jew programmi sabiex il-valur limitu jkun jista’ jintlaħaq fit-terminu stabbilit, jiġifieri fil-mument tan-natura vinkolanti tiegħu. |
|
44. |
F’dan ir-rigward, il-marġni ta’ tolleranza kien jindika ċertu perċentwali tal-valur limitu rispettiv, li tnaqqas b’mod lineari għal 0 % bejn l-iffissar tal-valuri limitu u d-data tal-applikazzjoni tagħhom. Il-marġni ta’ tolleranza għalhekk kien kontinwament inqas, iktar ma l-applikazzjoni tal-valuri limitu saru eqreb. L-applikabbiltà tal-valuri limitu inkwistjoni neħħiet totalment il-marġni ta’ tolleranza. |
|
45. |
Huwa probabbli li dan l-obbligu kien diġà jikkonċerna ħafna żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-valuri limitu kienu sussegwentement inqabżu fl-iskadenza tat-terminu għall-applikazzjoni tagħhom, jiġifieri fl‑2005 jew fl‑2010 ( 22 ). |
|
46. |
Dawn il-pjanijiet jew programmi kellhom josservaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 96/62, li kienu fil-biċċa l-kbira konformi mat-Taqsima A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50. Dawn ir-rekwiżiti ma humiex ta’ natura purament formali, peress li l-informazzjoni inkwistjoni tattesta l-oriġini tat-tniġġis (punti 5 u 6), analiżi tal-miżuri possibbli dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja (punt 6) kif ukoll il-miżuri deċiżi u implimentati (punti 7 sa 9) inkluża skeda u stima dwar it-titjib fil-kwalità tal-arja li għandu jinkiseb (punt 8). L-evalwazzjoni tal-kapaċità tal-pjan jew tal-programm li jilħaq l-osservanza tal-valuri limitu mal-iskadenza tat-termini tal-applikazzjoni tagħhom timplika loġikament tali indikazzjonijiet. |
|
47. |
Addizzjonalment, għandu jiġi osservat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jipprovdi obbligu simili għall-materja partikolata iktar fina mid-daqs ta’ PM2,5 li l-valur limitu tagħha kellu biss jiġi osservat wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva. |
ii) Wara l-iskadenza tat-termini għall-applikazzjoni tal-valuri limitu
|
48. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62 kien jipprevedi li l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni li jindikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq medda qasira ta’ żmien fil-każ ta’ riskju li jinqabżu l-valuri limitu u/jew il-limiti ta’ twissija, sabiex jitnaqqas dan ir-riskju u sabiex jiġi limitat it-tul tiegħu. |
|
49. |
Skont il-formulazzjoni tal-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 96/62, il-possibbiltà ta’ qbiż tal-valuri limitu ma kinitx prevista. Qabel ma kien applikabbli, l-Artikolu 8 kien jimponi fuq l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu osservati fil-mument tad-dħul fis-seħħ tagħhom. Sussegwentament, l-Artikolu 7(3) jobbligahom jiġġieldu r-riskju li jinqabeż il-limitu. Dan ġie kkonfermat mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ valur limitu li jinsab fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 96/62, li jgħid li għandu jintlaħaq valur limitu f’terminu stabbilit u ma kellux sussegwentament jinqabeż. |
|
50. |
Madankollu, fis-sentenza Janecek, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri ma kinux obbligati jieħdu miżuri li ma jimplikaw ebda qbiż. Għall-kuntrarju, mill-istruttura tad-Direttiva 96/62, li kienet intiża għal tnaqqis integrat tat-tniġġis, hija ddeduċiet l-obbligu għall-Istati Membri li jieħdu miżuri ta’ natura li jnaqqsu għall-minimu r-riskju ta’ qbiż u t-tul tiegħu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi u tal-interessi preżenti kollha. F’din l-okkażjoni, l-Istati Membri kellhom jiżguraw ibbilanċjar mal-interessi pubbliċi u privati differenti preżenti. Il-limiti ta’ din is-setgħa diskrezzjonali kienu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju ( 23 ). |
|
51. |
Din is-sentenza tinftiehem sa fejn, f’din id-data, diġà kien magħruf li, f’diversi Stati Membri, il-valuri limitu applikabbli għall-PM10 inqabżu u li l-osservanza tagħhom kienet teħtieġ sforzi kunsiderevoli. Fir-rigward tal-valuri limitu tad-diossidu tan-nitroġenu applikabbli fl‑2010, il-Kummissjoni kienet qiegħda tistenna sitwazzjoni simili ( 24 ). L-aspettattiva, espressa fit-test tad-Direttiva 96/62, li l-valuri limitu ma kinux jinqabżu għalhekk ma kinitx realistika. Barra minn hekk, dan l-għarfien, ftit qabel is-sentenza Janecek, wassal għall-adozzjoni tad-Direttiva 2008/50, li ser tiġi eżaminata iktar ’il fuq. |
|
52. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ġustament enfasizzat in-neċessità ta’ bbilanċjar tal-interessi preżenti waqt l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni. Għalkemm, waqt l-iffissar tal-valuri limitu, il-leġiżlatur diġà antiċipa dan l-ibbilanċjar, id-dritt tal-Unjoni ma jistax jimponi fuq l-Istati Membri miżuri intiżi li jiżguraw l-osservanza tal-valuri limitu li l-inkonvenjenzi tagħhom jegħlbu t-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem minħabba l-implimentazzjoni tal-valuri limitu ( 25 ). |
|
53. |
Madankollu, il-konstatazzjonijiet tas-sentenza Janecek huma limitati għall-obbligu li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62. Dawn il-pjanijiet ma għandhomx ikunu maħsuba b’mod li jeskludu kwalunkwe qbiż tal-valuri limitu. L-obbligu li jiġu osservati l-valuri limitu kien diġà indipendenti skont id-Direttivi 96/62 u 1999/30 ( 26 ). L-Istati Membri jistgħu jiġġustifikaw derogi mill-valuri limitu, bħal ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni ( 27 ), biss billi juru prova b’mod konkret diffikultajiet insormontabbli jew forza maġġuri ( 28 ). |
c) Konklużjonijiet intermedja
|
54. |
Għalhekk, jibqa’ li jiġi kkonstatat, li l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 96/62, moqrija flimkien mal-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu u għall-PM10 jikkostitwixxu, skont id-Direttiva 1999/30, obbligu ċar u inkundizzjonat li jiġu osservati l-valuri limitu li ilhom stabbiliti għall-PM10 mill‑1 ta’ Jannar 2005 u, għad-diossidu tan-nitroġenu, mill‑1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62, l-Istati Membri kellhom jieħdu miżuri biss sabiex jimminimizzaw it-tul tal-qbiż fuq il-bażi ta’ bilanċ bejn l-interessi inkwistjoni. Dan it-tieni obbligu huwa suffiċjentement ċar biss għal dak li jikkonċerna qbiż tal-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni eżistenti f’dan ir-rigward. |
2. Kjarezza tal‑kontenut tad‑dispożizzjonijiet tad‑Direttiva 2008/50
|
55. |
Barra minn hekk, għandha tiġi evalwata ċ-ċarezza tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50, li ħassret, fl‑2008, id-Direttivi 96/62 u 1999/30 b’effett mill‑11 ta’ Ġunju 2010. |
a) Il‑valuri limitu
|
56. |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli ta’ diversi inkwinanti atmosferiċi fl-arja, b’mod partikolari l-PM10, ma jaqbżux il-valuri limitu stabbiliti fl-Anness XI. Barra minn hekk, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) il-valuri limitu tad-diossidu tan-nitroġenu u l-benżina ffissati fl-Anness XI ma jistgħux jinqabżu mid-dati speċifikati fih. |
|
57. |
Id-differenza fil-formulazzjoni bejn dawn iż-żewġ sentenzi ma tikkontestax iċ-ċarezza tal-obbligu li jiġu osservati l-valuri limitu. Hija tispjega ruħha mill-fatt li l-valuri limitu għall-inkwinanti msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, bħal tal-Anness XI, kienu, evidentement, applikabbli mill‑2005, filwaqt li din id-direttiva daħlet fis-seħħ biss fl‑2008. Għall-kuntrarju, il-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu u għall-benżina saru vinkolanti biss fl‑2010, jiġifieri wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. |
|
58. |
L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-valuri għas-sustanzi li jniġġsu koperti mill-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 ma jaqbżux il-valuri limitu stabbiliti fl-Anness XI fi kwalunkwe post fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet tagħhom ( 29 ). Skont il-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness III jirriżulta li huma biss ċerti postijiet fejn il-persuni normalment jirrisjedu mingħajr protezzjoni li ma humiex suġġetti għal evalwazzjoni ( 30 ). |
|
59. |
Meħud waħdu, l-Artikolu 13(1) u l-Anness XI tad-Direttiva 2008/50 jidhru għalhekk suffiċjentement preċiżi ( 31 ). Dan jirriżulta wkoll mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat diversi drabi ksur ta’ din id-dispożizzjoni mill-Istati Membri ( 32 ). |
b) Il‑pjanijiet relatati mal‑kwalità tal‑arja skont l‑Artikolu 23 tad‑Direttiva 2008/50
