Official Journal L 347 , 12/12/1990 P. 0023 - 0023
Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 1990 li tirrigwarda l-konklużjoni ta’ Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka (90/637/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-konklużjoni ta’ Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka [1] hija fl-interess reċiproku tagħhom; Billi l-Protokoll imsemmi għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-Artikolu 1 Il-Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test ta’ dan il-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna mogħtija l-poter li tiffirma l-Ftehim riferit fl-Artikolu 1 sabiex jorbot lill-Komunità. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Ottubru 1990. Għall-Kunsill Il-President G. de Michelis [1] ĠU L 219, tat-28.7.1982, p. 53. --------------------------------------------------