<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-166/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0166</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:557">EU:T:2020:557</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20201125">25.11.2020</DATE> – Kawża T‑166/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bronckers vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ appellazzjonijiet ta’ spirti alkoħoliċi</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti ppreżentati fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑166/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Marco Bronckers</HT>, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentat minn P. Kreijger, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn C. Ehrbar u A. Spina, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 150 final tal‑<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE> li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Tequila cases found by the Tequila Regulatory Council to be informed to the European Commission (Ares(2018) 4023479)<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Verification Reports in the European Market (Reportes de Verificación en el Mercado Europeo) (Ares(2018) 4023509)<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, N. Półtorak (Relatur) u M. Stancu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20200715">15 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180508">8 ta’ Mejju 2018</DATE>, ir-rikorrent, Marco Bronckers, talab, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2001">ĠU 2001, L 145, p. 43</REF.DOC.OJ>), sabiex ikollu aċċess għall-minuti tal-laqgħat kollha tal-Kumitat Konġunt ta’ Spirti Alkoħoliċi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kumitat Konġunt<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), stabbilit fil-kuntest tal-Ftehim tal‑1997 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar il-għarfien bejn xulxin (xilxieni) u l-protezzjoni ta’ ismijiet għal xorb spirituż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 21, p. 107, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ftehim tal‑1997<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tagħti lir-rikorrent aċċess parzjali għal żewġ minuti ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt, jiġifieri l-laqgħat tat‑<DATE ISO="20110330">30 ta’ Marzu 2011</DATE> u tat‑<DATE ISO="20130603">3 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180703">3 ta’ Lulju 2018</DATE>, ir-rikorrent ikkonferma li rċieva d-dokumenti żvelati, fejn ma kkontestax it-tħassir ta’ ċerti partijiet, iżda biss il-kompletezza tad-dokumenti magħżula mill-Kummissjoni. Fl-istess ħin, huwa ressaq quddiem id-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Agrikoltura<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tal-Kummissjoni talba ġdida għal aċċess għal ċerti dokumenti msemmija fid-dokumenti żvelati. Ir-rikorrent indika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-minuti tal-laqgħa tat‑<DATE ISO="20110330">30 ta’ Marzu 2011</DATE> isemmu (fil-punt 2) diskussjoni dwar ksur identifikat mill-Messiku b’rabta mal-użu tal-isem Tequila fis-suq Ewropew; din id-diskussjoni kienet ibbażata fuq lista (imsemmija fil-punt 4 tal-minuti tal-laqgħa tat‑<DATE ISO="20130603">3 ta’ Ġunju 2013</DATE>).</P></ITEM><ITEM><P>Il-minuti tal-laqgħa tat‑<DATE ISO="20130603">3 ta’ Ġunju 2013</DATE> isemmu (fil-punt 4) id-dokumenti ppreżentati mill-Consejo Regulador de Tequila dwar prodotti mmanifatturati fl-Unjoni Ewropea, ikkunsidrati mill-Messiku bħala ksur manifest tal-indikazzjoni ġeografika Tequila.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20180821">21 ta’ Awwissu 2018</DATE>, il-Kummissjoni identifikat żewġ dokumenti rilevanti, jiġifieri d-dokumenti Ares(2018) 4023479 u Ares(2018) 4023509 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>dokumenti mitluba<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Peress li d-dokumenti mitluba kienu ġejjin, skont il-Kummissjoni, mill-awtoritajiet Messikani, dawn tal-aħħar ġew ikkonsultati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal aċċess għal dawn id-dokumenti abbażi tal-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) u (1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna ġuridika u l-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180905">5 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta talba konfermattiva li permezz tagħha stieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Permezz ta’ posta elettronika tas‑<DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-Kummissjoni estendiet it-terminu għal tweġiba tat-talba konfermattiva bi ħmistax‑il jum ta’ xogħol, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Permezz ta’ posta elettronika tas‑<DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrent li ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi risposta qabel l-iskadenza tat-terminu estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrent li, skont l-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni kien ikkonsulta mill-ġdid lill-awtoritajiet Messikani dwar il-possibbiltà li jiġu żvelati (parzjalment) id-dokumenti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti mitluba mressqa mir-rikorrent (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20190719">19 ta’ Lulju 2019</DATE>, ir-rikorrent talab lill-Qorti Ġenerali tilqa’ miżura istruttorja sabiex tivverifika l-kontenut tad-dokumenti mitluba kif ukoll in-natura privata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200331">31 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura, staqsiet lill-partijiet jekk xtaqux li jinstemgħu waqt seduta għas-sottomissjonijiet orali minkejja l-kriżi sanitarja marbuta mal-COVID-19. Huma wieġbu fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu waqt is-seduta tal‑<DATE ISO="20200715">15 ta’ Lulju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 u/jew tal-Artikolu 296 TFUE. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001 u tal-Artikolu 296 TFUE. It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba minħabba interess pubbliku superjuri fil-każ li d-dokumenti kollha jew parti minnhom li għalihom jintalab l-aċċess ikunu jikkonċernaw interessi kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fl-aħħar nett, ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) u (7) tar-Regolament Nru 1049/2001 u/jew tal-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis xieraq li teżamina l-ilmenti dwar il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE qabel ma teżamina l-ilmenti u l-motivi l-oħra.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilmenti bbażati fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqajjem ilmenti dwar ksur tal-Artikolu 296 TFUE fir-rigward tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-eċċezzjonijiet ibbażati fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u fuq l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka l-inammissibbiltà tal-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni, imqajjem fil-kuntest tal-ewwel motiv, minħabba li l-argument imressaq mir-rikorrent f’dan ir-rigward ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rekwiżit li abbażi tiegħu, skont l-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikors għandu jkun fih, b’mod partikolari, is-suġġett tat-tilwima u l-espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati jimplika li din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed biex il-konvenut ikun jista’ jippreżenta d-difiża tiegħu u l-Qorti Ġenerali tkun tista’ tiddeċiedi dwar ir-rikors, jekk ikun il-każ, mingħajr informazzjoni oħra insostenn tiegħu (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200429">29 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Intercontact Budapest vs Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑640/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:167">EU:T:2020:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 296 TFUE huwa msemmi fl-ewwel motiv tar-rikors. Barra minn hekk, ir-rikorrent iressaq numru ta’ argumenti li jikkontestaw, minbarra l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata, in-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tagħha. Dawn l-elementi jippermettu lill-Qorti Ġenerali tifhem ir-raġunament tar-rikorrent u lill-Kummissjoni tinvoka l-argumenti tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE kif ukoll mill-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0147">147</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda talba għal aċċess għad-dokumenti, meta l-istituzzjoni inkwistjoni tirrifjuta tali aċċess, hija għandha turi f’kull każ, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, li d-dokumenti li għalihom ikun qiegħed jintalab l-aċċess effettivament jaqgħu fl-ambitu tal-eċċezzjonijiet elenkati fir-Regolament Nru 1049/2001 (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Williams vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑42/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:325">EU:T:2008:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valero Jordana vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑161/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:337">EU:T:2011:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalkemm il-Kummissjoni hija obbligata li tesponi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni f’dan il-każ ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti mir-Regolament Nru 1049/2001, hija ma hijiex obbligata li tipprovdi informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex il-persuna li titlob l-aċċess tifhem ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tagħha u