|
25.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 90/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/439
24 ta’ Marzu 2020
dwar l-istandards armonizzati għall-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/79/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro li jkunu konformi mal-istandards nazzjonali rilevanti li jittrasponu l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Bl-ittra BC/CEN/CENELEC/09/89 tad-19 ta’ Diċembru 1991, il-Kummissjoni ressqet talba quddiem il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE. |
|
(3) |
Fuq il-bażi tat-talba BC/CEN/CENELEC/09/89 tad-19 ta’ Diċembru 1991, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN ISO 11137-1:2015, EN ISO 13408-2:2011 u EN ISO 13485:2016, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), sabiex jinkludu l-aħħar progress tekniku u xjentifiku. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 u EN ISO 13408-2:2018 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2018. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 u EN ISO 13408-2:2018 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2018 jikkonformawx mat-talba. |
|
(5) |
L-istandards armonizzati EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 u EN ISO 13408-2:2018 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2018 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 98/79/KE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
L-istandards armonizzati EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 u EN ISO 13408-2:2018 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2018 jissostitwixxu l-istandards armonizzati EN ISO 11137-1:2015 u EN ISO 13408-2:2011 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2016 rispettivament. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 11137–1: 2015 u EN ISO 13408–2: 2011 u r-rettifika EN ISO 13485: 2016/AC: 2016 minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-ispeċifikazzjonijiet riveduti fl-istandards EN ISO 11137-1:2015/A2:2019, EN ISO 13408-2:2018 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2018, huwa meħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenza tal-istandards EN ISO 11137-1:2015, EN ISO 13408-2:2011 u r-rettifika EN ISO 13485:2016/AC:2016. |
|
(7) |
Abbażi tat-talba BC/CEN/CENELEC/09/89 tad-19 ta’ Diċembru 1991, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat il-ġdid EN ISO 25424:2019. Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk dak l-istandard jikkonformax mat-talba. |
|
(8) |
L-istandard armonizzat EN ISO 25424:2019 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fid-Direttiva 98/79/KE. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi ppubblikata r-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att wieħed lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi l-oħra tal-istandards ippubblikati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 389/04 (4) jiġu inklużi wkoll f’din id-Deċiżjoni. Għalhekk jenħtieġ li dik il-Komunikazzjoni titħassar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, jenħtieġ li tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards li huma rtirati minn din id-Deċiżjoni, minħabba li huwa meħtieġ li jiġi differit l-irtirar ta’ dawk ir-referenzi. |
|
(10) |
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), iċ-ċertifikati maħruġa minn korpi notifikati f’konformità mad-Direttiva 98/79/KE mill-25 ta’ Mejju 2017 għandhom isiru nulli sas-27 ta’ Mejju 2024. F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110(3) tar-Regolament (UE) 2017/746, apparat b’ċertifikat li nħareġ f’konformità mad-Direttiva 98/79/KE u li huwa validu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) 2017/746, jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz biss jekk mis-26 ta’ Mejju 2022 jibqa’ jikkonforma mad-Direttiva 98/79/KE, u sakemm ma jkunx hemm bidliet sinifikanti fid-disinn u l-għan maħsub. Għalhekk jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika biss sas-26 ta’ Mejju 2024. |
|
(11) |
Ir-rekwiżiti għall-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro stabbiliti fid-Direttiva 98/79/KE huma differenti minn dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/746. Għalhekk jenħtieġ li l-istandards abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE ma jintużawx biex juru konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/746. |
|
