<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0700713101.case.xml"><NO.CASE>C-554/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0554</NO.CELEX><NO.SEQ>0028.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7133</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7150</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20110728">28.07.2011</DATE> — KAWŻA C-554/09</LEFT><RIGHT>SEEGER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-554/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, fi proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Andreas Michael Seeger,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, J.-J. Kasel, A. Borg Barthet, E. Levits u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-7134"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Seeger, minn H.-J. Rieder, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Hathaway, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Yerrell u F. W. Bulst, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7135"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċeduri penali kontra M. Seeger minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 15(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227), kif emendat bir-Regolament Nru 561/2006 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 3821/85<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 3821/85 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tagħmir ta’ reġistrazzjoni għandu jkun stallat u wżat fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru li jintużaw għat-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija bit-triq, ħlief il-vetturi msemmija fl-Artikoli 3 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-vetturi msemmija fl-Artikolu 13(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7136"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(7) tar-Regolament Nru 3821/85 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.007"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>7.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fejn ix-xufier isuq vettura li tkun attrezzata b’tagħmir ta’ reġistrazzjoni skond l-Anness I, ix-xufier għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjali li jispezzjona:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-folji tar-rekords għall-ġimgħa kurrenti u dawk użati mix-xufier fil-15-il jum ta’ qabel;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><P>Madankollu, wara l-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-perijodi ta’ ħin imsemmija f’(i) u (iii) għandhom ikopru l-jum kurrenti u t-28 jum ta’ qabel.</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-ħinijiet ta’ sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bit-triq sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-modi ta’ trasport fuq l-art, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-triq, u sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fit-triq. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jippromwovi t-titjib fil-prattika ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar mill-Istati Membri u t-tijib fil-prattiċi ta’ xogħol fl-industrija tat-trasport bit-triq.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7137"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ta’ merkanzija fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-3,5 tunnellati, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ta’ passiġġieri […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dan ir-Regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq permezz ta’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>vetturi jew kombinazzjoni ta’ vetturi b’massa massima permissibbli li ma jaqbiżx is-7,5 tunnellati wżati għat-trasport mhux kummerċjali ta’ merkanzija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7138"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm ma jkunux preġudikati l-għanijiet ta’ l-Artikolu 1, kull Stat Membru jista’ jagħti eċċezzjonijiet għall-Artikoli 5 sa 9 u jagħmel tali eċċezzjonijiet soġġetti għal kondizzjonijiet individwali fit-territorju tiegħu stess jew, bi ftehim ma’ l-Istati kkonċernati, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li jkunu applikabbli għat-trasport b’dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>vetturi jew kombinazzjoni ta’ vetturi b’massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sabiex iġorru materjal, tagħmir jew makkinarju għall-użu tax-xufier matul ix-xogħol tiegħu.