għall-istħarriġ, mill-Qorti Ġenerali, tal-legalità ta’ din tal-aħħar (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Terezakis vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:19">EU:T:2008:19</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata huma esposti b’mod ċar fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni indikat l-eċċezzjonijiet li fuqhom hija bbażat ir-rifjut tagħha, jiġifieri l-eċċezzjonijiet dwar l-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali u l-interessi kummerċjali, imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat, essenzjalment, li, bir-rifjut tal-aċċess għad-dokumenti mitluba abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, minn naħa, hija kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet<?PAGE NO="5"?> Messikani għall-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni, inklużi l-argumenti tagħhom dwar il-kontenut tad-dokumenti mitluba, u, min-naħa l-oħra, kienet ikkonkludiet li l-iżvelar tagħhom seta’ jikkomprometti l-funzjonament tal-Kumitat Konġunt. F’dan ir-rigward, hija enfasizzat li d-dokumenti mitluba kienu ġew ippreżentati lilha mill-awtoritajiet Messikani fil-kuntest tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li d-dokumenti mitluba kienu jelenkaw każijiet ta’ frodi preżunta, kif ukoll entitajiet li jużaw jew ibigħu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>psewdo-Tequila<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fl-Unjoni. Uħud minn dawn l-użi frawdolenti potenzjali diġà huma s-suġġett ta’ kawżi ppreżentati mill-awtoritajiet Messikani kontra l-Istati Membri tal-Unjoni għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>piraterija tat-Tequila<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, l-Unjoni u l-awtoritajiet Messikani jikkooperaw mill-qrib. Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet jeżaminaw azzjonijiet possibbli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-ispirti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonstatat li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba, kontra l-opinjoni tal-pajjiż terz sieħeb, jista’ jiġi kkunsidrat minn dan tal-aħħar bħala abbuż ta’ fiduċja u jista’ jwassal għal rifjut li tingħatalha ċerta informazzjoni, b’mod partikolari lill-Kumitat Konġunt, fil-futur. Konsegwentement, dan ikollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt u fuq kull kooperazzjoni futura dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni, barra minn hekk, iddikjarat li d-dokumenti mitluba kienu jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li tikkonċerna l-produtturi Messikani ta’ Tequila. Skont il-Kummissjoni, l-imsemmija dokumenti jinkludu b’mod partikolari l-lista ta’ tilwimiet fl-Unjoni bejn l-awtoritajiet Messikani, il-produtturi Messikani tat-Tequila u l-impriżi tal-Unjoni li jbigħu t-Tequila fis-suq intern tal-Unjoni mingħajr ebda ċertifikazzjoni jew awtorizzazzjoni, kif ukoll l-ismijiet tal-prodotti, tat-trade marks mhux iċċertifikati mill-awtoritajiet Messikani sabiex ibigħu bħala Tequila fl-Unjoni, iż-żoni ġeografiċi li fihom huma jistgħu jinstabu, informazzjoni dwar il-produtturi tagħhom, il-kumpanniji tal-Unjoni li jbigħu dawn il-prodotti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet Messikani fir-rigward tagħhom, inklużi l-kawżi proposti. Il-Kummissjoni żiedet li din l-informazzjoni kellha tiġi kklassifikata bħala kummerċjalment sensittiva u li, konsegwentement, kien possibbli li jiġi preżunt li l-awtoritajiet Messikani kienu pprovdewlha dawn id-dokumenti li fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva bl-istennija leġittima li dawn ma jsirux pubbliċi. Skont il-Kummissjoni, jeżisti riskju prevedibbli u mhux ipotetiku li l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni kummerċjali sensittiva jippreġudika l-interessi kummerċjali u l-attivitajiet tal-kumpanniji kkonċernati fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba. Madankollu, għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, ebda aċċess parzjali sinjifikattiv ma huwa possibbli mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-interessi deskritti iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni esponiet b’mod suffiċjentement iddettaljat il-punti ta’ fatt u ta’ liġi kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet kollha li wassluha biex tadotta din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, il-motivazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni kienet suffiċjenti sabiex tippermetti lir-rikorrent isir jaf il-ġustifikazzjonijiet tagħha sabiex jiddefendi d-drittijiet tiegħu u lill-Qorti Ġenerali sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilmenti bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż, bħalma jindikaw il-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, li jagħti lill-pubbliku d-dritt ta’ aċċess l-iktar estensiv