|
60. |
Minbarra l-obbligu ta’ osservanza tal-valuri limitu skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, jeżisti l-obbligu li tittejjeb il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 23(1). |
|
61. |
Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għaż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta’ inkwinanti jaqbżu valur limitu jew valur immirat, miżjud bil-marġni ta’ tolleranza applikabbli għal dan il-għan, sabiex jiġu osservati l-valuri limitu jew il-valuri mmirat stabbiliti fl-Annessi XI u XIV tad-Direttiva 2008/50. Fil-każ ta’ qbiż ta’ dawk il-valuri limitu li għalihom it-terminu sabiex jintlaħqu diġà jkun skada, il-pjan ta’ kwalità tal-arja għandu jistabbilixxi miżuri adegwati, sabiex il-perijodu tal-qbiż ikun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli. Dawn il-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness XV. |
|
62. |
Konsegwentament, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50 joħloq rabta diretta bejn il-qbiż tal-valuri limitu għall-PM10 previsti fl-Artikolu 13(1) flimkien mal-Anness XI u l-obbligu li jitfasslu pjanijiet tal-kwalità tal-arja ( 33 ). |
|
63. |
Għaldaqstant, l-Istati Membri intervenjenti jqisu li d-Direttiva 2008/50 ma teżiġix li jiġi prekluż kull qbiż tal-valuri limitu, iżda tillimita ruħha li tistabbilixxi fl-Artikolu 23(1) l-obbligu biss li jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja. Il-Polonja ssostni wkoll li l-obbligu li jiġu osservati l-valuri limitu ma huwiex inkundizzjonat fid-dawl tal-Artikolu 23(1). |
|
64. |
Is-sentenza Janecek imsemmija iktar ’il fuq tidher li tappoġġja din il-pożizzjoni, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet flimkien mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62 li l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-valuri limitu milli jinqabżu kull darba ( 34 ). Bl-istess mod għar-Regolament preċedenti, pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jistgħu jiġu stabbiliti biss, skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, fuq il-bażi ta’ bilanċ bejn l-għan ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ tniġġis u l-interessi pubbliċi u privati differenti preżenti ( 35 ). |
|
65. |
Madankollu, diġà fil-kuntest tad-Direttivi 96/62 u 1999/30, seta’ jiġi ddubitat li miżuri ta’ titjib tal-kwalità tal-arja kienu biżżejjed sabiex jiġġustifikaw ksur tal-valuri limitu ( 36 ). Barra minn hekk, fir-rigward tad-Direttiva 2008/50, il-Qorti tal-Ġustizzja, sadanittant ċaħdet, diversi drabi, l-argument li Stat Membru kien diġà kkonforma ruħu kompletament mal-obbligi previsti fl-Artikolu 13(1) peress li stabbilixxa pjan dwar il-kwalità tal-arja ( 37 ). |
|
66. |
Tali interpretazzjoni twassal, skont sentenza reċenti tal-Awla Manja, sabiex jitħalla t-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/50 biss għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, ħaġa li tmur kontra r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Dan huwa dak li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeduċi, b’mod partikolari, mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “valur limitu” fl-Artikolu 2(5), li l-osservanza tiegħu għandha tiġi ggarantita matul perijodu partikolari u ma għandux jinqabeż wara ( 38 ). |
|
67. |
Barra minn hekk, id-Direttiva 2008/50 ippreċiżat l-obbligu li jiġu osservati l-valuri limitu fir-rigward tad-Direttiva 96/62 permezz ta’ skema li tiġi kompromessa jekk is-sempliċi tħejjija ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja tkun biżżejjed sabiex tiġġustifika qbiż ( 39 ). L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/50 jippermetti l-estensjoni tat-termini ta’ osservanza tal-valuri limitu massimu ta’ ħames snin għad-diossidu tan-nitroġenu jew il-benżina u massimu ta’ sitt snin għall-PM10. L-estensjoni tat-terminu hija b’mod partikolari suġġetta għat-tfassil mill-Istati Membri ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja li jiggarantixxu l-osservanza ta’ dan it-terminu estiż. Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) ma humiex marbuta b’dan it-terminu. |
c) Konklużjoni intermedja
|
68. |
Għalhekk, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 jistabbilixxi obbligu preċiż u direttament vinkolanti fuq l-Istati Membri li jopponu l-qbiż tal-valuri limitu applikabbli għall-inkwinanti atmosferiċi msemmija. |
|
69. |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jirriżulta obbligu ċar u awtonomu ta’ tfassil ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, li jirriżulta mill-ksur tal-valuri limitu ( 40 ). |
|
70. |
Il-Polonja hija tal-fehma li l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 ma huwiex preċiż biżżejjed fir-rigward tal-kontenut tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja. Din id-dispożizzjoni ma tiffissax terminu fiss sabiex jintemm il-qbiż, iżda teżiġi biss li l-perijodu tal-qabża jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-miżuri tippreżupponi l-ibbilanċjar tal-interessi diverġenti, kif jenfasizzaw ukoll Franza u l-Irlanda. |
|
71. |
Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-marġni ta’ diskrezzjoni marbut mal-ibbilanċjar tal-interessi jista’ jkun rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk ksur huwiex serju ( 41 ) u jista’ wkoll ikollu rwol fl-evalwazzjoni tar-rabta kawżali ( 42 ). Madankollu, għadu ma huwiex determinanti jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hijiex preċiża biżżejjed sabiex tagħti drittijiet lill-individwi. Għall-kuntrarju, huwa biżżejjed li l-individwi jkunu jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati nazzjonali l-osservanza tal-limiti ta’ din is-setgħa diskrezzjonali ( 43 ). |
3. Għan tal‑valuri limitu u obbligu li tittejjeb il‑kwalità tal‑arja
|
72. |
Il-kwistjoni dwar jekk il-valuri limitu u l-obbligu ta’ titjib tal-kwalità tal-arja, previsti mid-Direttivi 96/62, 1999/30 u 2008/50, għandhomx l-għan li jagħtu drittijiet lil dawk li jġarrbu danni għas-saħħa minħabba t-tniġġis tal-arja, tiddependi qabelxejn mill-għanijiet ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet, minbarra n-natura determinabbli ta’ eventwali drittijiet ( 44 ). |
|
73. |
Id-Direttivi 96/62 u 2008/50 għandhom l-għan, skont it-tieni premessa tagħhom u l-Artikolu 1, li jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu l-effetti ta’ dannu għas-saħħa tal-bniedem ( 45 ). Id-direttivi dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti introdotti permezz ta’ dawn ir-regolamenti jistabbilixxu l-obbligi ta’ protezzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa pubblika, li jirriżultaw pereżempju mill-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikolu 191(1) u (2) TFUE. Għalhekk, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent timmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni differenti tagħha, u hija bbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva ( 46 ). Dan l-obbligu ta’ protezzjoni jirriżulta wkoll mill-Artikoli 2, 3 u 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ( 47 ). |
|
74. |
Il-fatt li l-valuri limitu għall-PM10 u d-diossidu tan-nitroġenu jservu b’mod partikolari sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem diġà jirriżulta mid-denominazzjoni tagħhom bħala valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fl-Annessi II u II tad-Direttiva 1999/30 kif ukoll fl-Artikolu 13 u l-Anness XI tad-Direttiva 2008/50. Id-definizzjoni tat-terminu “valur limitu” kif enfasizzat mir-rikorrenti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttivi 96/62 u 2008/50 rispettivament tipprovdi wkoll li jiġi stabbilit valur limitu bil-għan li l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew tal-ambjent jiġu evitati, impediti jew imnaqqsa. |
|
75. |
Sa fejn l-obbligi rispettivi ta’ titjib tal-kwalità tal-arja huma attivati mill-qbiż ta’ dawn il-valuri limitu, ma hemmx dubju li dawn l-obbligi jirrigwardaw ukoll il-protezzjoni tas-saħħa. |
|
76. |
Kif tenfasizza ġustament il-Kummissjoni, din il-protezzjoni diġà wasslet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonstata, fir-rigward tad-direttivi preċedenti dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja, li l-individwi għandhom ikunu jistgħu jinvokaw bħala drittijiet ir-rekwiżiti imperattivi ta’ dawn id-direttivi ( 48 ). Abbażi ta’ dan, huwa ppermetta li jinvoka d-Direttivi 96/62 u 2008/50 ( 49 ) u semma wkoll, f’dan il-kuntest, il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet ( 50 ). |
