|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/163 |
6.10.2023 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(C/2023/163)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“Bœuf traditionnel de race Normande”
Nru tal-UE: TSG-FR-02867 — 9.9.2022
1. Isem/ismijiet
“Bœuf traditionnel de race Normande”
2. Tip ta’ prodott [bħal fl-anness xi]
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni).
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Dan huwa prodott
|
☒ |
Li jirriżulta minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dan il-prodott jew dan l-oġġett tal-ikel. |
|
☐ |
Li huwa prodott minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment. |
Il-“Bœuf traditionnel de race Normande” huwa laħam taċ-ċanga, jiġifieri raġel ikkastrat tar-razza tan-Normandija.
Dan twieled f’azjendi li jrabbu bhejjem tal-ħalib u mbagħad trabba f’azjendi agrikoli li jikkostitwixxu workshop addizzjonali biex jittejbu l-mergħat imbiegħda jew li mhux tajbin għall-kultivazzjoni.
Il-metodu tat-trobbija tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” huwa bbażat fuq rotta teknika sempliċi u ekonomika, li baqgħet ma nbidlitx mit-Tieni Gwerra Dinjija, minkejja l-intensifikazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni fis-snin 70 u l-introduzzjoni tal-qamħirrum insilat fis-sistemi tal-għalf. Dan jidher minn diversi siltiet mill-ktieb “L’élevage en Normandie - Etude géographique” (It-Trobbija tal-Annimali fin-Normandija - Studju Ġeografiku) ippubblikat fl-1968 mill-ġeografu Armand Frémont.
Il-metodu tat-trobbija huwa bbażat fuq raġel ikkastrat tar-razza tan-Normandija li jikkonsma ħaxix tal-mergħa għal mill-inqas 7 xhur tas-sena u ħaxix maħżun għall-bqija tas-sena. B’din is-sistema ta’ trobbija jkun possibbli li l-annimali jitkabbru bil-mod. Id-dieta tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” teskludi l-qamħirrum insilat u l-ikel kollu li ġej minn organiżmi ġenetikament modifikati. Il-kastrazzjoni trendi annimal plaċidu li jikber bil-mod, filwaqt li għin għall-konformazzjoni tajba taċ-ċanga u għal laħam bi strixxi ta’ dgħif u xaħam.
3.2. Dan huwa isem
|
☒ |
Li jindika l-karattru tradizzjonali tal-prodott jew l-ispeċifiċitajiet tiegħu. |
|
☐ |
Tradizzjonalment użat għad-deżinjazzjoni tal-prodott speċifiku. |
L-isem “Bœuf traditionnel de race Normande”” jiddistingwi l-laħam minn raġel ikkastrat tar-razza tan-Normandija minn laħmijiet oħra ikkummerċjalizzati taħt it-terminu ġeneriku “ċanga”. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tal-laħmijiet jiġu kkummerċjalizzati taħt l-isem ġeneriku “ċanga”, dment li jkunu ġejjin minn annimali bovini adulti (baqar tal-ħalib jew baqar li jreddgħu taħt riforma, għoġġiela, erieħ).
Id-dieta tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” hija bbażata fuq ħaxix tal-mergħa jew ippreservat. It-trobbija hija bbażata fuq ir-razza u d-dieta speċifiċi li jgħinu lill-annimali jikbru bil-mod, filwaqt li tiġi rispettata alternanza ta’ ragħa għal perjodu ta’ mill-inqas 7 xhur u parti possibbli oħra fl-azjenda.
Ir-razza tan-Normandija hija razza mħallta u tista’ tipproduċi kemm ħalib kif ukoll laħam. Hija magħrufa għall-kwalità tal-ħalib tagħha (ġobon u butir), għal-lonġevità tagħha, għall-kapaċità tagħha li tirreżisti, jiġifieri għall-adattament tagħha għat-trobbija fil-beraħ. Tissaporti wkoll il-varjazzjonijiet klimatiċi staġjonali; kapaċi tibqa’ tirgħa s-sena kollha u faċilment titlef u terġa’ żżid il-piż (Le Liboux P., 1974 et “Patrimoine normand”, 2000) (Patrimonju tan-Normandija). Il-konformazzjoni tagħha u l-kwalità tal-laħam tagħha huma rikonoxxuti (bord tal-ġurija “Gault et Millau”, 1992).