possibbli għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Izuzquiza u Semsrott vs Frontex</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑31/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:815">EU:T:2019:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, in-natura partikolarment sensittiva u essenzjali tal-interessi mħarsa bl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, flimkien man-natura mandatorja tar-rifjut ta’ aċċess li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, l-istituzzjoni għandha tagħti meta l-iżvelar ta’ dokument ikun jippreġudika dawn l-interessi, tagħti lid-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-istituzzjoni natura kumplessa u delikata li titlob eżerċizzju ta’ attenzjoni partikolari (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Dan huwa kkorroborat mill-fatt li l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 huma fformulati f’termini imperattivi sa fejn l-istituzzjonijiet huma obbligati jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti li jaqgħu taħt dawn l-eċċezzjonijiet obbligatorji meta tiġi prodotta l-prova taċ-ċirkustanzi msemmija mill-imsemmija eċċezzjonijiet, mingħajr ma huwa neċessarju li l-protezzjoni tal-interess pubbliku tiġi bbilanċjata ma’ interessi oħrajn (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑644/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:429">EU:T:2018:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn naħa, peress li tali eċċezzjonijiet jidderogaw mill-prinċipju ta’ aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, huma għandhom jiġu interpretati u applikati strettament (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) b’tali mod li s-sempliċi fatt li dokument jikkonċerna interess protett minn eċċezzjoni ma jistax ikun biżżejjed sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jipprekludix li, fir-rigward tal-eċċezzjonijiet relatati mal-interess pubbliku previsti fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-artikolu, l-istituzzjoni kkonċernata jkollha marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-iżvelar lill-pubbliku ta’ dokument jippreġudikax l-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni u, korrelattivament, l-istħarriġ tal-legalità mwettaq mill-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-istituzzjoni li tirrifjuta l-aċċess għal dokument abbażi ta’ waħda mill-imsemmija eċċezzjonijiet għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kif ukoll tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ abbuż ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Besselink vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑331/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:419">EU:T:2013:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandha tingħata deċiżjoni, f’dan il-każ, fuq il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni applikatx b’mod korrett l-eċċezzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jipprovdi li l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrent isostni li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba ma joħloqx kwistjonijiet fundamentali ta’ tħassib. F’dan ir-rigward, huwa jikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata tissuġġerixxi li l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet Messikani hija bbażata fuq il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija dokumenti jikkostitwixxux sigrieti kummerċjali li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrent jinnota li, għall-Kummissjoni, is-sempliċi fatt li gvern barrani jopponi l-iżvelar ta’ dokumenti, tkun xi tkun in-natura tad-dokumenti jew il-fondatezza tal-oġġezzjonijiet, huwa suffiċjenti bħala tali sabiex jiġi konkluż li l-iżvelar jippreġudika r-relazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, l-awtoritajiet Messikani ma jistgħux jingħataw dritt li jipprekludu l-iżvelar tal-ilmenti kollha ta’ organizzazzjonijiet privati Messikani dwar l-aġir ta’ ċittadini tal-Unjoni, mingħajr ma jkollhom għalfejn juru li l-imsemmija lmenti jinkludu sigrieti kummerċjali ta’ impriżi jew ta’<?PAGE NO="7"?> ċittadini Messikani. Ir-rikorrent jinvoka b’mod partikolari l-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi dawk li jinkludu allegazzjonijiet ta’ ċittadini mhux Ewropej li jikkonċernaw ċittadini tal-Unjoni. L-unika spjegazzjoni mressqa mill-awtoritajiet Messikani tinsab fil-fatt li l-iżvelar jippreġudika l-interessi kummerċjali ta’ persuni privati, jiġifieri l-produtturi Messikani tat-Tequila, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrent iżid li l-pożizzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali hija suffiċjentement solida sabiex tkun tista’ tiflaħ għal ċertu nuqqas ta’ qbil mal-imsieħba kummerċjali tagħha dwar in-neċessità ta’ protezzjoni ta’ valuri daqstant importanti għall-Unjoni bħat-trasparenza u l-obbligu