Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm ta’ riforma nazzjonali 2012 tas-Slovakkja u t-twassil ta’ opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta’ stabbiltà tas-Slovakkja għall-2012-2015 /* COM/2012/0326 final */
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm ta’ riforma nazzjonali 2012
tas-Slovakkja
u t-twassil ta’ opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta’ stabbiltà
tas-Slovakkja għall-2012-2015 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u
148(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza
u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[1],
u partikolarment l-Artikolu 5(2) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni Ewropea[2], Wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet
tal-Parlament Ewropew[3], Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
tal-Impjiegi, Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u
Finanzjarju, Billi: (1) Fis-26 ta’ Marzu 2010,
il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiġi
mnedija strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, bl-isem ta'
Ewropa 2020, li tkun imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki
ekonomiċi u li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn tenħtieġ azzjoni
li tagħti spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir u
l-kompetittività sostenibbli. (2) Fit-13 ta’ Lulju 2010,
il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali
għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010
sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010, huwa adotta deċiżjoni
dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi [4], li flimkien jagħmlu
l-"linji gwida integrati". L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu
l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali
tagħhom. (3) Fit-12 ta' Lulju 2011,
il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-programm nazzjonali ta' riforma
tas-Slovakkja għall-2011 u ta l-opinjoni tiegħu dwar il-programm ta'
stabbiltà aġġornat tas-Slovakkja għall-perjodu 2011-2014. (4) Fit-23 ta' Novembru 2011,
il-Kummissjoni adottat it-tieni Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li
kien il-bidu tat-tieni Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex
ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.
Fl-14 ta’ Frar 2012, abbażi tar-Regolament (UE)
Nru 1176/2011, il-Kummissjoni adottat ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu
ta' Twissija[5],
li fih hija ma identifikatx is-Slovakkja bħala wieħed mill-Istati
Membri li dwaru kellha titwettaq analiżi fil-fond. (5) Fit-2 ta' Marzu 2012,
il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għal l-iżgurar ta'
stabbiltà finanzjarja, il-konsolidazzjoni fiskali u azzjoni biex jitrawwem
it-tkabbir. Huwa enfasizza l-ħtieġa li titkompla konsolidazzjoni
fiskali differenzjata u li tiffavorixxi t-tkabbir, biex l-ekonomija jerġa'
jkollha kundizzjonijiet normali għas-self, biex jiġu promossi
t-tkabbir u l-kompetittività, biex jiġu indirizzati l-qgħad u
l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u biex tiġi mmodernizzata
l-amministrazzjoni pubblika. (6) Fit-2 ta’ Marzu 2012,
il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt
Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin
għall-inklużjoni fil-programmi ta’ stabbiltà jew ta’ konverġenza
tagħhom u fil-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom. (7) Fit-30 ta’ April 2012,
