|
22.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8287 — Nordic Capital/Intrum Justitia AB)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 128/04)
|
1. |
Fit-12 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Nordic Capital Fund VIII Limited (Jersey, Channel Islands) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll ta’ Intrum Justitia AB kollha kemm hi (l-Isvezja) permezz ta' xiri ta’ ishma. Nordic Capital qed tippjana li tgħaqqad l-operazzjonijiet ta’ Intrum Justitia ma’ dawk tal-kumpanija tal-portafoll tagħha, Lindorff. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Nordic Capital: investitur f'ekwità privata; investment f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju fir-reġjun Nordiku u fil-partijiet tal-Ewropa fejn jitkellmu bil-Ġermaniż u fil-kura tas-saħħa dinjija u l-industrija Ewropea; — Lindorff (in-Norveġja): il-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kreditu fosthom il-ġbir ta’ djun, l-informazzjoni dwar il-kreditu u r-reġistrazzjoni tiegħu, servizzi ta’ ħlasijiet u servizzi ta’ fattura f’għadd ta’pajjiżi Ewropej; xiri ta’ dejn; — Intrum Justitia: il-provvista’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kreditu fosthom il-ġbir ta’ djun, l-informazzjoni dwar il-kreditu u r-reġistrazzjoni tiegħu, servizzi ta’ ħlasijiet u servizzi ta’ fattura f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej; ħruġ ta’ fattura u xiri ta’ djun. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8287 — Nordic Capital/Intrum Justitia AB, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).