li jingħata rendikont liċ-ċittadini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 1 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni tat lir-rikorrent aċċess parzjali għal żewġ minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Madankollu, kif jirriżulta mill-punt 2 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma awtorizzatx l-aċċess għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-każ ta’ dokumenti ta’ terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta lit-terzi sabiex tiddetermina jekk għandhiex tapplika eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1) jew (2), sakemm ma jkunx ċar li d-dokument għandu jew ma għandux jiġi żvelat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-dokumenti mitluba ġew imħejjija mill-Consejo Regulador de Tequila. Din l-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru ġiet akkreditata mill-Gvern Messikan sabiex tissorvelja u tiċċertifika li l-produzzjoni, l-ibbottiljar u l-ittikkettjar tat-Tequila jsiru skont ir-regoli uffiċjali Messikani tat-Tequila. Hija għandha ssegwi u tissorvelja wkoll l-applikazzjoni tal-Ftehim tal‑1997. Għaldaqstant, id-dokumenti mitluba, minkejja li kienu mħejjija mill-Consejo Regulador de Tequila u fihom informazzjoni dwar ksur ta’ interessi privati relatat mal-isem Tequila, kienu intiżi esklużivament sabiex jiġu ppreżentati lill-Unjoni mill-awtoritajiet Messikani fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt li jiffunzjona fuq il-bażi tal-Ftehim tal‑1997. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonsultat lill-awtoritajiet Messikani qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ konsultazzjonijiet, l-awtoritajiet Messikani invokaw il-possibbiltà ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali, minħabba l-iżvelar eventwali tad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu wkoll jitfakkar li l-konsultazzjoni ta’ terz li ma huwiex Stat Membru, prevista fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, ma torbotx lill-istituzzjoni, iżda għandha tippermettilha li tevalwa jekk eċċezzjoni prevista fil-paragrafu (1) jew (2) ta’ dan l-artikolu għandhiex tiġi applikata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Terezakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:19">EU:T:2008:19</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-każ ta’ dokumenti li joriġinaw minn terz, għalkemm il-konsultazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija, ċertament, obbligatorja, hija l-Kummissjoni li għandha tevalwa r-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti. B’mod partikolari, hija ma tistax tikkunsidra l-oppożizzjoni ta’ dan it-terz bħala li tfisser awtomatikament li l-iżvelar ma jistax iseħħ minħabba riskju għar-relazzjonijiet internazzjonali, iżda għandha tanalizza b’mod indipendenti ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha u tieħu deċiżjoni fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-istituzzjoni skont id-dispożizzjoni inkwistjoni hija ta’ natura kumplessa u delikata li titlob eżerċizzju ta’ attenzjoni partikolari, fid-dawl b’mod partikolari tan-natura eċċezzjonalment sensittiva u essenzjali tal-interess protett (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120504">4 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>In’t Veld vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑529/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:215">EU:T:2012:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-atti tal-proċess jirriżulta li, waqt l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif indikat fil-punt 27 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni mhux biss l-oppożizzjoni motivata tal-awtoritajiet Messikani, iżda wkoll il-kontenut tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti mitluba, kif ukoll l-argument tal-awtoritajiet Messikani li jiddikjaraw f’dan ir-rigward li l-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dokumenti kienet tikkonċerna interessi kummerċjali, il-kuntest partikolari li fih hija kienet kisbithom u l-konsegwenzi negattivi possibbli marbuta mal-iżvelar tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-elementi indikati fil-punt 48 iktar ’il fuq, ikkonkludiet, kif indikat fil-punt 28 iktar ’il fuq, li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba seta’ jitqies mill-awtoritajiet Messikani bħala abbuż ta’ fiduċja u seta’ jwassal għal rifjut ta’ trażmissjoni ta’ ċerta informazzjoni, b’mod partikolari lill-Kumitat Konġunt, fil-futur, li jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament ta’ dan il-kumitat u fuq kull kooperazzjoni futura dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet Messikani ma wasslitx awtomatikament lill-Kummissjoni sabiex tirrifjuta li tiżvela d-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument tar-rikorrent li l-Kummissjoni kkonkludiet li s-sempliċi