Tradizzjonalment, l-azjendi tal-ħalib bir-razza tan-Normandija dejjem kellhom gniedes kastrati biex jagħtu valur għall-mergħat imbiegħda jew diffiċli biex jiġu kkoltivati, u dan dejjem ipprovda opportunità biex jittejjeb il-valur tal-irġiel.
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu, li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Il-“Bœuf traditionnel de race Normande” huwa laħam taċ-ċanga miksub minn raġel ikkastrat tar-razza tan-Normandija li għandu bejn 30 u 48 xahar.
Ir-razza tan-Normandija hija razza mħallta rikonoxxuta għall-kapaċità tagħha li tipproduċi l-ħalib u l-laħam.
Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati mill-inqas O= b’kisja ta’ xaħam immarkata 3 jew 4.
Il-piż minimu huwa ta’ 380 kg għal karkassi O+ u 410 kg għal karkassi kklassifikati O=. Il-partikolarità ta’ dawn il-karkassi hija li għandhom kisja ta’ xaħam kbira ħlief fuq il-koxxa u l-ispalla.
Il-muskoli toraċiċi u ta’ bejn il-kustilji jiġu infiltrati bix-xaħam u l-laħam ikollu strixxi ta’ dgħif u xaħam.
Il-laħam huwa ta’ kulur aħmar skur, infiltrat bix-xaħam lewn il-ġellewż.
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1, inkluż, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ preparazzjoni tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament).
Kull operatur li jixtieq ikun involut fil-produzzjoni kollha jew parti minnha ta’ “Bœuf traditionnel de race Normande” għandu jiġi identifikat mal-grupp.
L-operaturi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali responsabbli għall-kontrolli l-folja individwali ta’ traċċabbiltà, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti li jista’ jiġi kompjuterizzat, li jakkumpanja kull annimal sakemm jinqatel u kwalunkwe dokument meħtieġ għall-kontrolli.
Kull operatur li jirrinunzja t-talba għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Bœuf traditionnel de race Normande” ta’ annimal għandu jinforma lill-grupp b’dan billi jibgħatlu kopja tar-rekord tat-traċċabbiltà tal-annimal.
Dikjarazzjoni annwali fil-qosor tal-produzzjoni għandha tiddikjara:
|
— |
għall-biċċeriji, l-għadd u l-piż tal-karkassi identifikati bħala STG “Bœuf traditionnel de race Normande” għas-sena N-1. |
|
— |
għal min irabbi:
|
Din għandha tintbagħat lill-grupp mill-operaturi sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar tas-sena N.
4.2.1. L-annimal
“Bœuf traditionnel de race Normande” tfisser raġel tar-razza tan-Normandija (kodiċi tar-razza 56 għaż-żewġ ġenituri).
Il-kastrazzjoni sseħħ qabel l-età ta’ 7 xhur (210 jum). L-anestesija u/jew l-analġeżija huma meħtieġa biex din issir.
Meta titwettaq it-tneħħija tan-nibtiet tal-qrun jew it-tneħħija tal-qrun, l-anestesija u/jew l-analġeżija, kif ukoll id-diżinfezzjoni tal-ġrieħi huma obbligatorji.
Min irabbi għandu jżomm l-iskeda individwali ta’ traċċabbiltà li jkun fiha għal kull annimal id-dettalji tal-passaport bovin flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda u d-data tal-kastrazzjoni tal-annimal.
4.2.2. Ikel awtorizzat
L-annimali jieklu l-għalf tal-ħalib, l-għalf li jikkostitwixxi r-razzjon bażiku, kif ukoll il-konċentrati u l-għalf komplementari.
Għalf tal-ħalib:
Meta jintuża t-trab tal-ħalib, dan jikkonsisti fil-biċċa l-kbira minn proteini ta’ oriġini mill-annimali.
Ir-razzjon bażiku jikkonsisti minn:
|
— |
ħaxix tal-mergħa mnixxef, marbut jew insilat (mingħajr ma jiżdiedu preservattivi kimiċi u b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 27 %); |
|
— |
tiben taċ-ċereali, għelejjel li fihom il-proteini u għelejjel tal-legumi; |
|
— |
nifel imnixxef, marbut jew insilat (b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 27 %); |
|
— |
pitravi. |
Il-qamħirrum insilat huwa pprojbit
L-għalf ikkonċentrat u s-supplimenti tal-ikel huma:
|
— |
il-ħbub taċ-ċereali, u prodotti derivati minnhom: qamħ, xgħir, ħafur, tritikal, qamħirrum, |
|
— |
il-meslin, |
|
— |
il-pellets tan-nifel |
|
— |
il-polpa tal-pitravi, |
|
— |
iż-żerriegħa taż-żejt jew frott żejtni, u prodotti derivati minnhom: żerriegħa tal-kolza, sojja u kittien. |
|
— |
iż-żrieragħ tal-legumi, u prodotti derivati minnhom: piżelli u ful. |
Il-minerali huma permessi.