|
77. |
Fil-fatt, il-Polonja u l-Irlanda jqisu li l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa huwa intiż biss għall-protezzjoni tal-pubbliku, iżda dan ma huwiex konvinċenti. Huwa preċiżament l-interess tas-saħħa li għandu natura partikolarment personali, u għalhekk individwali, u huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza li għadha kif ġiet esposta. |
|
78. |
Is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti għar-regoli tal-leġiżlazzjoni ambjentali li huma intiżi prinċipalment sabiex jipproteġu lill-annimali, lill-pjanti u lill-ħabitat naturali, iżda li jibbenefikaw minnhom biss indirettament il-bnedmin. F’dan ir-rigward, wieħed jista’ jaħseb fil-valuri kritiċi dwar il-protezzjoni tal-veġetazzjoni previsti fl-Artikolu 14 fl-Anness XIII tad-Direttiva 2008/50. Madankollu, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, f’dan il-każ, dwar il-kwistjoni ta’ jekk dawn id-dispożizzjonijiet għandhomx l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi. |
|
79. |
Kuntrarjament għall-fehma tal-Irlanda, il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas lanqas ma jipprekludi r-rikonoxximent ta’ responsabbiltà tal-Istat għad-danni għas-saħħa minħabba l-ksur tar-regoli dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti. |
|
80. |
Huwa minnu li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas hu prinċipju tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u, għaldaqstant, għandu jiġi osservat fl-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti. Huwa minnu wkoll li, skont dan il-prinċipju, l-awturi tat-tniġġis tal-arja għandhom ibatu l-ispejjeż, li huwa iktar evidenti f’verżjonijiet lingwistiċi oħra milli fil-Ġermaniż “Verursacherprinzip”, meta, pereżempju, fil-lingwa Ingliża, isir riferiment għal “that the polluter should pay” jew bil-Franċiż għall-“principe du pollueur-payeur”. |
|
81. |
Madankollu, dan il-prinċipju ma jistax jeżenta lill-Istati Membri mir-responsabbiltà tagħhom stess meta jawtorizzaw jew ma jimpedixxux it-tniġġis tal-arja bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li r-regoli dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti jimponu din ir-responsabbiltà fuq l-Istati Membri huwa ġġustifikat mill-fatt li t-tniġġis tal-arja ċirkostanti jirriżulta regolarment minn sorsi differenti, b’tali mod li l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu sa fejn ċerti awturi tat-tniġġis għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom. |
4. Fuq is‑sentenza Paul
|
82. |
It-tifsira ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet fir-rigward tal-għan tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja hija partikolarment evidenti meta wieħed iqabbilha mas-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606). Din hija l-unika sentenza li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet dritt għal kumpens minħabba li l-leġiżlazzjonijiet inkwistjoni ma kellhomx l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi. |
|
83. |
Din is-sentenza kienet tikkonċerna obbligi ta’ sorveljanza bankarja li kienu fis-seħħ dak iż-żmien, li kienu intiżi wkoll sabiex jipproteġu d-depożitanti ( 51 ). Dawn ir-regolamenti fil-fatt jippreżentaw analoġiji mal-protezzjoni tal-kwalità tal-arja. Fil-fatt, iż-żewġ kompiti, is-sorveljanza bankarja u l-protezzjoni tal-kwalità tal-arja huma kkaratterizzati minn kumplessità kbira ( 52 ) u d-drittijiet tal-individwi ma jissemmewx espressament ( 53 ), kif tenfasizza Franza fil-proċedura preżenti. |
|
84. |
Madankollu, il-leġiżlazzjoni dwar sorveljanza bankarja f’dak iż-żmien kienet tippreżenta differenzi sinjifikattivi meta mqabbla mal-protezzjoni tal-kwalità tal-arja. Dawn id-differenzi ma jirriżultawx esklużivament mid-differenza fl-għan tal-leġiżlazzjoni. |
|
85. |
Fil-bidu, kien hemm skema ta’ garanzija tad-depożiti ( 54 ) skema ta’ protezzjoni speċifika għad-depożitanti, li tipprekludi li jibbenefikaw minn drittijiet għal kumpens iktar estiżi ( 55 ). Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda d-danni għas-saħħa dovuti għat-tniġġis tal-arja, tali leġiżlazzjoni speċifika ma hijiex evidenti. |
|
86. |
Iżda fuq kollox, l-għan prinċipali tas-sistemi ta’ sorveljanza bankarja ta’ dak iż-żmien kien li jaslu għar-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet u tas-sistemi ta’ kontroll bankarju. Dan kien jippermetti l-għoti ta’ awtorizzazzjoni unika lil banek għall-Unjoni kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kontroll mill-Istat Membru ta’ oriġini ( 56 ). Is-sistemi ta’ sorveljanza bankarja għandhom għalhekk iwettqu, skont il-bażi legali tagħhom, il-libertà ta’ stabbiliment tal-banek billi jarmonizzaw ir-rekwiżiti nazzjonali. Ir-responsabbiltà tal-Istat favur id-depożitanti, li ma kinitx prevista, jew saħansitra eskluża, fuq il-livell nazzjonali, ma kinitx neċessarja għal dan il-għan ( 57 ). |
|
87. |
Min-naħa l-oħra, ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja kienu bbażati fuq il-kompetenza ambjentali tal-Unjoni u għalhekk huma intiżi neċessarjament, skont l-Artikolu 191 TFUE, għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Hija preċiżament din il-protezzjoni li hija l-għan prinċipali, filwaqt li l-għanijiet tas-suq intern għandhom rwol marġinali u indirett biss. |
5. Assenza ta’ leġiżlazzjoni fil‑qasam tad‑drittijiet pekunjarji
|
88. |
Madankollu, l-oġġezzjoni ta’ Franza tista’ tinftiehem ukoll fis-sens li dritt għal kumpens jippreżupponi l-ksur ta’ regola li tipprovdi drittijiet lill-individwi għal pagamenti jew għal vantaġġi ekonomiċi. Dan ma huwiex il-każ fir-rigward tar-regoli dwar il-kwalità tal-arja. |
|
89. |
Fil-fatt, id-deċiżjonijiet preċedenti favur responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni ta’ spiss għandhom l-għan li jissalvagwardjaw drittijiet finanzjarji, bħall-garanzija tas-salarji u tal-anzjanità fil-każ ta’ falliment ta’ min jimpjega ( 58 ) jew id-drittijiet tal-passiġġieri kollox kompriż fil-każ ta’ falliment tal-impriża tal-ivvjaġġar ( 59 ), l-assigurazzjoni tad-depożiti ( 60 ) u l-protezzjoni tal-investituri kontra l-prezzijiet eċċessivi fil-każ ta’ teħid lura ( 61 ), jew id-drittijiet għal kumpens lill-vittmi tal-kriminalità ( 62 ). |
|
90. |
Fl-istess sens, l-affermazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tindika li l-ksur tal-leġiżlazzjoni rilevanti għandu effett immedjat fuq l-istatus ġuridiku (“sitwazzjoni ġuridika”) tal-persuna leża ( 63 ). Għalhekk dawn kienu interessi patrimonjali ġuridikament protetti marbuta mal-garanzija tad-depożiti u mal-protezzjoni tal-investituri. |
|
91. |
Min-naħa l-oħra, ommissjoni ta’ Stat Membru li jiżgura l-osservanza tal-valuri limitu ma tistax tiġi kklassifikata bħala bidla fis-sitwazzjoni ġuridika ta’ dawk li minħabba f’hekk iġarrbu dannu għas-saħħa. Dan huwa pjuttost ksur ta’ proprjetà li għandu ħafna iktar importanza mill-imsemmija interessi legali. Fil-fatt, kull persuna għandha d-dritt għall-integrità fiżika u mentali, stabbilita fl-Artikolu 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li għandha l-ewwel post meta mqabbla ma’ interessi oħra ( 64 ). |
|
92. |
Madankollu, indipendentement ukoll mill-effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-persuni leżi, għandu jiġi enfasizzat li l-ġurisprudenza dwar ir-responsabbiltà tal-Istat ma hijiex ibbażata fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-persuni kkonċernati, iżda hija intiża li tiżgura l-effikaċja sħiħa tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-protezzjoni tad-drittijiet li d-dritt tal-Unjoni jagħti lill-individwi ( 65 ). Għalhekk, il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu huwa inerenti għas-sistema tat-trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni ( 66 ). |
|
93. |
Konformement ma’ dan l-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat ukoll li d-Direttiva dwar l-istima tal-effetti ( 67 ) għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi ( 68 ), filwaqt li t-talbiet għal kumpens jistgħu, bħala regola ġenerali, jiġu esklużi mill-assenza ta’ rabta kawżali diretta ( 69 ). |
|
94. |
Barra minn hekk, dannu lis-saħħa huwa kkawżat ukoll minn danni ekonomiċi, pereżempju spejjeż mediċi jew telf ta’ qligħ. Konsegwentement, waqt il-proposta tad-Direttiva 2008/50, il-Kummissjoni mhux biss enfasizzat il-konsegwenzi sanitarji tat-tniġġis tal-arja, iżda wkoll id-danni finanzjarji stmati minn EUR 189 sa 609 biljun għal kull sena sal‑2020 ( 70 ). Għall-inqas tali danni huma koperti mill-għan ta’ protezzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja. |