is-Slovakkja sottomettiet il-programm ta’ stabbiltà tagħha li jkopri
l-perjodu 2012-2015 u l-programm nazzjonali ta’ riforma 2012. Sabiex jitqiesu
l-konnessjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew
ivvalutati fl-istess waqt. (8) Abbażi tal-valutazzjoni
tal-programm ta’ stabbiltà 2012 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku li qed jirfed
il-projjezzjonijiet baġitarji fil-programm huwa plawżibbli. Huwa
ġeneralment konformi mat-tbassir tar-Rebbiegħa tal-2012
tal-Kummissjoni, għalkemm dan tal-aħħar jassumi tkabbir reali
tal-PDG xi ftit ogħla fl-2012. L-għan dikjarat l-istrateġija
tal-baġit spjegat fil-programm huwa li tkun żgurata s-sostenibbiltà
fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Il-passi intermedjarji definiti biex jintlaħaq
dan huma implimentazzjoni rigoruża tal-baġit 2012 u tnaqqis
tal-iżbilanċ bażilari inqas minn 3% tal-PDG fl-2013, l-iskadenza
għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv stipulat
mill-Kunsill. Il-kisba tal-mira tad-defiċit nominali fl-2013, madankollu,
tista’ ma tissodisfax il-pjanijiet. Il-programm biddel l-għan
baġitarju għall-medda taż-żmien medja (OTM) minn baġit
kważi bbilanċjat għal defiċit strutturali ta’ 0.5% tal-PDG,
li mhux mistenni jintlaħaq fil-perjodu tal-programm. L-OTM l-ġdid
jirrifletti adegwatament ir-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
Abbażi tal-bilanċ tal-baġit strutturali (ikkalkulati
mill-ġdid)[6],
l-isforz fiskali annwali medju fl-2010-2013 jammonta għal 1.3% tal-PDG,
ferm ogħla mill-valur meħtieġ rakkomandat mill-Kunsill, fejn
l-isforz fiskali residwu huwa kemxejn pospost għall-2013. Il-mira
għall-2013 hija soġġetta għal riskji, minħabba li
miżuri ta’ dħul suġġeriti jistgħu ma jilħqux
l-għan; l-implimentazzjoni simultanja tal-miżuri kollha fuq skala
żgħira tista' tkun waħda diffiċli, u s-Slovakkja
għandha storja ta’ reviżjonijiet ex-post 'l fuq sinifikanti tal-miri
tad-defiċit. Barra minn hekk, aktar infiq trasversali jista’
jirriżulta bħala insostenibbli fit-terminu medju. Fl-2014 u l-2015,
l-isforz fiskali medju jilħaq 0.3% tal-PDG kull sena, li huwa taħt
l-aġġustament meħtieġ ta' 0.5% tal-PDG għal
pajjiżi li għadhom ma laħqux l-OTM. Madankollu, skont
il-programm, ir-rata tat-tkabbir tan-nefqa tal-gvern, filwaqt li jitqiesu
miżuri ta’ dħul diskrezzjonali, hija konformi mal-punt ta' riferiment
dwar in-nefqa tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fis-snin lejn il-bidu u t-tmiem
tal-programm. Id-dejn tal-gvern ser jibqa ferm 'l isfel minn 60% tal-PDG.
Filwaqt li s-Slovakkja għaddiet leġiżlazzjoni li tistabbilixxi
Kunsill Fiskali, s'issa għadha ma ġietx stabbilita u l-leġislazzjoni
dwar il-limiti għan-nefqa għadha ma ġietx adottata. (9) Minħabba l-iskop dejjem
jonqos għal konsolidazzjoni ulterjuri bbażata fuq in-nefqa u
l-ħtieġa li jappoġġaw konverġenza kontinwa permezz
tal-infiq f'oqsma prinċipali bħall-edukazzjoni, l-innovazzjoni u
l-infrastruttura tat-trasport, hemm skop għal miżuri mmirati biex
iwessgħu l-bażi fiskali, jillimitaw l-evitar tat-taxxa u jtejbu
l-konfomormità mat-taxxa, mingħajr ma jagħmlu ħsara
lill-prospetti ta’ tkabbir fit-terminu qasir. L-indirizzar ta’ waħda
mill-akbar lakuni tal-VAT fl-UE tista’ ġġib dħul addizzjonali
sinfikanti. Hemm ukoll lok għal żieda fl-irċevuti mit-taxxi li
huma l-inqas ta' ħsara għat-tkabbir, inkluż it-tassazzjoni fuq
il-proprjetà immobbli, u t-tassazzjoni ambjentali. Tassazzjoni effettiva
tad-dħul mill-ħaddiema tvarja skont it-tipi differenti ta' impjieg.