L-urea u d-derivattivi tagħha huma pprojbiti.
Addittivi ta’ oriġini mill-annimali huma pprojbiti.
L-għalf li fih iż-żejt tal-palm huwa pprojbit.
Huma biss il-pjanti, il-koprodotti u l-għalf derivati minn prodotti mhux transġeniċi li huma awtorizzati fl-għalf tal-qatgħa skont it-tifsira ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
4.2.3. Trobbija tal-annimali
4.2.3.1.
— Mill-1 jum sas-6 xahar inklużi
L-annimal maħsub biex isir “Bœuf traditionnel de race Normande” jitrabba skont tmexxija f’sistema tal-ħalib bit-tqassim tal-ħalib sħiħ jew tat-trab tal-ħalib u possibbilment suppliment ibbażat fuq iċ-ċereali u l-għalf qabel il-ftim.
Waqt dan il-perjodu, il-kwantità ta’ konċentrati mqassma hija sa massimu ta’ 500 kg ta’ MS. It-trab tal-ħalib mhux inkluż f’dan il-kalkolu.
— Minn 7 xhur sal-qatla
Il-“Bœuf traditionnel de race Normande” jirgħa mill-inqas żewġ staġuni sħaħ tas-sajf ta’ 7 xhur kull wieħed, mill-inqas bejn Marzu u Novembru.
Matul dan il-perjodu tar-ragħa, il-ħaxix tal-mergħa huwa l-għalf bażiku. L-annimali jista’ jkollhom suppliment fil-forma ta’ tgeżwir, ħuxlief jew tiben jew konċentrati, skont it-tkabbir tal-ħaxix.
It-tagħbija annwali totali fuq iż-żoni tal-mergħat hija mill-inqas 30 ares għal kull unità bovina adulta (LU).
Min irabbi għandu jżomm reġistru tar-ragħa aġġornat sabiex jiddistingwi għal kull roqgħa art:
|
— |
in-numru individwali tal-għoġġiela li jirgħu hemmhekk, |
|
— |
id-dati tad-dħul u tal-ħruġ mill-mergħat |
Matul il-perjodu tax-xitwa, il-ħaxix jibqa’ l-għalf bażiku. Il-“Bœuf traditionnel de race Normande” jingħalef bil-foraġġ tal-ħaxix ta’ mill-inqas 60 % tal-materja niexfa tar-razzjon bażiku.
L-għalf komplementari kkonċentrat jista’ jitqassam għar-ragħa u fil-bini.
80 % tar-razzjon bażiku mqassam lill-għoġġiela jiġi mill-azjenda.
— Irfinitura
L-istadju ta’ tlestija huwa l-aħħar stadju qabel il-qatla u jippermetti li l-annimali jinġiebu f’konformazzjoni. Dan jista’ jsir skont l-għażla ta’ bini jew ragħa, b’waħda mill-karatteristiċi tar-razza tan-Normandija tkun li din tista’ titlesta fuq il-ħaxix.
Matul ix-xahrejn ta’ qabel il-qatla, jistgħu jiżdiedu sa 250 kg ta’ MS ta’ għalf komplementari kkonċentrat.
Min irabbi għandu jżomm aġġornata l-folja individwali tat-traċċabbiltà li fiha għandu jindika:
|
— |
Data tas-simna |
|
— |
Data minima tat-tbiċċir |
Il-kwantità totali ta’ konċentrati mqassma lill-“Bœuf traditionnel de race Normande” mit-twelid sal-qatla hija limitata għal 1 500 kg ta’ materja niexfa.
4.2.3.2.
Meta l-għoġġiela jkunu f’bini, jistgħu jinżammu jew fi stalel miftuħin b’mifrex (b’żona tal-eżerċizzju jew mingħajrha), f’maqjel stabbilizzat għax-xitwa jew fi stalla.