6. Iċ‑ċirku tal‑benefiċjarji
|
95. |
Dan premess, l-Unjoni riedet effettivament tagħti dritt lil ċerta kwalità tal-arja ċirkostanti, li l-ksur tagħha jista’ jagħti lok għal kumpens, lil ċirku ftit identifikabbli ta’ suġġetti potenzjali? |
|
96. |
Sadanittant, fi ħdax-il proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li għaxar Stati Membri ma kinux jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità tal-arja ċirkostanti ( 71 ). It-tmien l-iktar sentenzi reċenti jikkonstataw ukoll ksur sistematiku u persistenti tal-istandards. Attwalment, seba’ proċeduri li jikkonċernaw, fost oħrajn, tliet Stati Membri oħra huma pendenti ( 72 ). Għall-inqas fil-Belġju ( 73 ), fil-Ġermanja ( 74 ), fi Franza ( 75 ) u fir-Renju Unit ( 76 ), ir-regoli dwar il-kwalità tal-arja huma kkontestati wkoll quddiem il-qrati nazzjonali. |
|
97. |
L-Istati Membri għandhom għalhekk jistennew numru kbir ta’ talbiet għal kumpens minħabba ksur tal-istandards tal-kwalità tal-arja jekk huma jagħtu drittijiet korrispondenti. Lil hinn mir-riskji finanzjarji li jirriżultaw minnhom, it-tilwim relatat ma’ tali drittijiet jista’ joħloq piż kunsiderevoli fuq il-qrati tal-Istati Membri. |
|
98. |
Madankollu, dawn l-elementi ma jimmilitawx kontra r-rikonoxximent ta’ drittijiet li jistgħu jagħtu lok għal kumpens, peress li n-numru kbir ta’ atturi potenzjali juri qabelxejn l-importanza ta’ kwalità tal-arja iktar xierqa. |
|
99. |
L-isforzi marbuta mat-talbiet għal kumpens lanqas ma jidhru manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-piż ta’ din il-problema. Il-valuri tal-limiti tal-kwalità tal-arja ma humiex inkonvenjenzi minuri, iżda ħsara serja għas-saħħa li tista’ tasal sal-mewt prematura ( 77 ). |
|
100. |
Fl-istess ħin, iċ-ċirku tal-persuni fil-fatt ikkonċernati ma huwiex suffiċjentement estiż sabiex ikopri kważi r-residenti kollha tal-Istati Membri kkonċernati li jkunu, b’xi mod, obbligati jikkumpensaw lil xulxin reċiprokament permezz tat-taxxa. Fil-fatt, il-qbiż tal-valuri limitu jaffettwa fuq kollox ċerti kategoriji li jgħixu jew jaħdmu f’żoni partikolarment imniġġsa ( 78 ). Ħafna drabi huma l-persuni li għandhom status soċjo-ekonomiku dgħajjef ( 79 ) li huma partikolarment dipendenti fuq protezzjoni ġudizzjarja. |
|
101. |
Għal din ir-raġuni wkoll ( 80 ), huwa żbaljat li jiġi preżunt, flimkien mal-Irlanda u mal-Polonja, li r-regoli dwar il-kwalità tal-arja huma intiżi esklużivament li jipproteġu lill-pubbliku ġenerali. Għalkemm il-kwalità tal-arja għandha tiġi protetta b’mod ġenerali, il-problemi speċifiċi jqumu f’ċerti postijiet u jolqtu ċerti gruppi ta’ persuni identifikabbli. Għaldaqstant, anki jekk il-persuni direttament ikkonċernati biss minn qbiż tal-valuri limitu jew riskju ta’ qbiż jistgħu jinvokaw l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 ( 81 ). |
|
102. |
Skont il-kunsiderazzjonijiet li għadhom kif ġew esposti, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ssuġġerixxiet, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kwalità tal-arja, il-possibbiltà ta’ dritt għal kumpens taħt id-dritt tal-Unjoni ( 82 ). |
7. Ir‑risposta għall‑ewwel domanda
|
103. |
Fil-qosor, għandu jiġi kkonstatat li l-valuri limitu ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja ċirkostanti u l-obbligi ta’ titjib tal-kwalità tal-arja skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 96/62, moqrija flimkien mad-Direttiva 1999/30 kif ukoll fl-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50, għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi. |
B. It‑tieni domanda – Kundizzjonijiet oħra għad‑dritt għal kumpens
|
104. |
It-tieni domanda hija intiża sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett l-għoti ta’ dritt għal kumpens fir-rigward ta’ dannu għas-saħħa. Il-qorti tar-rinviju għandha interess partikolari fid-data li fiha l-eżistenza tal-ksur tar-regoli ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja għandha tiġi evalwata. |
|
105. |
F’dan ir-rigward, għandhom jitfakkru ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra ta’ dritt għal kumpens: il-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandu jkun suffiċjentement serju (punt 1) u għandha teżisti rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu (ara taħt 2) ( 83 ). |
1. Fuq il‑ksur suffiċjentement serju
|
106. |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk ksur tad-dritt tal-Unjoni huwiex suffiċjentement serju, il-qorti nazzjonali, li quddiemha tressqet talba għall-kumpens, għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni mressqa quddiemha. Fost dawn hemm il-grad ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tar-regola miksura, il-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni li r-regola miksura tħalli lill-awtoritajiet, in-natura intenzjonali jew involontarja tan-nuqqas imwettaq jew id-dannu kkawżat, in-natura skużabbli jew mhux skużabbli ta’ eventwali żball ta’ liġi, u l-fatt li l-aġir ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea seta’ kkontribwixxa għall-ommissjoni, għall-introduzzjoni jew għaż-żamma ta’ miżuri jew ta’ prattiki nazzjonali kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni ( 84 ). |
|
107. |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa, fi kwalunkwe każ, manifestament serju meta jibqa’ jeżisti minkejja li tkun ingħatat sentenza li tikkonstata n-nuqqas allegat, sentenza preliminari jew saħansitra ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam, li minnhom jirriżulta li l-aġir inkwistjoni jikkostitwixxi ksur ( 85 ). |
a) Qbiż tal‑valuri limitu bħala ksur serju
|
108. |
L-obbligu dwar l-osservanza tal-valuri limitu għall-PM10 (mill‑2005) u d-diossidu tan-nitroġenu (mill‑2010), li inizjalment jirriżultaw mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/62 u l-Artikolu 4 flimkien mal-Anness II u l-Artikolu 5 flimkien mal-Anness III Taqsima I Stadju 1 tad-Direttiva 1999/30 u kif irrilevat mill‑11 ta’ Ġunju 2010 mill-Artikolu 13(1) u l-Anness XI tad-Direttiva 2008/50, huwa ċar u ma jħalli ebda marġni diskrezzjonali lill-Istati Membri. Minn dan jista’ jiġi dedott li dan il-ksur kien diġà kkaratterizzat min-natura tiegħu stess. |
|
109. |
Madankollu, fis-sentenza Janecek, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tad-Direttivi 96/62 u 1999/30, li l-Istati Membri ma kinux obbligati jieħdu miżuri li ma kienu jinvolvu ebda qbiż ( 86 ). Għalkemm is-sentenzi sussegwenti dwar dawn id-direttivi jimmilitaw favur li l-qbiż tal-valuri limitu jikkostitwixxi madankollu ksur awtonomu tad-dritt tal-Unjoni ( 87 ), xorta jibqa’ l-fatt li, f’din id-data, id-Direttiva 2008/50 kienet diġà applikabbli. Għaldaqstant, il-qbiż tal-valuri limitu waqt l-applikabbiltà tad-Direttivi 96/62 u 1999/30 ma setax, waħdu, jitqies li jikkostitwixxi ksur serju tad-dritt tal-Unjoni. |
|
110. |
Madankollu, is-sentenza Janecek tikkonferma l-obbligu, ukoll ċar u inkundizzjonat, li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 96/62 ( 88 ). Dan l-obbligu huwa marbut mill-qrib mal-qbiż tal-valuri limitu, peress li dan ma huwiex jew, tal-inqas imminimizzat, jekk l-Istat Membru jkun ħa miżuri suffiċjenti sabiex inaqqas it-tniġġis tal-arja, jew qabel jew matul l-applikabbiltà tal-valuri limitu. |
|
111. |
Id-Direttiva 2008/50 tirrifletti wkoll b’mod ċar din ir-rabta, peress li l-obbligu li jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 23 tagħha jiskatta bil-qbiż tal-valuri limitu stabbiliti fl-Artikolu 13 fl-Anness XI. |
|
112. |
Minn dan niddeduċi li, kemm skont id-direttivi preċedentement fis-seħħ kif ukoll fid-Direttiva 2008/50, qbiż tal-valuri limitu ta’ kwalità tal-arja ċirkostanti, fl-assenza ta’ pjan ta’ eliminazzjoni tal-qbiż korrispondenti, jikkostitwixxi ksur serju tad-dritt tal-Unjoni li jista’ jagħti lok għal kumpens. |
b) Kwalità tal‑pjanijiet
|
113. |
Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Polonja, l-eżistenza stess ta’ pjan ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi eskluż ksur serju. Għall-kuntrarju, kif issostni l-Italja, pjan ma għandux ikollu lakuni evidenti sabiex jiġi eskluż li l-ksur tal-valuri limitu jiġi kkwalifikat. |
|
114. |