Dan jinkoraġġixxi bidla lejn arranġamenti ta’ impjieg aktar
flessibbli b’impatti negativi fuq perjodu qasir u fit-tul fuq il-kontijiet
pubbliċi. (10) Is-Slovakkja indirizzat biss parzjalment
is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tagħha, minħabba
li ma implimentatx il-bidliet maħsuba fil-pilastru tal-iskema tal-pensjoni
tagħha Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej. Ittieħdu miżuri
biex tittejjeb il-vijabbiltà tal-pilastru tal-pensjoni ffinanzjat
bis-sħiħ. Madankollu, ambjent legali instabbli b’bidliet sinifikanti
frekwenti fil-passat kien jinvolvi spejjeż ta’ aġġustament mhux
negliġibbli u introduċa inċertezza fil-pilastru ffinanzjat
bis-sħiħ. (11) Ma ttieħdu l-ebda
miżuri sinifikanti biex tiġi indirizza l-problema tal-qgħad
tas-Solvakkja. Għad hemm ħtieġa biex tittejjeb l-effettività
tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u l-kapaċità tas-servizz
pubbliku għall-impjiegi. Hemm ukoll ħtieġa għal miżuri
li jżidu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema
ikbar fl-età u nisa, b'mod partikolari permezz tal-proviżjoni tal-kura
tat-tfal. Il-porzjon tat-taxxa, inklużi l-pagamenti obbligatorji kollha,
għadu relattivament għoli għal ħaddiema bi dħul baxx u
proporzjon mhux negliġibbli ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol ftit
għandhom inċentiv biex jiċċaqalqu minn assistenza
soċjali għal impjiegi b’pagi baxxi. (12) Ġew adottati biss
miżuri limitati biex itejbu l-kwalità baxxa tas-sistema tal-edukazzjoni u
t-taħriġ. Sabiex jiġi indirizzat il-qgħad għoli
tas-Solvakkja fost iż-żgħażagħ, il-Pjan ta' Azzjoni
taż-Żgħażagħ għandu jiġi adottat u
implimentat mingħajr dewmien, skont ir-riżultat tal-grupp ta’ azzjoni
konġunta Slovakkja – Kummissjoni dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ,
inkluż ir-riforma tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kif
ukoll l-edukazzjoni ogħla. L-istrateġija aġġornata dwar
it-tagħlim tul il-ħajja ġiet adottata. Madankollu, l-ebda
inċentivi partikolari ma kienu introdotti sabiex jiżguraw rati
ogħla ta' parteċipazzjoni. (13) Komunitajiet emarġinati,
inkluż ir-Romi, huma fil-parti l-kbira esklużi mis-suq
tax-xogħol u s-sistema edukattiva prinċipali, li jirrappreżenta
ammont sinifikanti ta' ħaddiema potenzjali mhux utilizzati
biżżejjed fl-ekonomija Slovakka. Sabiex tindirizza din il-problema,
is-Slovakkja għandha żżid l-isforzi biex ittejjeb
ir-riżultati edukattivi ta’ gruppi emarġinati u
ssaħħaħ il-politiki ta’ reintegrazzjoni għall-adulti. (14) Is-Slovakkja tejbet b’mod
sostanzjali t-trasparenza tar-regoli tal-akkwisti pubbliċi u
l-ġudikatura, għalkemm il-proċedura ġudizzjarja għadha
twila u għalja. Madankollu, il-kwalità ġenerali u l-kapaċità
tal-istituzzjonijiet pubbliċi għadhom dgħajfa. L-amministrazzjoni
pubblika hija nieqsa minn approċċ strateġiku, tbati minn
ċaqliq qawwi ta' persunal u bini ta’ kapaċità insuffiċjenti, li
xxekkel l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-għoti ta’
servizzi pubbliċi. (15) Is-Slovakkja daħlet
għal għadd ta’ impenji bħala parti mill-Patt Euro Plus. Dawn
l-impenji, u l-implimentazzjoni tal-impenji ppreżentati fl-2011,
jirrigwardaw it-trawwim tal-impjiegi, it-titjib tal-kompetittività, u t-titjib
tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u t-tisħiħ tal-istabbiltà
finanzjarja. Il-Kummissjoni vvalutat l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Patt
Euro Plus. Fir-rakkomandazzjonijiet ġew ikkunsidrati r-riżultati ta'
din il-valutazzjoni. (16) Fil-kuntest tas-Semestru
Ewropew, il-Kummissjoni wettqet analiżi komprensiva tal-politika ekonomika
tas-Slovakkja. Hija vvalutat il-programm ta' stabbiltà u l-programm nazzjonali
ta' riforma. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika
fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fis-Slovakkja imma qieset ukoll
il-konformità tagħhom mar-regoli u mal-gwida tal-UE, fid-dawl
tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika
kumplessiva tal-Unjoni Ewropea billi jingħata kontribut fil-livell tal-UE
għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Ir-rakkomandazzjonijiet
tagħha skont is-Semestru Ewropew huma riflessi fir-Rakkomandazzjonijiet
(1) sa (7) hawn taħt. (17) Fid-dawl ta' din
l-evalwazzjoni, il-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà tas-Slovakkja,
u l-opinjoni tiegħu[7]
hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) hawn taħt, B'DAN JIRRAKKOMANDA li s-Slovakkja
għandha tieħu azzjoni fil-perjodu 2012-2013 biex: 1. Tieħu miżuri
addizzjonali fl-2012 u tispeċifika l-miżuri meħtieġa
fl-2013, biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv b'mod
sostenibbli u tiżgura l-isforz tal-aġġustament strutturali
speċifikati fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont il-Proċedura
tad-Defiċit Eċċessiv. Timplimenta tnaqqis fl-infiq immirat,
filwaqt li tissalvagwardja l-infiq li jsaħħaħ it-tkabbir, u
żżid l-isforzi biex titjieb l-effiċjenza tal-infiq pubbliku.