Għalhekk, l-akkomodazzjoni tinfirex bit-tiben b’tali mod li l-għoġġiela jkunu jistgħu jżommu stat tajjeb ta’ ndafa, jiġifieri ż-żoni ta’ ħmieġ jestendu l-aktar għan-nofs t’isfel tal-koxxa, il-parti t’isfel taż-żaqq u l-isternu.
Dan il-kunċett ta’ ndafa japplika wkoll għall-perjodu tas-sajf u għall-perjodu tax-xitwa, b’mod partikolari meta jseħħ fil-beraħ.
L-annimali għandu jkollhom mill-inqas 6 m2/LU fil-bini. Għall-annimali li għandhom aktar minn 36 xahar din iż-żona għandha tiżdied għal 8 m2/LU. L-annimali għandu jkollhom 0.7 m/LU fil-ħawt u mill-inqas post wieħed għal kull annimal meta jkun hemm trażżin (xtilliera għat-tmigħ, żbarri mġenba, eċċ.).
Il-pavimenti f’għamla ta’ gradilja huma pprojbiti.
Abitazzjoni kompletament fil-beraħ hija permessa.
4.2.4. Tbiċċir u karatteristiċi tal-karkassi
Il-“Bœuf traditionnel de race Normande” jinqatel bejn 30 u 48 xahar. Dan huwa ż-żmien meħtieġ biex l-annimali jibbenefikaw minn minimu żewġ staġuni tal-ħaxix.
Il-perjodu bejn it-tluq mill-azjenda u t-tbiċċir tal-annimal ma għandux jaqbeż l-24 siegħa jekk l-annimal jiġi ttrasportat ħaj mill-azjenda u 36 siegħa jekk l-annimal jgħaddi minn ċentru ta’ allokazzjoni.
Biex jiġi żgurat il-benessri tal-annimali, huwa possibbli biss it-tbiċċir bl-isturdament.
Sabiex jiġi żgurat livell tajjeb ta’ konformazzjoni mal-“Bœuf traditionnel de race Normande”, skont l-iskala EUROPA:
|
— |
Il-karkassi kklassifikati mill-inqas O+ għandu jkollhom piż minimu ta’ 380 kg; |
|
— |
Il-karkassi kklassifikati mill-inqas O= għandu jkollhom piż tal-karkassa minimu ta’ 410 kg. |
Il-karkassi b’kisja tax-xaħam ta’ 3 jew 4 biss huma eliġibbli għall-STG “Bœuf traditionnel de race Normande”.
Min irabbi għandu jżomm aġġornat fuq il-folja individwali tat-traċċabbiltà li tindika:
|
— |
Id-data u l-ħin tat-tluq mill-azjenda lejn il-biċċerija; |
|
— |
L-identifikazzjoni tal-biċċerija; Il-biċċier għandu jżomm aġġornat fuq il-folja individwali ta’ traċċabbiltà li fiha għandu jindika:
|
Il-laħam irid jiġi identifikat bħala STG “Bœuf traditionnel de race Normande” wara li l-karkassi jkunu ġew immarkati mill-biċċier. Il-karkassi jridu jiġu identifikati skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott billi jitwaħħlu l-kliem “Bœuf traditionnel de race Normande” u tikketti fuq il-karkassa u l-kwarti tat-tqattigħ.
4.2.5. Tikkettar
It-tikkettar tal-laħam tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” jipprovdi li kull pakkett individwali għandu jinkludi:
|
— |
L-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Bœuf traditionnel de race Normande”:
|
|
— |
Il-kliem “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” u s-simbolu “STG” immedjatament qabel jew wara l-isem tal-STG mingħajr referenzi intermedji. |
|
— |
It-termini l-oħra kollha għandhom ikunu separati mill-isem. |
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi essenzjali li jagħtu prova tal-karattru tradizzjonali tal-prodott
Il-produzzjoni tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” hija parti mill-istorja tat-trobbija tal-bhejjem fil-Punent il-kbir ta’ Franza.
Il-kuntest tal-ħamrija u tal-klima tal-Punent il-kbir, il-benniena tar-razza tan-Normandija, l-iżviluppi fl-ekonomija u fil-liġi rurali li mmarkaw id-dinja tal-biedja mis-seklu sittax u l-prossimità ta’ Pariġi kkontribwew bil-kbir biex din il-produzzjoni matul is-snin tiżviluppa karattru tradizzjonali (Frémont A., 1967).