(12) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi għall-istandards dwar mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/UE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 389/04 hija mħassra. Għandha tkompli tapplika sat-30 ta’ Settembru 2021 fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-istandards armonizzati għall-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE u elenkati fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jintużaw biex jagħtu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/746.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika sas-26 ta’ Mejju 2024.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(3) ĠU C 389, 17.11.2017, p. 62.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (2017/C 389/04) (ĠU C 389, 17.11.2017, p. 62).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
ANNESS I
|
Nru ta’ |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN 556-1:2001 Sterilizzazzjoni ta’ apparati mediċi - Rekwiżiti biex apparati mediċi jkun desinjati “STERILI” - Parti 1: Rekwiżiti għal apparati mediċi sterilizzati terminalment EN 556-1:2001/AC:2006 |
|
2. |
EN 556-2:2015 Sterilizzazzjoni ta’ apparati mediċi - Rekwiżiti biex apparati mediċi jkun desinjati “STERILI” - Parti 2: Rekwiżiti għal apparati mediċi pproċessati aseptikament |
|
3. |
EN ISO 11137-1:2015 Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Radjazzjoni - Parti 1: Rekwiżiti għall-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni għal apparat mediku (ISO 11137-1:2006, including Amd 1:2013) EN ISO 11137-1:2015/A2:2019 |
|
4. |
EN ISO 11137-2:2015 Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Radjazzjoni - Parti 2: Iffissar tad-doża ta’ sterilizzazzjoni (ISO 11137-2:2013) |
|
5. |
EN ISO 11737-2:2009 Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Metodi mikrobijoloġiċi - Parti 2: Testijiet ta’ sterilità magħmulin fid-definizzjoni, validazzjoni u manutenzjoni ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni (ISO 11737-2:2009) |
|
6. |
EN 12322:1999 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Media għall-koltura għall-mikrobijoloġija – Kriterji ta’ operat għall-media għall-koltura EN 12322:1999/A1:2001 |
|
7. |
EN ISO 13408-1:2015 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO 13408-1:2008, including Amd 1:2013) |
|
8. |
EN ISO 13408-2:2018 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 2: Filtrazzjoni bi skop ta’ sterilizzazzjoni (ISO 13408-2:2018) |
|
9. |
EN ISO 13408-3:2011 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 3: Lijofilazzjoni (ISO 13408-3:2006) |
|
10. |
EN ISO 13408-4:2011 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 4: Teknoloġiji nodfa fil-post stess (ISO 13408-4:2005) |
|
11. |
EN ISO 13408-5:2011 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 5: Sterilizzazzjoni fil-post stess (ISO 13408-5:2006) |
|
12. |
EN ISO 13408-6:2011 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 6: Sistemi li jiżolaw (ISO 13408-6:2005) |
|
13. |
EN ISO 13408-7:2015 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 7: Proċessi alternattivi għal apparat mediku u prodotti assoċjati (ISO 13408-7:2012) |
|
14. |
EN ISO 13485:2016 Apparati mediċi - Sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità - Rekwiżiti għal skopijiet regolatorji (ISO 13485:2016) EN ISO 13485:2016/AC:2018 |
|
15. |
EN 13532:2002 Rekwiżiti ġenerali għal apparati mediċi ta’ awto-ittestjar għal dijanjosi in vitro |
|
16. |
EN 13612:2002 Evalwazzjoni tal-operat ta’ apparati mediċi għal dijanjosi in vitro EN 13612:2002/AC:2002 |
|
17. |
EN 13641:2002 Eliminazzjoni jew riduzzjoni ta’ riskju ta’ infezzjoni relatata ma’ reaġenti għal dijanjosi in vitro |
|
18. |
EN 13975:2003 Proċeduri għat-teħid ta’ kampjuni użati għall-ittestjar ta’ aċċettazzjoni ta’ apparati għal dijanjosi in vitro – Aspetti statistiċi |
|
19. |
EN 14136:2004 Użu ta’ skemi ta’ valutazzjoni ta’ kwalità minn barranin għall-valutazzjoni ta’ kif taħdem sistema għal proċeduri dijanjosi in vitro |
|
20. |
EN 14254:2004 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Reċipjenti li jintużaw darba għall-ġbir ta’ kampjuni, minbarra demm, minn persuni umani |
|
21. |
EN 14820:2004 Kontenituri li jintużaw darba għall-ġbir ta’ kampjuni tad-demm tal-vini uman |
|
22. |
EN ISO 14937:2009 Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Rekwiżiti ġenerali għal karatterizzazzjoni ta’ aġenti sterilizzanti u l-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni għal apparati mediċi (ISO 14937:2009) |
|
23. |
EN ISO 14971:2012 Apparati mediċi - Applikazzjoni ta’ mmaniġġjar tar-riskju għal apparati mediċi (ISO 14971:2007, Corrected version 2007-10-01) |
|
24. |