F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel jiġi stabbilit jekk l-awtoritajiet kompetenti osservawx ir-rekwiżiti tat-Taqsima A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50 jew tal-Anness IV tad-Direttiva 96/62. Huwa biss jekk pjan huwa marbut mal-informazzjoni prevista fih li jista’ jiġi evalwat jekk dan huwiex ta’ natura li jtemm il-qbiż jew sakemm għandu jintemm il-qbiż ( 89 ). |
|
115. |
Madankollu, anki jekk ir-rekwiżiti formali kollha ġew osservati, ksur tal-valuri limitu jista’ jkun suffiċjentement serju fil-każ fejn il-pjan ma jissodisfax manifestament ir-rekwiżiti sostantivi, minħabba ksur, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom ( 90 ). B’mod partikolari, tali nuqqasijiet jistgħu jikkonsistu kemm fil-fatt li t-tul previst tal-qbiż ma huwiex manifestament “kemm jista’ jkun qasir”, kif ukoll li l-mezzi ta’ rimedju huma evidentament inadegwati. Huwa wkoll possibbli li l-pjanijiet ikunu bbażati fuq punti ta’ kampjunament li manifestament ma jkunux f’pożizzjoni tajba ( 91 ) jew fuq immudellar ta’ kalkolu żbaljat, b’tali mod li l-portata reali tal-qbiż tal-valuri limitu ma tittiħidx inkunsiderazzjoni. |
|
116. |
L-eżami ta’ dawn ir-rekwiżiti jaqa’, fil-kawża prinċipali, taħt il-qrati nazzjonali. B’dan il-mod, huma għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li, waqt l-eżami tal-prorogi tat-termini skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/50, il-Kummissjoni diġà ċaħdet il-pjanijiet ippreżentati minn Franza, fost oħrajn, għall-agglomerazzjoni ta’ Pariġi ( 92 ). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li bejn il‑11 ta’ Ġunju 2010 u s‑16 ta’ April 2017, ir-Repubblika Franċiża evidentament ma ħaditx il-miżuri adegwati fi żmien xieraq għal din l-agglomerazzjoni, fost oħrajn, sabiex il-perijodu tal-qabża tal-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli ( 93 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dalwaqt dwar is-sitwazzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-PM10 ( 94 ). |
c) Perijodu rilevanti
|
117. |
Ir-rabta bejn ksur serju tal-valuri limitu u l-pjan ta’ eliminazzjoni tal-qbiż jimplika li l-perijodi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat id-dritt għal kumpens għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl ta’ dan il-pjan. Fil-fatt, kull perijodu li matulu valur limitu jkun inqabeż fin-nuqqas ta’ pjan suffiċjenti huwa perijodu li matulu l-Istat Membru kkonċernat kiser, b’mod serju, ir-regoli dwar il-kwalità tal-arja. |
|
118. |
Fir-rigward tal-kawża prinċipali, jiġifieri l-agglomerazzjoni ta’ Pariġi, id-data rispettiva ta’ applikazzjoni tal-valuri limitu tirriżulta, fl-assenza ta’ proroga tat-terminu rilevanti skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/50, mill-Anness XI, li huwa, f’dan ir-rigward, identiku għad-Direttiva 1999/30, preċedentement fis-seħħ. Għalhekk, il-valuri limitu għall-PM10 ilhom applikabbli mill‑1 ta’ Jannar 2005 u, għad-diossidu tan-nitroġenu, mill‑1 ta’ Jannar 2010. |
|
119. |
Min-naħa l-oħra, l-obbligu li jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, tnissel biss fl-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, fil‑11 ta’ Ġunju 2010. |
|
120. |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu(3)(1) tad-Direttiva 2008/50, dawn il-pjanijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux iktar tard minn sentejn wara t-tmiem tas-sena li matulha jkun ġie kkonstatat l-ewwel qbiż. Minn dan, Stati Membri intervenjenti differenti jiddeduċu li l-obbligu li jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja daħal fis-seħħ biss fl-iskadenza ta’ dan it-terminu addizzjonali. |
|
121. |
Din il-pożizzjoni hija korretta fir-rigward tal-qbiż tal-valuri limitu, li seħħ għall-ewwel darba wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50. |
|
122. |
Qbiż li kien diġà jeżisti fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni kien suġġett għall-obbligi preċedentement applikabbli taħt l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62 flimkien mal-valuri limitu u l-marġini ta’ diskrezzjoni tad-Direttiva 1999/30. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu obbligu li huwa komparabbli mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50 iżda li jmur lil hinn f’termini ta’ żmien ( 95 ). Hija kienet diġà applikabbli qabel l-applikazzjoni tal-valuri limitu ladarba dawn jinqabżu, miżjuda bil-marġni ta’ tolleranza. |
|
123. |
L-Artikolu 11(1)(a)(iii) tad-Direttiva 96/62 ipprovda wkoll limitu temporali ta’ sentejn għas-sottomissjoni ta’ dawk il-pjanijiet. Madankollu, dawn il-pjanijiet kellhom jiggarantixxu li l-valuri limitu kienu osservati fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom, u għaldaqstant li jkunu diġà effettivi f’dik id-data. |
|
124. |
Minn dan isegwi li l-Istati Membri kienu diġà obbligati jfasslu l-pjanijiet neċessarji meta valuri limitu kienu nqabżu qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50. Jidher li din hija s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali, peress li Franza talbet mingħajr suċċess lill-Kummissjoni estensjonijiet tat-terminu għall-PM10 u għad-diossidu tan-nitroġenu għall-agglomerazzjoni ta’ Pariġi ( 96 ), jiġifieri l-qbiż tal-valuri limitu. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan. |
d) Konklużjoni intermedja
|
125. |
Ksur serju tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti, previsti fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 96/62, tad-Direttiva 1999/30 kif ukoll fl-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50, ikopri kull perijodu li matulu l-valuri limitu applikabbli nqabżu, mingħajr ma kien hemm pjan ta’ titjib tal-kwalità tal-arja ċirkostanti li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness IV tad-Direttiva 96/62 jew tat-Taqsima A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50, u lanqas lakuni manifesti oħra. |
2. Fuq ir‑rabta kawżali diretta
|
126. |
Id-diffikultajiet reali marbuta mal-infurzar ta’ talbiet ta’ kumpens huma marbuta mad-dimostrazzjoni ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur serju tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kwalità tal-arja u d-dannu għas-saħħa konkret. |
|
127. |
Bħala prinċipju, l-obbligu tal-persuna leża li tistabbilixxi b’mod suffiċjenti fid-dritt il-portata tad-dannu mġarrab wara ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa kundizzjoni preliminari għar-responsabbiltà tal-Istat għal dawn id-danni ( 97 ). |
|
128. |
Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jiddeterminaw il-livell eżatt ta’ prova. Huma għandhom jivverifikaw jekk id-dannu allegat jirriżultax b’mod suffiċjentement dirett mill-ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Istat Membru ( 98 ), iżda għandhom josservaw il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ( 99 ). Sabiex tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdilha l-indikazzjonijiet kollha li hija tqis li huma neċessarji ( 100 ). |
|
129. |
Att jew, bħal fil-każ ta’ insuffiċjenza ta’ miżuri ta’ titjib tal-kwalità tal-arja, ommissjoni, ikun ta’ natura kawżali biss jekk id-dannu mġarrab jista’ jkun direttament imputabbli għal dan l-att. Ir-rabta kawżali meħtieġa hija nieqsa meta d-dannu jkun seħħ anki fl-assenza tal-att jew tal-ommissjoni inkwistjoni ( 101 ). |
|
130. |
Huwa minnu li l-valuri limitu għall-PM10 u għad-diossidu tan-nitroġenu huma bbażati fuq l-ipoteżi ta’ ħsara serja li tirriżulta mit-tniġġis tal-arja, b’mod partikolari l-mewt prematura ( 102 ). Madankollu, dan il-fatt ma jistabbilixxix li t-tbatija li jbatu minnha ċerti persuni hija dovuta għal qbiż tal-valuri limitu u għal pjanijiet difettużi dwar il-kwalità tal-arja. Fil-fatt, din it-tbatija tista’ tkun dovuta wkoll għal kawżi oħra, bħal predispożizzjoni jew l-imġieba personali, pereżempju t-tipjip. Sadanittant, sa fejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa issa tirrakkomanda valuri limiti iktar stretti ( 103 ), ma jistax jiġi eskluż li, minkejja l-osservanza tad-Direttiva 2008/50, l-arja tkun suffiċjentement imniġġsa sabiex tikkawża tali mard. |
|
131. |
Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta, il-vittma għandha għalhekk turi, l-ewwel, li kienet irrisjediet matul perijodu twil biżżejjed f’ambjent li fih inkisru l-valuri limiti ta’ kwalità tal-arja ċirkostanti b’mod serju fid-dritt tal-Unjoni. It-tul ta’ dan il-perijodu huwa kwistjoni medika li teħtieġ tweġiba xjentifika. |
|
132. |