Sat-Tieni Gwerra Dinjija, fit-territorji l-kbar tan-Normandija, il-“poli tal-ħaxix”, il-kwalità tal-ħamrija u l-klima oċeanika jippermettu faċilment il-kultivazzjoni tal-ħaxix. Diffiċli li jgħaddi moħriet minħabba l-bocage li jagħmel ringieli ta’ sġajriet, it-terren bit-tligħ u l-inżul u l-widien imxarrba. It-trobbija tal-annimali għalhekk żviluppat madwar il-kunċett tat-tismin, li jikkonsisti fit-tismin ta’ annimali rqaq, ħafna drabi mix-xogħol.
Imbagħad, fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, it-trobbija tal-annimali speċjalizzat f’din iż-żona, imħeġġa mill-kollass tal-prezz taċ-ċereali minħabba esportazzjonijiet kbar min-naħa l-oħra tal-Atlantiku fl-aħħar tas-seklu dsatax u l-eżodu rurali minħabba l-industrijalizzazzjoni tal-pajjiż (Bertaux J.J., 1997).
L-inqas interess ekonomiku fl-għelejjel, flimkien ma’ nuqqas ta’ ħaddiema, wassal għall-aħjar użu mill-mergħat, jiġifieri għat-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat, u b’mod partikolari ċ-ċanga tar-razza tan-Normandija. Min irabbi mbagħad beda jismen l-annimali tiegħu, u b’hekk żied l-iżvilupp u l-ispeċjalizzazzjoni tal-produzzjoni (Frémont A., 1967).
Din it-trobbija, li storikament kienet komplementari għall-azjendi tal-ħalib tar-razza tan-Normandija, ma tantx tirrikjedi ħafna ħaddiema u qligħ. Tabilħaqq, il-ħwienet għal din il-produzzjoni daru lejn l-eqreb suq tagħha għat-tkabbir, Pariġi (Frémont A., 1967).
Fl-istess ħin, it-trobbija fir-razza tan-Normandija saret aktar professjonali u fittxet li ttejjeb il-kwalità tal-bhejjem tagħha billi introduċiet il-kunċett tal-għażla fuq il-laħam billi ġie introdott id-demm Durham, razza Ingliża aktar għal-laħam, iżda wkoll għall-ħalib li s-suq tal-prodotti friski tiegħu kiber fil-kapitali (krema, butir u ġobnijiet rotob).
Is-suq ta’ Pariġi, segwit mit-tkabbir tal-bliet il-kbar kollha sas-snin 1960, żied b’għaxar darbiet is-suq tal-laħam u tal-prodotti tal-ħalib, u għaldaqstant saħħaħ il-kunċett tat-taħlita tar-razza tan-Normandija billi għamel il-“Bœuf traditionnel de race Normande” produzzjoni komplementari.
Din il-produzzjoni wirtet it-tekniki tat-tismin minn dawk li jrabbu l-għanem għas-suq, ibbażati fuq il-ġestjoni tal-mergħat skont il-kwalità tagħhom u r-ritmu tat-tkabbir tal-ħaxix, li t-tnejn li huma jippermettu li jiġu ottimizzati r-ragħa u l-ħsad tal-foraġġ għall-perjodu tax-xitwa.
Hija bbażata fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-annimal enfasizzati minn tkabbir bil-mod permess mill-kastrazzjoni, bin-nuqqas ta’ ormoni maskili li jwasslu għal żvilupp aktar bil-mod tal-annimali.
B’riżultat ta’ dan, it-trobbija tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” hija bbażata fuq ir-ragħa u l-għalf ippreservat ibbażat fuq il-ħaxix għax-xitwa.
Il-kastrazzjoni, minbarra li tiggarantixxi wkoll il-plaċidità tal-annimali, tiżgura tqassim aħjar tal-mases muskolari fuq il-partijiet ta’ wara tal-annimal u b’hekk taċċerta konformazzjoni taċ-ċanga aħjar tat-taħlita tar-razza tan-Normandija.
It-trobbija tal-“Bœuf traditionnel de race Normande” għadha teżisti kull fejn hija preżenti r-razza tan-Normandija, minkejja l-ispeċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib u tas-sistemi tal-għalf ibbażati fuq il-qamħirrum insilat u s-sojja fl-aħħar tas-seklu għoxrin bħala riżultat tal-intensifikazzjoni tal-metodi tat-trobbija (Bertaux J.J., 1997).