</P></ITEM><ITEM><P>Dawn il-vetturi għandhom jintużaw biss f’raġġ ta’ 50 kilometru mill-bażi ta’ l-impriża, u bil-kondizzjoni illi s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tax-xufier;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7139"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Liġi dwar l-ekwipaġġ ta’ trasport bit-triq (Fahrpersonalgesetz), fil-verżjoni tad-<DATE ISO="19870219">19 ta’ Frar 1987</DATE> (BGBl. 1987 I, p. 640), kif emendata bil-Liġi tas-<DATE ISO="20070706">6 ta’ Lulju 2007</DATE> (BGBl. 2007 I, p. 1270, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>FPG<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna twettaq reat meta tikser intenzjonalment jew b’negliġenza</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>bħala kummerċjant […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>bħala xufier […]</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>digriet skont […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dispożizzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 […]</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>bħala proprjetarju ta’ vettura […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reat jista’ jiġi ssanzjonat fil-każ tal-paragrafu 1(1) u 3, permezz ta’ multa ta’ mhux iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">15000</FT> u fil-każijiet l-oħra permezz ta’ multa ta’ mhux iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7140"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-ekwipaġġ ta’ trasport bit-triq (Fahrpersonalverordnung), tas-<DATE ISO="20050627">27 ta’ Ġunju 2005</DATE> (BGBl. 2005 I, p. 182), kif emendat bir-Regolament tat-<DATE ISO="20080122">22 ta’ Jannar 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 54, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>FPV<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, il-kategoriji ta’ vetturi segwenti huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-[FPG], b’applikazzjoni tal-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi ta’ piż massimu awtorizzat li ma jeċċedix 7.5 tunnellati, li jintużaw f’żona ta’ 50 kilometru madwar il-post ta’ stabbiliment tal-impriża</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għat-trasport ta’ materjal, ta’ tagħmir jew ta’ magni li għandu bżonn ix-xufier fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, bħall-vetturi li għandhom tagħmir partikolari previst għal dan il-għan, u li jservu bħala vetturi ta’ bejgħ fis-swieq pubbliċi jew għall-bejgħ mobili;</TXT><P>bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jikkostitwixxi l-attività prinċipali tax-xufier.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7141"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-FPV jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Persuna twettaq reat fis-sens tal-Artikolu 8(1)(1)(b) tal-[FPG], bħala kummerċjant […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna twettaq reat fis-sens tal-Artikolu 8(1)(2)(b)tal-[FPG], bħala xufier [...], intenzjonalment jew b’negliġenza</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ma tużax it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni bi ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1),</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>ma tippreżentax jew ma tippreżentax fit-terminu stabbilit u bi ksur tal-Artikolu 15(a) u (b), dokument ta’ reġistrazzjoni, il-karta tax-xufier, verżjoni stampata jew manwali,</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7142"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>A. Seeger huwa proprjetarju ta’ negozju tal-inbejjed u x-xorb fi Stuttgart (il-Ġermanja) li joffri servizz ta’ provvista fid-dar lill-klijenti tiegħu. Huwa jikkunsinna lil medja ta’ 30 sa 40 klijent darba fil-ġimgħa f’żona ta’ 10 sa 15-il kilometru massimu. Għal dan il-għan, huwa jimpjega persuna waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080303">3 ta’ Marzu 2008</DATE>, A. Seeger kien qiegħed isuq trakk, li l-piż totali ammissibbli tiegħu kien jilħaq 7.49-il tunnellata, fit-territorju tal-komun ta’ Esslingen-am-Neckar (il-Ġermanja), madwar 15-il kilometru minn Stuttgart, ma għamel użu ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni abbord, skont ir-Regolament Nru 3821/85. Il-persuna kkonċernata ma kinitx daħlet dokument ta’ reġistrazzjoni u ma setgħetx turi lill-uffiċjal li arrestaha d-dokumenti ta’ reġistrazzjoni tat-28 jum preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-vettura ta’ A. Seeger kienet tinkludi imballaġġ vojt, jiġifieri fliexken vojta, li huwa ried jikkunsinna lil fornitur stabbilit f’Esslingen-am-Neckar. L-imballaġġ vojt stess ma kienx jirriżulta mill-konsum privat tal-persuna kkonċernata, iżda min-negozju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Stuttgart ikkonstatat żewġ ksur skont l-Artikolu 8(1)(2)(b) tal-FPG u tal-Artikolu 23(2)(11) tal-FPV u kkundannat lil A. Seeger, permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20090317">17 ta’ Marzu 2009</DATE>, għal multa ta’ EUR 200.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-imsemmija ġurisdizzjoni kkonstatat li l-attività ta’ sewqan ta’ A. Seeger ma tikkostitwixxix l-attività prinċipali ta’ dan tal-aħħar, peress li din issir fil-ħanut fejn huwa essenzjalment jirċievi u jservi klijenti, filwaqt li s-servizz ta’ provvista fid-dar jikkostitwixxi sempliċement provvista addizzjonali li titwettaq darba fil-ġimgħa. Skont din l-istess qorti, it-trasport għax-xiri ta’ xorb u r-ritorn tal-imballaġġ vojt ma jseħħux kuljum u jirrikjedu inqas żmien mill-bejgħ fil-ħanut.