Tali residenza għandha, fi kwalunkwe każ, tkun tista’ tirriżulta, b’mod partikolari, mill-post tax-xogħol jew mir-residenza, iżda wkoll minn postijiet oħra fejn spiss wieħed ikun irrisjeda għal perijodu twil. |
|
133. |
Madankollu, ma huwiex biżżejjed li wieħed ikun irrisjeda f’agglomerazzjoni jew f’żona fejn il-valuri limitu nqabżu f’punt wieħed jew iktar ta’ kampjunament. Fil-fatt, ċerti punti ta’ teħid ta’ kampjuni għandhom jiġu installati b’mod li jipprovdu informazzjoni dwar it-tniġġis taż-żoni l-iktar imniġġsa ( 104 ). Għalhekk, jeżistu wkoll, f’tali agglomerazzjonijiet jew żoni, diversi postijiet fejn l-arja hija inqas imniġġsa u fejn ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni huma osservati. |
|
134. |
Għaldaqstant, il-persuna leża għandha turi konkretament li l-valuri limitu nqabżu fil-post ta’ residenza allegat u matul il-perijodi invokati. Madankollu, fin-nuqqas ta’ punt ta’ kampjunament fuq il-post ta’ residenza inkwistjoni, għandu jkun possibbli li tiġi ddeterminata l-portata tat-tniġġis permezz ta’ mmudellar ta’ kalkolu, peress li l-Istati Membri huma wkoll awtorizzati jirrikorru għal dan l-istrument ( 105 ). Għalhekk, l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent tikkunsidra li l-parti tal-popolazzjoni urbana li tgħix f’żona ta’ 100 metru madwar toroq kbar hija suġġetta għal piż żejjed tal-inkwinanti fil-każ li jinqabżu l-valuri limitu fl-agglomerazzjoni kkonċernata ( 106 ). |
|
135. |
It-tieni, il-persuna li tixtieq tikseb danni minħabba t-tniġġis tal-arja għandha, fuq kollox, tipprova dannu li jista’ wkoll ikun marbut mat-tniġġis tal-arja korrispondenti. |
|
136. |
U, it-tielet, il-persuna leża għandha tistabbilixxi l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn l-imsemmija residenza fil-post fejn valur limitu għall-kwalità tal-arja ċirkostanti jkun inkiser b’mod serju u d-dannu invokat. |
|
137. |
Dan jeħtieġ regolarment opinjonijiet mediċi, li għandhom ċertament jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll bażijiet xjentifiċi għall-iffissar tal-valuri limitu u tar-rakkomandazzjonijiet, parzjalment iktar stretti, tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
|
138. |
Huwa possibbli li din il-prova tiġi ffaċilitata minn preżunzjoni konfutabbli li ħsara għas-saħħa tipiku, fil-każ ta’ soġġorn ta’ tul suffiċjenti f’ambjent li fih valur limitu jkun inqabeż, huwa attribwibbli għal dan il-qbiż. Għalhekk, fil-każ ta’ tniġġis tal-arja ferm iktar gravi, il-Qorti EDB iddeduċiet, minn qbiż tal-valuri limitu u ta’ indizji serji oħra, preżunzjoni ta’ dannu ( 107 ). Għal tali tnaqqis tal-oneru tal-prova, il-persuna leża tkun tista’ tinvoka l-prinċipju ta’ effettività jekk prova sħiħa tagħmel eċċessivament diffiċli l-kisba ta’ danni, bl-esklużjoni ta’ kull dubju raġonevoli. |
|
139. |
Madankollu, ma jidhirlix li huwa xieraq li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, jekk tali preżunzjoni tirriżultax mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mir-regoli dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti. Fil-fatt, sal-lum, la t-talba għal deċiżjoni preliminari u lanqas il-partijiet ikkonċernati għadhom ma qajmu din il-kwistjoni. Madankollu, l-adozzjoni ta’ tali preżunzjoni teħtieġ diskussjoni intensiva tal-bażijiet xjentifiċi li jippermettu li tiġi identifikata rabta kawżali bejn it-tniġġis tal-arja u d-danni għas-saħħa. |
|
140. |
Ċerti intervenjenti jenfasizzaw, barra minn hekk, li r-rikorrent beda bi problemi tas-saħħa sa mill‑2003, jiġifieri qabel ma ġie applikat il-valur limitu għall-PM10 Madankollu, dan ma jeskludix li, minħabba t-tniġġis tal-arja, huwa ġarrab dannu addizzjonali, li l-istat tiegħu mar għall-agħar, jew li l-fejqan ġie impedit jew imdewwem. Fi kwalunkwe każ, tali effetti ta’ ksur tal-valuri limitu jistgħu jkunu mistennija, peress li t-tniġġis tal-arja ħafna drabi jkabbar l-effetti ta’ problemi tas-saħħa eżistenti ( 108 ). Din il-kwistjoni hija wkoll ta’ natura xjentifika u għandha tiġi eżaminata każ b’każ mill-qorti nazzjonali. |
|
141. |
Fl-aħħar lok, għandu jiġi rrilevat li l-prova ta’ rabta diretta bejn ksur serju tal-valuri limitu u dannu għas-saħħa ma jfissirx madankollu li kien it-tmiem tal-kwistjoni. Għall-kuntrarju, l-Istat Membru jista’ jeżonera ruħu billi juri li dan il-qbiż kien iseħħ ukoll kieku huwa kien adotta fi żmien xieraq pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva. |
3. Ir‑risposta għat‑tieni domanda
|
142. |
Fil-qosor, dritt għal kumpens għal ħsara għas-saħħa minħabba qbiż tal-valuri limitu ta’ inkwinanti fl-arja ċirkostanti, skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 96/62, moqrija flimkien mad-Direttiva 1999/30 jew mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, jippreżumi li l-persuna leża turi l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn dan il-ksur u r-residenza tagħha f’post fejn il-valuri limitu applikabbli nqabżu, mingħajr ma jkun hemm pjan ta’ titjib tal-kwalità tal-arja li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness IV jew tad-Direttiva 96/62. It-Taqsima A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50 kien suffiċjenti u lanqas ma kellu lakuni manifesti oħra. |
V. Konklużjoni
|
143. |
Għalhekk, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.
( 2 ) Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1), fil-verżjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat‑28 ta’ Awwissu 2015 (ĠU 2015, L 226, p. 4).
( 3 ) Ara, dwar il-post ta’ residenza tar-rikorrent, is-sentenzi tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limitu għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900), u tat‑28 ta’ April 2022, Il-Kummissjoni vs Franza (Valuri limitu – PM10) (C‑286/21, mhux ippubblikata, EU:C:2022:319), b’mod partikolari s-sentenzi tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (C‑488/15, EU:C:2017:267), tat‑30 ta’ April 2020, Il-Kummissjoni vs Ir-Rumanija (Qbiż tal-valuri limitu għall- PM10) (C‑638/18, mhux ippubblikata, EU:C:2020:334), tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Valuri limitu - PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895), tat‑3 ta’ Frar 2021, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Valuri limitu – PM10) (C‑637/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:92), u tat‑3 ta’ Ġunju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Valuri limitu – NO2) (C‑635/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:437).
( 4 ) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12677-Luftqualitat-Uberarbeitung-der-EU-Vorschriften_de, aċċessat fil‑25 ta’ Frar 2022.
( 5 ) Kawża C‑375/21, Sdruzhenie “Za Zemyata — dostap do pravosadie”et (ĠU 2021, C 401, p. 2).
( 6 ) Kawża C‑174/21, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (ĠU 2021, C 206, p. 18).
( 7 ) Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas‑27 ta’ Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità ta’ l-arja ċirkostanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 15, Vol. 3, p. 95).
( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat‑22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164).
( 9 ) Air Quality – Time extensions (https://ec.europa.eu/environment/air/quality/time_extensions.htm, aċċessat fil‑21 ta’ Frar 2022).
( 10 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessi 21, 25 u 32 tad-Deċiżjoni C(2009) 5244 finali tat‑2 ta’ Lulju 2009, premessi 10, 14 sa 16, 19 u 30 tad-Deċiżjoni C(2010) 9168 finali tas‑17 ta’ Diċembru 2010, fir-rigward tal-PM10, kif ukoll l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni C(2013) 920 finali tat‑22 ta’ Frar 2013 dwar id-dijossidu tan-nitroġenu.
( 11 ) Sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limiti għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900).
( 12 ) Sentenza tat‑28 ta’ April 2022, Il-Kummissjoni vs Franza (Valuri Limiti- PM10) (C‑286/21, mhux ippubblikata, EU:C:2022:319)
( 13 ) Sentenza tal-Conseil d’Etat (il-Kunsill tal-Istat) tal‑4 ta’ Awwissu 2021, Association les Amis de la Terre France et (428409, FR:CECHR:2021:428409.20210804, punti 4 u 5).
( 14 ) Sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punti 54 u 55).
( 15 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punt 33), tal‑14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 40), tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Popławski (C‑573/17, EU:C:2019:530, punt 56), u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punt 54).