EN ISO 15193:2009 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Kejl ta’ kwantitajiet f’kampjuni ta’ oriġini bijoloġika – Rekwiżiti għal materjali ta’ referenza ċertifikati u l-kontenut ta’ dokumentazzjoni li tkun tixhed għalihom (ISO 15193:2009) |
|
25. |
EN ISO 15194:2009 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Kejl ta’ kwantitajiet f’kampjuni ta’ oriġini bijoloġika – Rekwiżiti għal materjali ta’ referenza ċertifikati u l-kontenut ta’ dokumentazzjoni li tkun tixhed għalihom (ISO 15194:2009) |
|
26. |
EN ISO 15197:2015 Sistemi għal ittestjar ta’ dijanjosi in vitro – Rekwiżiti għall-kontroll kontinwu ta’ zokkor fid-demm għal awto-ittestjar fl-immaniġġjar tad-dijabete mellitus (ISO 15197:2013) |
|
27. |
EN ISO 15223-1:2016 Apparati mediċi - Simboli biex jintużaw ma’ tikketti ta’ tagħmir mediku, tikkettjar u informazzjoni li trid tingħata - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO 15223-1:2016, Corrected version 2017-03) |
|
28. |
EN ISO 17511:2003 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Kejl ta’ kwantitajiet f’kampjuni bijoloġiċi – Traċċjabilità metroloġika ta’ valuri assenjati lil kalibaturi u materjali ta’ kontroll (ISO 17511:2003) |
|
29. |
EN ISO 18113-1:2011 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Informazzjoni pprovduta mill-manifattur (tikkettjar) – Part 1: Termini, definizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali (ISO 18113-1:2009) |
|
30. |
EN ISO 18113-2:2011 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Informazzjoni pprovduta mill-manifattur (tikkettjar) – Part 2: Reaġenti dijanjostiċi in vitro għal użu professjonali (ISO 18113-2:2009) |
|
31. |
EN ISO 18113-3:2011 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Informazzjoni pprovduta mill-manifattur (tikkettjar) – Part 3: Strumenti għal dijanjosi in vitro għal użu professjonali (ISO 18113-3:2009) |
|
32. |
EN ISO 18113-4:2011 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Informazzjoni pprovduta mill-manifattur (tikkettjar) – Part 4: Reaġenti dijanjostiċi in vitro li jintużaw għal testijiet magħmulin mill-persuna nnifisha (ISO 18113-4:2009) |
|
33. |
EN ISO 18113-5:2011 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Informazzjoni pprovduta mill-manifattur (tikkettjar) – Part 5: Strumenti dijanjostiċi in vitro għal testijiet magħmulin mill-persuna nnifisha (ISO 18113-5:2009) |
|
34. |
EN ISO 18153:2003 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Kejl ta’ kwantitajiet f’kampjuni bijoloġiċi – Traċċjabilità metroloġika ta’ valuri għal konċentrament katalitiku ta’ enzemi assenjati lil kalibaturi u materjali ta’ kontroll (ISO 18153:2003) |
|
35. |
EN ISO 20776-1:2006 Ittestjar f’laboratorju kliniku u sistemi ta’ testijiet dijanjostiċi in vitro – Ittestjar tas-suxxettibilità ta’ aġenti li jittieħdu u evalwazzjoni tal-operat ta’ apparati ta’ ttestjar għas-suxxettibilità għar-reżistenza kontra l-mikrobi – Parti 1: Metodu ta’ referenza għal ittestjar ta’ attività in vitro tal-antim (ISO 20776-1:2006) |
|
36. |
EN ISO 23640:2015 Apparati mediċi għal dijanjosi in vitro – Evalwazzjoni ta’ stabilità ta’ reaġenti għal dijanjosi in vitro (ISO 23640:2011) |
|
37. |
EN ISO 25424:2019 Sterilizzazzjoni ta’ apparati mediċi - Sterilizzaturi bil-fwar b’temperatura baxxa u formaldeid - Rekwiżiti għall-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilazzjoni għal apparat mediku (ISO 25424:2018) |
|
38. |
EN 61010-2-101:2002 Rekwiżiti ta’ sigurtà għal tagħmir elettriku għall-kejl, kontroll u użu fil-laboratorju – Parti 2-101: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir mediku għad-dijanjosi in vitro (IVD) |
|
39. |
EN 61326-2-6:2006 Tagħmir elettriku għall-kejl, kontroll u użu f’laboratorju – Kompatibilità elettromanjetika EMC – Parti 2-6: Rekwiżiti partikolari – Tagħmir mediku għal dijanjosi in vitro (IVD) |
|
40. |
EN 62304:2006 Softwer għal tagħmir mediku - Proċessi mill bidu sat-tmien is-softwer (IEC 62304:2006) EN 62304:2006/AC:2008 |
|
41. |
EN 62366:2008 Tagħmir mediku - Applikazzjoni ta’ inġinerija ta’ kif jintużaw apparati mediċi |
ANNESS II
|
Nru ta’ |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN ISO 11137-1:2015 Sterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Radjazzjoni - Parti 1: Rekwiżiti għall-iżvilupp, validazzjoni u kontroll ta’ rutina ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni għal apparat mediku (ISO 11137-1:2006, including Amd 1:2013) |
|
2. |
EN ISO 13408-2:2011 Ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 2: Filtrazzjoni (ISO 13408-2:2003) |
|
3. |
EN ISO 13485:2016 Apparati mediċi - Sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità - Rekwiżiti għal skopijiet regolatorji (ISO 13485:2016) EN ISO 13485:2016/AC:2016 |