Il-merħla tal-ħalib tar-razza tan-Normandija u l-impjanti komplementari tal-laħam taċ-ċanga tagħha ġew esportati ferm lil hinn mill-post tal-oriġini tagħhom, fir-reġjuni fejn kien impossibbli li jiġu kkultivati ċerti mergħat u dan ħoloq l-opportunità biex jintuża dan il-kunċett abbażi tan-natura komplementari li jiżdied il-valur tal-ħalib u tal-laħam bl-istess merħla.
Pereżempju, f’Bretagne, fil-Pays de la Loire, fis-Centre u sal-konfini ta’ Charente b’mod partikolari, żviluppaw ir-razza tan-Normandija u l-“Bœuf traditionnel de race Normande”.
Dawn l-elementi kollha huma kkorroborati minn żewġ estratti tal-ktieb ta’ Armand Frémont, “L’élevage en Normandie -Etude géographique” ppubblikat fl-1968.
L-ewwel estratt ta’ hawn taħt mill-punt li jittratta “ annimali għat-tbiċċir ”, li huwa maqsum fi tliet kategoriji: l-għoġol, il-frat żgħir u l-gendus tradizzjonali, jikkaratterizza dan tal-aħħar kif ġej għall-1968, meta r-razza tan-Normandija kienet għadha fil-biċċa l-kbira preżenti fin-Normandija fil-merħliet tal-ħalib, u b’hekk turi li din kienet produzzjoni speċifika ħafna bbażata fuq il-gendus bħala raġel ikkastrat maqtul fl-età ta’ 3 snin u t-tismin bil-ħaxix, li huwa l-metodu predominanti ta’ tismin meta mqabbel ma’ dak tat-tmigħ mill-ħawt:
“ Il-gendus tradizzjonali ta’ 3 snin, li jipprovdi medja ta’ 300 kilogramma ta’ laħam nett, jirrappreżenta għall-kuntrarju l-akbar kategorija. Din hija produzzjoni oriġinali (...), ir-razza tan-Normandija hija bla dubju waħda mir-razez ewlenin. Il-qatgħa tan-Normandija ta’ gniedes tat-tismin taqbeż l-20 % tal-popolazzjoni nazzjonali. Id-départements tal-Orne, tas-Seine-Maritime u tal-Calvados huma d-départements ewlenin għal din il-produzzjoni, li tinqasam b’mod inugwali ħafna bejn it-tismin bil-ħawt fil-Plaines u t-tismin bil-ħaxix predominanti fir-reġjuni l-kbar tal-mergħat. ”
It-tieni estratt jiċċara l-kunċett ta’ “tismin”, li jiddefinixxih bħala metodu ta’ tismin tal-gniedes bil-ħaxix:
“ Il-persuna speċjalizzata li trabbi l-għanem għas-suq, komunement imsejjaħ dak li jrabbi l-għanem, l-ewwel ambigwitajiet tas-sengħa tal-laħam huma kkonfermati (...). Fis-seklu 19, il-ġurisprudenza tal-Qorti ta’ Caen tipprovdi definizzjoni ċara: “dak li jrabbi l-għanem huwa l-individwu li, sabiex jisfrutta l-mergħat li huwa proprjetà tiegħu jew li jieħu ħsiebhom hu, jixtri gniedes irqaq u jerġa’ jbigħhom wara li jkunu kielu l-ħaxix tal-mergħat u jkunu ssemmnu hemmhekk ”.
Għalhekk, fis-seklu 19 u wara t-Tieni Gwerra Dinjija u llum il-ġurnata, il-“Bœuf traditionnel de race Normande” ġie definit bħala raġel ikkastrat tar-razza tan-Normandija maqtul madwar l-età ta’ 3 snin wara li jkun issemmem fuq il-ħaxix.
APPENDIĊI
Punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati
|
Dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott |
Metodoloġija tal-valutazzjoni |
|
Razza awtorizzata |
Dokumentarja u viżwali |
|
Raġel ikkastrat qabel l-età ta’ 7 xhur |
Dokumentarja u viżwali |
|
Materja prima tar-razzjon bażiku |
Dokumentarja u viżwali |
|
Preżenza fir-ragħa |
Viżwali |
|
Ħin fir-ragħa |
Dokumentarja |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/163/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)