( 16 ) Sentenza tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 51), tal‑24 ta’ Marzu 2009, Danske Slagterier (C‑445/06, EU:C:2009:178, punt 20), u tal‑10 ta’ Diċembru 2020, Euromin Holdings (Cyprus) (C‑735/19, EU:C:2020:1014, punt 79).
( 17 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punt 40), tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 51), tal‑14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 41), u tas‑16 ta’ Lulju 2020, Presidenza del Consiglio dei Ministri (C‑129/19, EU:C:2020:566, punt 34).
( 18 ) Sentenza tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 21 u 22), kif ukoll tal‑10 ta’ Diċembru 2020, Euromin Holdings (Cyprus) (C‑735/19, EU:C:2020:1014, punt 81).
( 19 ) Ara sentenzi tal‑24 ta’ Marzu 2009, Danske Slagterier (C‑445/06, EU:C:2009:178, punt 22 sa 26), tal‑25 ta’ Novembru 2010, Fuß (C‑429/09, EU:C:2010:717, punt 49 u 50), kif ukoll tal‑25 ta’ Marzu 2021, Balgarska Narodna Banka (C‑501/18, EU:C:2021:249, punt 63 u 86).
( 20 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punt 40), tal‑4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et (C‑212/04, EU:C:2006:443, punt 112), u tal‑24 ta’ Jannar 2018, Pantuso et (C‑616/16 u C‑617/16, EU:C:2018:32, punt 49).
( 21 ) Ara s-sentenzi tal‑10 ta’ Mejju 2011, Il-Kummissjoni vs L-Isvezja (PM10) (C‑479/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:287), tal‑15 ta’ Novembru 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (PM10) (C‑34/11, EU:C:2012:712), u tad‑19 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (PM10) (C‑68/11, EU:C:2012:815).
( 22 ) Għalhekk, kif jirriżulta mir-rapport annwali bil-kwestjonarju minn Franza għall‑2003 (https://cdr.eionet.europa.eu/fr/eu/annualair/envqwuzxq/, aċċessat fl‑24 ta’ Frar 2022), fl-agglomerazzjoni ta’ Pariġi l-valur limitu annwali b’marġni ta’ diskrezzjoni għad-diossidu tan-nitroġenu (Tabella 8b, linja 14) u l-valur limitu ta’ kuljum b’marġni għal PM10 (Tabella 8c, linja 14) inqabeż.
( 23 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2008 (C‑237/07, EU:C:2008:447, punti 44 sa 46).
( 24 ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika ta’ estensjoni tat-termini stabbiliti sabiex jiġu osservati ċerti dispożizzjonijiet u eċċezzjonijiet għall-implimentazzjoni mandatorja ta’ ċerti valuri limitu, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (COM(2008) 403 finali p. 2).
( 25 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (PM10) C‑488/15, EU:C:2016:862, punti 95 sa 98).
( 26 ) Ara s-sentenzi tal‑10 ta’ Mejju 2011, Il-Kummissjoni vs l-Isvezja (PM10) (C‑479/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:287), tal‑15 ta’ Novembru 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (PM10) (C‑34/11, EU:C:2012:712), u tad‑19 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (PM10) (C‑68/11, EU:C:2012:815).
( 27 ) Sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 1985, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑101/84, EU:C:1985:330, punt 16), tad‑9 ta’ Diċembru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑265/95, EU:C:1997:595, punti 55 u 56), kif ukoll tat‑13 ta’ Diċembru 2001, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑1/00, EU:C:2001:687, punt 131).
( 28 ) Sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (PM10) (C‑68/11, EU:C:2012:815, punti 64 u 65).
( 29 ) Sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 48). Ara wkoll is-sentenzi msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32 f’dawn il-konklużjonijiet.
( 30 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:168, punt 78).
( 31 ) Ara, is-sentenza tal‑5 ta’ April 1979, Ratti (C‑148/78, EU:C:1979:110, punt 23), u tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Link Logistik N&N (C‑384/17, EU:C:2018:810, punt 49).
( 32 ) Sentenzi tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija tal-(PM10) (C‑488/15, EU:C:2017:267), tat‑22 ta’ Frar 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (PM10) (C‑336/16, EU:C:2018:94), u tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limiti għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900), tat‑30 ta’ April 2020, Il-Kummissjoni vs Ir-Rumanija (Qbiż tal-valuri limitu għall- PM10) (C‑638/18, mhux ippubblikata, EU:C:2020:334), tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs Italja (Valuri limitu għall-PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895), tat‑3 ta’ Frar 2021, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Valuri limitu – PM10) (C‑637/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:92), u tal‑4 ta’ Marzu 2021, Kummissjoni vs ir-Renju Unit (valuri limitu ‐ diossidu tan-nitroġenu) (C‑664/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:171), tat‑3 ta’ Ġunju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Valuri limitu – NO2) (C‑635/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:437).
( 33 ) Sentenza tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (PM10) (C‑488/15, EU:C:2017:267, punt 83), tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limiti għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900, punt 78), u tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Valuri limitu għall- PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895, punt 133).
( 34 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2008 (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 44).
( 35 ) Sentenzi tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (PM10) (C‑488/15, EU:C:2017:267, punt 105 sa 106), tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limiti għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900, punt 79), u tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Valuri limitu għall-PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895, punt 134).
( 36 ) Ara, iktar ’il fuq, punt 53.
( 37 ) Sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punt 42), tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (PM10) (C‑488/15, EU:C:2017:267, punt 70), u tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (valuri limitu għall-PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895, punti 78 sa 81).
( 38 ) Sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Valuri limitu għall-PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895, punt 80).
( 39 ) Sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punt 43 sa 47), u tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Valuri ta’ limitu għall-PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895, punt 81).
( 40 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 35), u tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punt 53).
( 41 ) Sentenzi tal‑25 ta’ Jannar 2007, Robins et (C‑278/05, EU:C:2007:56, punt 72), tal‑25 ta’ April 2013, Hogan et (C‑398/11, EU:C:2013:272, punt 50 sa 52), kif ukoll, b’mod partikolari dwar id-Direttiva 2008/50, il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (PM10) (C‑488/15, EU:C:2016:862, punt 76). Ara, ukoll, iktar ’il quddiem punti 106 et seq.
( 42 ) Ara, dwar dan, il-punt 126 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 43 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 46), u tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (C‑488/15, EU:C:2017:267, punt 105). Ara wkoll is-sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 1996, Kraaijeveld et (C‑72/95, EU:C:1996:404, punt 59), tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punti 34 u 45), kif ukoll tat‑3 ta’ Ottubru 2019, Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et (C‑197/18, EU:C:2019:824, punti 31 u 72).
( 44 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Ottubru 1996, Dillenkofer et (C‑178/94, C‑179/94 u C‑188/94 sa C‑190/94, EU:C:1996:375, punt 33 et seq.), tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Kantarev (C‑571/16, EU:C:2018:807, punt 102), u tal‑10 ta’ Diċembru 2020, Euromin Holdings (Cyprus) (C‑735/19, EU:C:2020:1014, punti 88 u 89).
( 45 ) Ara s-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 67).
( 46 ) Sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 33).
( 47 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:168, punt 53).
( 48 ) Sentenza tat‑30 ta’ Mejju 1991, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (diossidu tal-kubrit u partiċelli fl-arja) (C‑361/88, EU:C:1991:224, punt 16), u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Ċomb) (C‑59/89, EU:C:1991:225, punt 19), Ara wkoll is-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 1991, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Ilma tax-xorb) (C‑58/89, EU:C:1991:391, punt 14).
( 49 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punti 37 sa 38), tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punt 54), tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punti 53 u 54), kif ukoll tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punt 38).
( 50 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punt 52), tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punti 31 u 54), kif ukoll tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punti 33, 39 u 54).
( 51 ) Ara, is-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 38).
( 52 ) Ara, is-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 44).
( 53 ) Ara, is-sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 41).
( 54 ) Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni peċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 2, p. 252).
( 55 ) Sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 45).
( 56 ) Sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 42).
( 57 ) Sentenza tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C‑222/02, EU:C:2004:606, punt 43).
( 58 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428), tal‑25 ta’ Jannar 2007, Robins et (C‑278/05, EU:C:2007:56), u tal‑25 ta’ April 2013, Hogan et (C‑398/11, EU:C:2013:272, punti 50 sa 52).
( 59 ) Sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 1996, Dillenkofer et (C‑178/94, C‑179/94 u C‑188/94 sa C‑190/94, EU:C:1996:375, punt 33 et seq.).
( 60 ) Sentenzi tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Kantarev (C‑571/16, EU:C:2018:807), u tal‑25 ta’ Marzu 2021, Balgarska Narodna Banka (C‑501/18, EU:C:2021:249).
( 61 ) Sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2020, Euromin Holdings (Cyprus) (C‑735/19, EU:C:2020:1014).
( 62 ) Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Presidenza del Consiglio dei Ministri (C‑129/19, EU:C:2020:566).
( 63 ) Sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Kantarev (C‑571/16, EU:C:2018:807, punt 103), u tal‑10 ta’ Diċembru 2020, Euromin Holdings (Cyprus) (C‑735/19, EU:C:2020:1014, punt 90).