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7143"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Stuttgart ċaħdet l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 18(1)(4)(b) tal-FPV, peress li l-imballaġġ vojt ittrasportat ma kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni minħabba li ma kienx suġġett għal proċess ta’ trasformazzjoni, iżda għandu jiġi kkunsidrat bħala merkanzija intiża għall-bejgħ.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>A. Seeger appella mis-sentenza tas-<DATE ISO="20090317">17 ta’ Marzu 2009</DATE> quddiem l-Oberlandesgericht Stuttgart u sostna, fil-kuntest ta’ dan l-appell li, fil-kawża inkwistjoni, l-għan tar-Regolament Nru 561/2006, jiġifieri is-sigurtà tat-traffiku fit-triq u r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni, ma jipprekludix interpretazzjoni estiża tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li jinsab fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-prosekuzzjoni ta’ Stuttgart talbet is-sospensjoni tal-proċedura u l-introduzzjoni ta’ rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja peress li l-kwistjoni dwar jekk l-imsemmi kunċett ta’ materjal ikoprix ukoll fliexken ta’ xorb u imballaġġ vojt ta’ kummerċjant tax-xorb kellha tiġi ddeterminata skont id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Oberlandesgericht Stuttgart issostni f’dan ir-rigward li, sa issa, kien biss fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<DATE ISO="20050317">17 ta’ Marzu 2005</DATE>, Raemdonck u Raemdonck-Janssens (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-128/04" PAGE.ECR="I-2445" YEAR="2005">C-128/04, Ġabra p. I-2445</REF.DOC.ECR>), li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar il-kwistjoni ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 13(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="370" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1985">ĠU L 370, p. 1</REF.DOC.OJ>), li ġiet abrogata u sostitwita bir-Regolament Nru 561/2006 b’effett mill-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE>. Hija tqis li, b’kunsiderazzjoni għall-kliem, għall-kuntest u għall-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li hija riprodotta fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006, ma jistax jiġi dedott b’mod ċar mill-imsemmija sentenza li kellu jiġu kkunsidrat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri l-fliexken il-vojta, jiġifieri l-materjal ta’ imballaġġ ta’ kummerċjant tax-xorb.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7144"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, tali interpretazzjoni estiża tal-kunċett ta’ materjal hija sostnuta kemm fil-ġurisprudenza nazzjonali kif ukoll fid-duttrina. Mandankollu, l-Oberlandesgericht Stuttgart tirrileva li l-materjal tal-imballaġġ ma huwiex il-qafas tal-attività ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb fis-sens li din l-attività ta’ servizz tiġi eżerċitata b’dan il-għan, kif fil-każ tal-kawża li tat lok għas-sentenza Raemdonck u Raemdonck-Janssens, iċċitata iktar ’il fuq, rigward materjal ta’ kostruzzjoni jew ta’ magni. Fl-istess waqt, il-vjaġġi ta’ trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jmorrux kontra l-għanijiet mixtieqa mir-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Oberlandesgericht Stuttgart iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel is-segwenti domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> li jinsab fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(d) tar-Regolament (KE) Nru° 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll materjal użat għall-ippakkjar, bħall-fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant ta’ fl-inbejjed u x-xorb li jmexxi maħżen u li darba fil-ġimgħa jipprovdi kunsinna lill-klijenti tiegħu filwaqt li jiġbor il-flixkien il-vojta biex jagħtihom lura lill-grossista tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda preliminari, għandu jiġi kkonstatat mill-bidu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li kien inkluż fl-Artikolu 13(1)(g) tar-Regolament Nru 3820/85, kien diġà s-suġġett ta’ interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Raemdonck u Raemdonck-Janssens, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7145"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li r-Regolament Nru 561/2006 ma biddilx b’mod sostanzjali l-kundizzjonijiet li kienet suġġetta għalihom id-deroga prevista fl-Artikolu 13(1)(g) tar-Regolament Nru 3820/85, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjoni addizzjonali li l-piż massimu permissibbli tal-vettura ma jeċċedix is-7.5 tunnellata u tal-kjarifika li s-xufier jista’ wkoll jittrasporta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>magni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, l-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenza Raemdonck u Raemdonck-Janssens, iċċitata iktar ’il fuq, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> inkluż f’din id-dispożizzjoni, hija wkoll applikabbli għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> inkluż fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-imsemmija sentenza jirriżulta li l-kunċett ta’ materjal għandu jiġi mifhum f’sens iktar wiesa’ mill-kunċett ta’ tagħmir; l-ewwel kunċett ikopri l-beni li huma meħtieġa jew użati għall-eżerċizzju tax-xogħol tax-xufier ikkonċernat u li jista’ wkoll jinkludi komponenti tal-prodott finali li ser jiġi mmanifatturat jew ta’ xogħlijiet li ser jitwettqu minnu. Minn dan isegwi li l-materjal huwa intiż li jintuża jew huwa meħtieġ sabiex joħloq, jemenda jew jittrasferixxi xi ħaġa oħra u ma huwiex sempliċement intiż għall-provvista, għall-bejgħ jew għar-rimi tagħhom. Għalhekk, peress li l-materjal huwa suġġett għal proċess ta’ trasformazzjoni, dan ma jikkostitwixxix merkanzija intiża għall-bejgħ mill-persuna li tagħmel użu minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li kummerċjant ta’ nbejjed u xorb, bħal A. Seeger, sempliċement jittrasporta fliexken vojta. Fil-fatt, dawn ma jikkostitwixxux beni neċessarji fl-eżerċizzju tal-attività prinċipali tiegħu, kif isostnu b’mod ġust il-Gvern tal-Renju Unit u tal-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet tagħhom. Il-fliexken il-vojta ttrasportati minn A. Seeger la huma pproċessati, la ttrasformati u lanqas użati fl-eżerċizzju ta’ attività. Dawn ma humiex neċessarji bħala komponenti, materja prima jew ingredjenti għal prodott kwalunkwe immanifatturat minn tali kummerċjant jew għal xogħlijiet li saru minnu. Fl-aħħar nett, dawn la jikkostitwixxu tagħmir u lanqas strumenti neċessarji għall-manifattura ta’ kwalunkwe prodott.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7146"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li l-fliexken vojta inkwistjoni fil-kawża prinċipali jintużaw għal għan kummerċjali u A. Seeger, probabbilment, ma għandu ebda għażla oħra, għal għanijiet ta’ qliegħ u għalhekk għal kunsiderazzjonijiet purament suġġettivi, ħlief li jiġborhom huwa stess mingħand il-klijenti tiegħu, dan il-fat ma huwiex biżżejjed sabiex ifissier li dawn jaqgħu taħt il-kunċett oġġettiv ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> hija kkorroborata b’interpretazzjoni sistematika tad-derogi kollha inklużi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tipprevedi derogi għall-Artikoli 5 sa 9 tal-imsemmi regolament, b’mod partikolari, għal vetturi użati għall-ġbir ta’ ħalib mill-irziezet jew ir-ritorn ta’ reċipjenti tal-ħalib jew għal vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-ġbir jew mal-eliminazzjoni dar b’dar ta’ skart domestiku.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ materjal sostnut minn A. Seeger jestendi wkoll għall-imballaġġ u għar-reċipjenti vojta, b’mod li tkopri wkoll l-eċċezzjonijiet speċifiċi msemmija iktar ’il fuq u tirrendihom essenzjalment jew kompletament mingħajr skop. Kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li joħloq deroga ġenerali għall-vetturi kollha li jittrasportaw beni ta’ natura kummerċjali, l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 561/2006 ma kienx jillimita d-deroga prevista hemmhekk għal kategoriji speċifiċi ta’ beni ttrasportati, iżda kien sempliċement jirreferi għal oġġett ta’ natura kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ materjal sostnut minn A. Seeger ikollha l-effett li jkun iktar diffiċli anki impossibbli li ssir distinzjoni bejn tali kunċett u l-kunċett ta’ merkanzija, kif jintuża diversi drabi fir-Regolament Nru 561/2006, b’mod partikolari fl-Artikoli 2(1)(a), 4(a), u 10(1) tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7147"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-applikazzjoni tad-deroga prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(10)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 tiddependi, b’mod partikolari, fuq it-tip ta’ merkanzija ttrasportata u ma tikkonċernax it-tipi kollha ta’ merkanzija, anki jekk il-kundizzjonijiet l-oħra previsti f’din id-dispożizzjoni huma sodisfatti. Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tagħmir<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>magni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jirrappreżentaw neċessarjament parti waħda biss mill-merkanzija li t-trasport tagħha jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Minn dan isegwi li l-beni kummerċjali fihom infushom huma esklużi minn din il-limitazzjoni kif ukoll merkanzija li hija sempliċement ittrasportata minn post għall-ieħor, mingħajr ma hija mmanifattura, ittrasformata jew uża fl-eżerċizzju ta’ attività. Kieku, il-kunċett ta’ materjal ma jippermettix li tiġi limitata l-applikazzjoni ta’ derogi previsti fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament skont il-merkanzija ttrasportata, li tkun timplika