Sussegwentement, tassiguraw sforz ta' aġġustament strutturali adegwat
biex tagħmal progress suffiċjenti lejn l-objettiv ta’ perjodu medju,
inkluż lli jintlaħaq il-punt ta' riferiment dwar in-nefqa.
Tħaffef it-twaqqif ta' Kunsill Fiskali u tadotta regoli dwar limiti ta’
nfiq. 2. Iżżid il-konformità
fiskali, partikolarment billi ttejjeb l-effiċjenza tal-ġbir tal-VAT;
tnaqqas id-distorsjonijiet fit-tassazzjoni tax-xogħol madwar it-tipi
differenti ta’ impjieg, ukoll billi tillimita t-tnaqqis tat-taxxa; torbot
it-tassazzjoni fuq il-proprjetà immobbli mal-valur tas-suq tal-proprjetà;
tagħmel aktar użu mit-tassazzjoni ambjentali. 3. Taġġusta aktar
il-pilastru tal-pensjoni Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej,
prinċipalment billi tinbdel il-mekkaniżmu ta' indiċjar,
tintroduċi rabta diretta bejn l-età statutorja tal-pensjoni u l-istennija
tal-ħajja u tintroduċi fattur ta’ sostenibbiltà fil-formula
tal-kalkolu tal-pensjoni li jirrifletti l-bidla demografika. Tiżgura
l-istabbiltà u l-vijabbiltà tal-pilastru ffinanzjat bis-sħiħ. 4. Ittejjeb il-kapaċità
amministrattiva tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi bil-għan li
ttejjeb l-immirar, it-tfassil u l-evalwazzjoni tal-politiki attivi tas-suq
tax-xogħol biex tiżgura servizzi ta' impjieg iktar individwalizzati
għaż-żgħażagħ qiegħda, għal dawk li
ilhom qiegħda għal żmien twil, ħaddiema ikbar fl-età u nisa.
Tiżgura l-proviżjoni tal-faċilitajiet għall-kura tat-tfal.
Tnaqqas il-porzjoni tat-taxxi għal ħaddiema b’pagi baxxi u tadatta
s-sistema tal-benefiċċji. 5. Tadotta u timplimenta l-Pjan
ta' Azzjoni taż-Żgħażagħ, b'mod partikolari
fir-rigward tal-kwalità u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol fl-edukazzjoni u
t-taħriġ vokazzjonali, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta'
skema ta’ apprendistat. Ittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni ogħla permezz
tat-tisħiħ tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-orjentazzjoni lejn
ir-riżultat. 6. Tieħu miżuri attivi
biex itejjeb l-aċċess għal u l-kwalità ta' tagħlim u
edukazzjoni qabel l-iskola ta' gruppi vulnerabbli, inklużi r-Roma.
Tiżgura r-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol għall-adulti permezz
ta’ miżuri ta’ attivazzjoni u servizzi ta’ impjieg immirati, edukazzjoni
li tagħti ċans ieħor u taħriġ vokazzjonali ta’
ċiklu qasir. 7. Isaħħaħ
il-kwalità tas-servizz pubbliku, inkluż billi ttejjeb il-ġestjoni
tar-riżorsi umani. Tnaqqas iktar it-tul tal-proċedimenti
ġudizzjarji u ssaħħaħ ir-rwol tal-uffiċċju
tal-Applti Pubbliċi bħala korp indipendenti Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU
L 209, 02.08.1997, p. 1. [2] COM (2012)
325 finali. [3] P7_TA (2012)
0048 u P7_TA (2012) 0047 [4] Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/238/KE tat-26 ta' April 2012 [5] COM (2012) 68
finali. [6] Bilanċ
nett aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba u
temporanji, ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq
il-bażi tat-tagħrif provdut f’dan il-programm, permezz tal-użu
tal-metodoloġija komunament maqbula. [7] Skont l-Artikolu 5(2)
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.