( 64 ) F’dan is-sens, is-sentenzi tal‑20 ta’ Mejju 1976, de Peijper (C‑104/75, EU:C:1976:67, punt 15), tal‑5 ta’ Ġunju 2007, Rosengren et (C‑170/04, EU:C:2007:313, punt 39), tal‑1 ta’ Ġunju 2010, Blanco Pérez u Chao Gómez (C‑570/07 u C‑571/07, EU:C:2010:300, punt 44), u tal‑25 ta’ Novembru 2021, Delfarma (C‑488/20, EU:C:2021:956, punt 37).
( 65 ) Sentenza tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punti 31 sa 33), tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 20), u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punt 54).
( 66 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punt 35), tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 31), tal‑14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 40), tat‑28 ta’ Lulju 2016, Tomášová (C‑168/15, EU:C:2016:602, punt 18), u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punt 54).
( 67 ) Direttiva 2011/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1).
( 68 ) Sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 32 u 36). Ara wkoll is-sentenza tas‑7 ta’ Jannar 2004, Wells (C‑201/02, EU:C:2004:12, punt 66), u tas‑17 ta’ Novembru 2016, Stadt Wiener Neustadt (C‑348/15, EU:C:2016:882, punt 45).
( 69 ) Sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 45 sa 47), ara, madankollu, il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Leth (C‑420/11, EU:C:2012:701, punti 50 sa 55).
( 70 ) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (COM(2005) 447 final, p. 2).
( 71 ) Sentenzi tal‑10 ta’ Mejju 2011, Il-Kummissjoni vs L-Isvezja (PM10) (C‑479/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:287), tal‑15 ta’ Novembru 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (PM10) (C‑34/11, EU:C:2012:712), u tad‑19 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (PM10) (C‑68/11, EU:C:2012:815), tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija tal-(PM10) (C‑488/15, EU:C:2017:267), tat‑22 ta’ Frar 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (PM10) (C‑336/16, EU:C:2018:94), u tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limiti għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900), tat‑30 ta’ April 2020, Kummissjoni vs Ir-Rumanija (Qbiż tal-valuri tal-limitu għall-PM10) (C‑638/18, mhux ippubblikata, EU:C:2020:334), tal‑10 ta’ Novembru 2020, Il-Kummissjoni vs Italja (Valuri limitu għall-PM10) (C‑644/18, EU:C:2020:895), tat‑3 ta’ Frar 2021, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Valuri limitu – PM10) (C‑637/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:92), u tal‑4 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (Valuri ta’ limitu ‐ NO2) (C‑664/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:171), tat‑3 ta’ Ġunju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Valuri limitu – NO2) (C‑635/18, mhux ippubblikata, EU:C:2021:437), Il-Kummissjoni vs Franza (Valuri limitu – PM10) (C‑286/21, mhux ippubblikata, EU:C:2022:319).
( 72 ) Kawżi C‑573/19, Il-Kummissjoni vs L-Italja (Valuri limitu – PM10), C‑730/19; Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (Valuri limitu – SO2), C‑125/20; Il-Kummissjoni vs Spanja (Valuri limitu – NO2), C‑70/21; Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (Valuri limitu – PM10), C‑342/21; Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (Valuri limitu – PM10), C‑633/21, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, u C‑220/22, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall).
( 73 ) Sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533).
( 74 ) Sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447), u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114).
( 75 ) Sentenza tal-Conseil d’Etat (Kunsill tal-Istat) tal‑4 ta’ Awwissu 2021, Association les Amis de la Terre France et (428409, FR:CECHR:2021:428409.20210804).
( 76 ) Sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382).
( 77 ) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Unequal exposure and unequal impacts: Social vulnerability to air pollution, noise and extreme temperatures in Europe, EEA Report No 22/2018, p. 19 u 21.
( 78 ) Ara, ukoll, iktar ’il quddiem, il-punti 131 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 79 ) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Unequal exposure and unequal impacts: Social vulnerability to air pollution, noise and extreme temperatures in Europe, EEA Report No 22/2018, p. 19 sa 22.
( 80 ) Ara, ukoll, iktar ’il quddiem, il-punti 77 u 78 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 81 ) Ara s-sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 39), tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punt 56), kif ukoll tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 56), u fundamentalment il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland etC‑197/18, EU:C:2019:274, punti 41 et seq.).
( 82 ) Sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punti 54 u 55).
( 83 ) Sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 51), tal‑14 ta’ Marzu 2013, Leth (C‑420/11, EU:C:2013:166, punt 41), u tas‑16 ta’ Lulju 2020, Presidenza del Consiglio dei Ministri (C‑129/19, EU:C:2020:566, punt 34).
( 84 ) Sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 56), u tad‑29 ta’ Lulju 2019, Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe (C‑620/17, EU:C:2019:630, punt 42).
( 85 ) Sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 57), tat‑12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 214), tat‑30 ta’ Mejju 2017, Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-45/15 P, EU:C:2017:402, punt 31), u tat‑18 ta’ Jannar 2022, Thelen Technopark Berlin (C‑261/20, EU:C:2022:33, punt 47).
( 86 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 44).
( 87 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 88 ) Sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 35, 39 u 41). Ara wkoll is-sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth (C‑404/13, EU:C:2014:2382, punti 53 u 56).
( 89 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 90 ) Ara sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2008, Janecek (C‑237/07, EU:C:2008:447, punt 46), u tal‑5 ta’ April 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (C‑488/15, EU:C:2017:267, punt 105). Ara wkoll is-sentenzi tal‑24 ta’ Ottubru 1996, Kraaijeveld et (C‑72/95, EU:C:1996:404, punt 59), tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punti 34 u 45), kif ukoll tat‑3 ta’ Ottubru 2019, Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et (C‑197/18, EU:C:2019:824, punti 31 u 72).
( 91 ) Ara, is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punti 43 sa 45).
( 92 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 93 ) Sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Il-Kummissjoni vs Franza (Qbiż tal-Valuri Limiti għad-Diossidu tan-Nitroġenu) (C‑636/18, EU:C:2019:900, punt 89).
( 94 ) Sentenza tat‑28 ta’ April 2022, Il-Kummissjoni vs Franza (Valuri limitu – PM10) (C‑286/21, mhux ippubblikata, EU:C:2022:319, punt 77).
( 95 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 96 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 97 ) Sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Balgarska Narodna Banka (C‑501/18, EU:C:2021:249, punt 122).
( 98 ) Sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punt 65), tal‑20 ta’ Ottubru 2011, Danfoss u Sauer-Danfoss (C‑94/10, EU:C:2011:674, punt 34), u tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005, punt 106).
( 99 ) Sentenzi tal‑20 ta’ Ottubru 2011, Danfoss u Sauer-Danfoss (C‑94/10, EU:C:2011:674, punt 36), bħal f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2006, Manfredi et (C‑295/04 sa C‑298/04, EU:C:2006:461, punt 64), u tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Kone et (C‑557/12, EU:C:2014:1317, punt 24).
( 100 ) Sentenza tal‑20 ta’ Ottubru 2011, Danfoss u Sauer-Danfoss (C‑94/10, EU:C:2011:674, punt 35).
( 101 ) F’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2004, Van den Berg vs il-Kunsill u il-Kummissjoni (C‑164/01 P, EU:C:2004:665 P, punt 57).
( 102 ) Proposta tal-Kummissjoni tal‑21 ta’ Settembru 2005 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-arja u arja iktar nadifa għall-Ewropa (KUMM(2005) 447 finali, p. 2). Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (C‑488/15, EU:C:2016:862, punti 2 u 3) kif ukoll il-Kawża Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:168, punti 53).
( 103 ) Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija, WHO global air quality guidelines: particulate matter (PM2.5 and PM10), ozone, nitrogen dioxide, sulfur dioxide and carbon monoxide. Executive summary, Genève; 2021.
( 104 ) Ara, is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 43), dwar l-ewwel inċiż tal-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50. Il-punt(a)(i) tat-Taqsima I tal-Anness VI tad-Direttiva 1999/30 diġà kien fih l-istess rekwiżiti.
( 105 ) Ara s-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 62), l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/62, l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 1999/30 u l-premessi 6, 7 u 10 tad-Direttiva 2008/50.
( 106 ) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Exceedance of air quality standards in Europe”, https://www.eea.europa.eu/ims/exceedance-of-air-quality-standards, aċċessat fl‑1 ta’ Marzu 2022. Skont dan ir-rapport, fl‑2019, 10 % tal-popolazzjoni urbana kienet, fi ħdan l-Unjoni u fir-Renju Unit, suġġetta għal piż eċċessiv għall-PM10, filwaqt li, fir-rigward tad-diossidu tan-nitroġenu, din ir-rata kienet ta’ 3 %.
( 107 ) Sentenza tal-Qorti EDB tad‑9 ta’ Ġunju 2005, Fadeyeva vs Ir-Russja (55723/00, CE:ECHR:2005:0609JUD005572300, punti 87 u 88).
( 108 ) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Unequal exposure and unequal impacts: Social vulnerability to air pollution, noise and extreme temperatures in Europe, EEA Report Nr. 22/2018, p. 19 sa 21.