|
29.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 255/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Settembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/779/KE fir-rigward ta' estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4459)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/630/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (2),u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/779/KE ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija (3) ġiet adottata bħala reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/779/KE tapplika għal perjodu ta' disa' xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/779/KE jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/779/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2006/779/KE hu mibdul b'dan li ġej:
“Artikolu 7
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).