fatt li l-awtoritajiet Messikani kienu qegħdin jopponu l-iżvelar ta’ dokumenti, irrispettivament min-natura tad-dokumenti jew mill-fondatezza tal-oġġezzjonijiet, huwa suffiċjenti bħala tali sabiex jiġi konkluż li l-iżvelar jippreġudika r-relazzjonijiet internazzjonali għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument tar-rikorrent li l-kwistjoni fundamentali f’dan il-każ hija l-leġittimità tal-ġustifikazzjoni tal-oppożizzjoni tal-awtoritajiet Messikani li tinsab fil-fatt li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jippreġudika l-interessi kummerċjali ta’ persuni privati fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Kif jirriżulta mis-sottomissjonijiet bil-miktub tar-rikorrent u mill-pożizzjoni tiegħu espressa waqt is-seduta, minn dan l-argument jirriżulta, essenzjalment, li l-Kummissjoni setgħet tirrifjuta li tiżvela d-dokumenti mitluba biss jekk l-eċċezzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li fuqha kienet ibbażata l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet Messikani, kienet applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tiddeċiedi dwar l-applikabbiltà tal-eċċezzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 waqt l-eżami tal-applikabbiltà tal-eċċezzjoni tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001. Madankollu, il-ġustifikazzjoni tal-oppożizzjoni ta’ pajjiż terz tikkostitwixxi waħda miċ-ċirkustanzi li hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ dan l-eżami f’dan il-każ. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni tar-riskju ta’ żvelar għar-relazzjonijiet internazzjonali mwettqa mill-Kummissjoni ma hijiex ibbażata biss fuq evalwazzjoni tal-motiv tal-oppożizzjoni għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba invokat minn pajjiż terz, iżda hija bbażata fuq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha marbuta ma’ żvelar eventwali ta’ dawn id-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif irrikonoxxa r-rikorrent waqt is-seduta, il-Kummissjoni eżaminat il-motivi tal-oppożizzjoni tal-awtoritajiet Messikani dwar il-kontenut tad-dokumenti mitluba bħala waħda miċ-ċirkustanzi li hija ħadet inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-preġudizzju eventwali għall-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonstatat li d-dokumenti mitluba kienu jinkludu informazzjoni sensittiva. Din il-konstatazzjoni hija fondata peress li dawn id-dokumenti jinkludu, kif jirriżulta mill-punt 27 iktar ’il fuq, informazzjoni dwar każijiet ta’ frodi preżunta, kif ukoll dwar entitajiet li jużaw jew ibigħu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>psewdo-Tequila<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fl-Unjoni u dwar proċeduri legali possibbli li jirrigwardaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-ispirti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrent li, essenzjalment, il-Kummissjoni ma setgħetx tirrifjuta li tiżvela d-dokumenti mitluba mingħajr ma tistabbilixxi li l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet Messikani kienet iġġustifikata, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrent isostni li r-riskju li l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati jista’ jippreġudika l-protezzjoni tar-relazzjonijiet mas-sieħeb kummerċjali internazzjonali huwa ipotetiku, jew saħansitra improbabbli. F’dan ir-rigward, huwa iktar probabbli li għarfien aħjar tar-rispons tal-Istati Membri tal-Unjoni għall-ilmenti tal-Messiku dwar il-ksur tal-Ftehim tal‑1997 itejjeb ir-reputazzjoni tal-Unjoni bħala sieħeb affidabbli fir-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jiġi ddeterminat jekk, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni pprovdietx spjegazzjonijiet plawżibbli dwar kif l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi jista’ jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u jekk, fil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-allegat preġudizzju jistax jitqies li huwa raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Jurašinović vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:777">EU:C:2013:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, adita b’rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-aċċess għal dokument abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, li insostenn tiegħu r-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma wrietx li l-iżvelar ta’ dan id-dokument jippreġudika l-interess pubbliku protett mill-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, il-qorti għandha tivverifika, fil-limiti tal-motivi invokati quddiemha, jekk il-Kummissjoni effettivament ipprovdietx fid-deċiżjoni tagħha l-ispjegazzjonijiet meħtieġa u stabbilixxietx l-eżistenza ta’ riskju raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku ta’ tali preġudizzju (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:223">EU:C:2020:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jenfasizza r-rikorrent, il-Kummissjoni, billi għamlet użu tal-kundizzjonal, qieset li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba seta’ jwassal għal degradazzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali, mingħajr ma stabbilixxiet in-natura ċerta ta’ dan ir-riskju. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, b’dan il-mod, il-Kummissjoni ma kisritx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 58 u 59 iktar ’il fuq, hija ma hijiex obbligata tistabbilixxi l-eżistenza ta’ riskju ċert ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, iżda biss l-eżistenza ta’ riskju raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-mod kif l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jipperċepixxu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni kien komponent tar-relazzjonijiet stabbiliti ma’ dak il-pajjiż terz. Fil-fatt, minn dan l-aspett jiddependu t-tkomplija u l-kwalità ta’ dawn ir-relazzjonijiet (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:97">EU:T:2018:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex tiddetermina jekk l-iżvelar lill-pubbliku ta’ dokument jippreġudikax l-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-għan tal-Kumitat Konġunt huwa l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni setgħet leġittimament tikkunsidra, waqt l-eżami tal-eċċezzjoni inkwistjoni, li, fil-każ li d-dokumenti mitluba li ġew mgħarrfa lil dan il-kumitat mill-awtoritajiet Messikani, u li huma direttament marbuta max-xogħol ta’ dan il-kumitat u mal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jiġu żvelati,<?PAGE NO="10"?> minkejja l-oppożizzjoni espressa darbtejn mill-imsemmija awtoritajiet, dawn setgħu jikkunsidraw tali att bħala abbuż ta’ fiduċja. Il-Kummissjoni setgħet ukoll validament tqis li, konsegwentement, il-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ma’ dan il-pajjiż terz tirriskja li ssib ruħha mhedda, li jista’ jwassal għal rifjut min-naħa tal-awtoritajiet Messikani li jittrażmettu ċerta informazzjoni, b’mod partikolari lill-Kumitat Konġunt, fil-futur. Fil-fatt, kif ġie indikat fil-punt 27 iktar ’il fuq, id-dokumenti mitluba jelenkaw każijiet ta’ frodi preżunta, isemmu entitajiet li jużaw jew ibigħu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>psewdo-Tequila<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fl-Unjoni u jinkludu l-informazzjoni li tipprovdi li wħud minn dawn l-użi frawdolenti potenzjali huma diġà s-suġġett ta’ kawżi li fil-kuntest tagħhom l-Unjoni u l-awtoritajiet Messikani jikkooperaw mill-qrib. Għalhekk, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt, li l-għan tiegħu huwa l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti, kif ukoll fuq kull kooperazzjoni futura li tikkonċerna l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, kif indikati fil-punt 63 iktar ’il fuq, huma plawżibbli u juru, kif teħtieġ il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 58 iktar ’il fuq, l-eżistenza ta’ riskju prevedibbli, u mhux purament ipotetiku, għar-relazzjonijiet internazzjonali. L-eżistenza ta’ dan ir-riskju hija biżżejjed sabiex tiġġustifika l-użu tal-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 għad-dokumenti mitluba kollha u fil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq, għandha tiġi rrikonoxxuta lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata miż-żewġ argumenti addizzjonali mressqa mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jenfasizza li d-dokumenti li għalihom huwa jitlob l-aċċess ma jikkonċernawx in-negozjati ta’ ftehim internazzjonali li fil-kuntest tiegħu l-pożizzjonijiet tal-partijiet jevolvu. Id-dokumenti inkwistjoni jikkonċernaw, minflok, l-applikazzjoni effettiva ta’ ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u l-Messiku. F’dan ir-rigward, l-applikazzjoni ta’ regoli ġuridiċi, bħal trattat, hija kwistjoni ta’ ċertezza legali. L-aspettattivi fil-qasam taċ-ċertezza legali jsaħħu l-importanza tal-prinċipju ta’ trasparenza matul il-fażi ta’ applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>relazzjonijiet internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li għalih jagħmel riferiment it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament 1049/2001, huwa kunċett tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑59/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:75">EU:T:2012:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, la l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas il-ġurisprudenza ma jindikaw li, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, livell ta’ protezzjoni differenti japplika għad-dokumenti li joriġinaw mill-fażijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>negozjati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ta’ ftehim internazzjonali partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tar-riskju li jiġi kompromess il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt u, sussegwentement, il-kollaborazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tista’ tikkostitwixxi standard adegwat sabiex jiġi eżaminat ir-riskju ta’ preġudizzju għall-interess protett fir-rigward tal-iżvelar tad-dokumenti marbuta mal-applikazzjoni tal-Ftehim tal‑1997.