li titneħħa kwalunkwe distinzjoni bejn il-kunċett ta’ materjal u dik ta’ merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar ukoll li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 għandhom jiġu interpretati b’mod strett, fid-dawl tal-fatt li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi deroga mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, kieku ġiet adottata l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ materjal sostnuta minn A. Seeger, id-deroga prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 testendi wkoll, fil-prinċipju, għall-beni kollha ta’ natura kummerċjali, u li għalhekk jippreġudika l-għanijiet ta’ dan ir-regolament, jiġifieri t-titjib ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-persunal fis-settur tat-trasport bit-triq u tas-sigurtà fit-triq.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tmur ukoll kontra r-rekwiżit previst fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament sa fejn din l-interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li, minn naħa, numru kbir ta’ xufiera ma jibbenefikawx iktar mill-protezzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom kif stabbilit mir-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7148"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali estensjoni tad-deroga prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 kollha l-effett li numru kbir ta’ vetturi jkunu jistgħu jinsaqu minn tali xufiera li jistgħu jsuqu għal sigħat twal mingħajr mistrieħ, li għalhekk tippreġudika serjament l-għan ta’ titjib tas-sigurtà fit-triq.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu wkoll jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 561/2006 huwa intiż, b’mod partikolari, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 1, sabiex jħeġġeġ prattiki aħjar ta’ applikazzjoni tar-regoli mill-Istati Membri fis-settur tat-trasport bit-triq kif ukoll, skont il-premessa 4, li jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>sett ta’ regoli aktar ċari u sempliċi, li jkunu jistgħu jinftehmu, jiġu interpretati u applikati b’mod eħfef mill-industrija tat-trasport bit-triq u mill-awtoritajiet ta’ infurzar<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, estensjoni tad-deroga prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 tista’ toħloq inċertezza għas-settur ta’ trasport bit-triq u għall-awtoritajiet pubbliċi inkarigati bl-applikazzjoni tar-regoli tiegħu u tista’ tnissel diffikultajiet ta’ interpretazzjoni ta’ applikazzjoni, ta’ eżekuzzjoni u ta’ kontroll tal-imsemmi regoli. Dan mhux biss imur kontra l-għanijiet imsemmija fil-punt preċedenti, iżda jista’ wkoll jippreġudika t-twettiq tal-għan ta’ applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli dwar it-tul ta’ sewqan u l-ħin ta’ mistrieħ kif previst fil-premessa 13 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, lanqas ma jista’ jintlaqa’ l-argument ta’ A. Seeger ibbażat fuq l-obbligu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-imballaġġ li l-għan tagħha huwa l-protezzjoni tal-ambjent bl-użu ta’ fliexken li jistgħu jerġgħu jintużaw u li għalhekk introduċiet depożitu għal ċertu xorb fi fliexken, li jipparteċipa f’tali sistema ta’ rkupru tagħhom b’mod li t-trasport ta’ fliexken vojta huwa neċessarju għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7149"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-obbligu li jirriżulta minn leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent, anki jekk jitqies li tali leġiżlazzjoni tittrasponi obbligu previst minn direttiva, ma huwiex biżżejjed sabiex jimplika li fliexken vojta ttrasportati minn kummerċjant ta’ nbejjed u xorb jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006. Barra minn hekk, dan l-argument jista’ biss jintlaqa’ jekk A. Seeger jittrasporta esklużivament fliexken vojta li jistgħu jintraddu lura, li ma jirriżultax mill-faxxikolu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>materjal<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> inkluż fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix materjal ta’ imballaġġ, bħal fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant ta’ nbejjed u xorb li jmexxi ħanut, li jikkunsinna lill-klijenti tiegħu darba fil-ġimgħa u li filwaqt li jwettaq dan, jiġbor l-imballaġġ vojt sabiex iroddu lura lill-grossista tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/><HT TYPE="BOLD">materjal</HT><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> <HT TYPE="BOLD">inkluż fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport<?PAGE NO="I-7150"?> bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix materjal ta’ imballaġġ, bħal fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant ta’ nbejjed u xorb li jmexxi ħanut, li jikkunsinna lill-klijenti tiegħu darba fil-ġimgħa u li filwaqt li jwettaq dan, jiġbor l-imballaġġ vojt sabiex iroddu lura lill-grossista tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>