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li l-applikazzjoni tal-Ftehim tal‑1997 tibqa’ rilevanti għall-operaturi privati tal-Unjoni, li l-ebda wieħed minnhom ma ġie mistieden jattendi għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. It-trasparenza tad-dokumenti diskussi fi ħdan dan il-kumitat hija għalhekk partikolarment importanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt, mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li l-eventwali eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri ma għandhiex tiġi eżaminata meta tiġi invokata l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:97">EU:T:2018:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għandu jingħad ukoll li l-istess japplika għal interess privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Issa, għalkemm dan l-argument ġie invokat sabiex jikkorrobora l-argumenti l-oħra dwar l-ewwel motiv, dan ma jistax jikkontesta l-konstatazzjonijiet magħmula iktar ’il fuq, li minnhom jirriżulta li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta applikat l-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti addizzjonali għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma huwiex utli li tiġi eżaminata l-fondatezza tat-tieni u tat-tielet motiv, sa fejn dawn huma bbażati fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jew fuq l-invokazzjoni ta’ interess pubbliku superjuri marbut ma’ din l-istess dispożizzjoni, peress li, sabiex id-deċiżjoni kkontestata tkun fondata fid-dritt, huwa biżżejjed li waħda mill-eċċezzjonijiet li l-Kummissjoni tkun invokat sabiex tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba tkun ġiet ġustament invokata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑644/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:429">EU:T:2018:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ir-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba, għandu wkoll jiġi miċħud. Għalhekk, kif jirriżulta mill-punt 64 iktar ’il fuq, billi rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni, mingħajr ma wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, ikkonkludiet li l-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienet tapplika għal dawn id-dokumenti fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal miżura istruttorja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-replika tiegħu, ir-rikorrent talab lill-Qorti Ġenerali tilqa’ miżura istruttorja sabiex tivverifika l-kontenut tad-dokumenti mitluba u n-natura privata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata dwar l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 hija bbażata fuq il-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali fil-każ ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba minkejja l-oppożizzjoni espressa mill-awtoritajiet Messikani darbtejn. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent, li ma jikkontestax il-possibbiltà, fiha nnifisha, tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali fid-dawl tal-kontenut ta’ dawn id-dokumenti, isostni li l-evalwazzjoni, f’dan il-każ, tar-riskju ta’ preġudizzju għal dan l-interess tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk dawn id-dokumenti jinkludux sigrieti kummerċjali li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Issa, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, dan l-argument huwa infondat. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tinsab f’pożizzjoni li tevalwa <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> jekk l-aċċess għal dan id-dokument setax validament jiġi rrifjutat mill-imsemmija istituzzjoni abbażi tal-eċċezzjoni invokata u, konsegwentement, li tevalwa l-legalità ta’ deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess għall-imsemmi dokument (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Jurašinović vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:777">EU:C:2013:777</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Strack vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2250">EU:C:2014:2250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għalhekk, it-talba għal miżura istruttorja għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li r-rikorrent tilef, għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Marco Bronckers huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Półtorak</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Stancu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>